Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
IL-HAMES TAQSIMA
Ma Sqallija
(p.54) F'xi festa tar-rahal wiehed jara fuq il-bjut hafna arbli bil-bandieri u fosthom l-iktar wahda li tinghazel hija forsi dik ta' Malta. Wiehed jara hafna bandieri ohra li jolqtulu l-ghajnejh, jew imhabba kulurithom inkella mhabba d-disinn taghhom; imma l-ebda wahda ma tidhol f'qalbu daqs dik il-bandiera hafifa bajda u hamra taghna l-Maltin.
Ftit minna jahsbu illi l-istorja ta' dik il-bandiera Maltija tehodna fis-seklu X meta kien tajilna l-Konti Ruggieru, dak il-gwerrier Norman li wara li kien ha lil Sqallija minn taht idejn il-Musulmani, fl-1090 gibed ghal gzejjer taghna fejn sab lil missirijietna xewqanin li jkunu sudditi tieghu u le ta' kapijiet Mawmettani.
Min hawn sa 440 sena wara, Malta kienet taht idejn dawk li kienu jahkmu l-gara taghna, Sqallija. Il-Kapijiet Normanni, Svevi, Angevini, Aragonizi u Kastiljani li kellha Sqallija kienu kollha fl-istess hin jahkmu il-Gzejjer taghna. In-nies ta' dan ir-rahal kienu ma huthom il-Maltin l-ohra jifirhu b'xi favuri li jaqilghu u ma huthom l-ohra kienu jhossu nuqqas ta' liberta u l-madmad iebes tal-fewdi. Ghalhekk nahsbu illi huma wkoll taw kemm setghu jifilhu biex jingabru t-30,000 fjorin tad-deheb (£15,000) li l-Maltin fl-1428 halsu biex infdew minn taht il-hakma ta' Monroi, u hadu d-drittijiet u l-privileggi li kellhom billi nghaqdu ma l-arijiet tar-Re Alfonsu ta' Sqallija.
Il-Matrici tan-Naxxar
L-ewwel parrocca li kellha Malta kien l-istess Kattidral ta' l-Imdina. Mal-migja tal-Konti Ruggieru (1090) twaqqfet il-parrocca tal-Birgu u ftit wara gew imwaqqfa tmien knejjes vici (p.55) parrokjali li kien jiehu hsiebhom il-Kappillan maggur tal-Katidral u li fihom kien jibhgat vici-kurati ghal htiega tar-ruh ta' dawk l-imxerrdin fl-irhula. Imbaghad fi zmien li kien kappillan maggur tal-Katidral Dun Albino de Franco fl-1436, l-Isqof Senatore de Mello waqqaf ghaxar parrocci f'Malta, li l-ewwel wahda li tissemma hija dik tan-Naxxar. It-tlugh ix-xemx minn gol-Lvant beda juri lil Mostin fejn iridu jharsu biex jaraw in-Naxxar, l-omm parrokkjali l-gdida taghhom u l-inzul ix-xemx fil-punent kien issa jfakkarhom li ma kellhomx x'jaqsmu izjed mal-Kappillan maggur ta' l-Imdina.
Il-parrocca tal-Mosta giet, biex inghidu hekk imqeghda bhal tifla mfissda bejn ommha minn naha u n-nanna min-naha l-ohra sa ma mbaghad kibret, u halliethom it-tnejn biex hadel l-istat taghha.
Il-Barbareski
Fl-ahhar tas-seklu erbghatax bdew jidhru fil-bahar Mediterran nies li, armati fuq ix-xwieni, bdew jiggerrew fuq il-bahar jaqbdu xi xwieni (bastimenti) insara, jiehdu t-taghbija li jkollu x-xini u n-nies johduhom u jkaxkruhom ukoll maghhom. Ta' spiss kienu jinzlu fl-artijiet, jahtfu dak kollu li jsibu jghod ghalihom, jaqbdu kemm jistghu nies u jiehdu maghhom kollox. Dawk kollha li jkunu ghanjin u jkollhom min jifdihom kienu jitilquhom wara li jhallsu somom kbar, l-ohrajn kienu jbieghhom bhala lsiera. Dawn il-pirati (kif kienu msejhin dawn il-hallelin tal-bahar) kienu minn xi daqqiet kumpaniji taht kap wiehed, xi drabi ohra kienu jkunu mqabbdin mill-istess gvern ta' l-art taghhom u kienu jissejhu "korsari." Il-veri pirati tal-Barberija (il-Barbareki) qamu fuq taghhom fis-seklu sittax. Mill-Marokk, Tunes u Tripli kienu johorgu hafna minn dawn il-hallelin imma l-bejta l-kbira taghhom kienet fl-Algerija. L-attakki taghhom kienu fuq l-insara tax-xtut ta' l-Ewropa t'isfel; u Malta, billi qieghda mhux boghod minn fejn kineu johorgu, u billi bhala nisranija kienet (p.56) mizmuma bhala ghadu, ma setghetx ma tbatix hafna mill-attakki taghhom.
Id-Dejma
Sabiex jilqghu l-attakki ta' dawn il-hallelin tal-bahar, kif ukoll biex ikun jistghu jiggwerrew ma l-ghedewwa taghhom, it-Torok (illi issa aktar ma mmorru iktar bdew ighezzu snienhom kontra l-insara) hawn Malta giet imwaqqfa d-Dejma, jew il-Ghassa. Din kienet rigment tal-Maltin kemm ukoll tal-barranin li joqghodu hawn Malta; u mis-16 sal 65 sena l-irgiel kollha b'sahhithom kellhom bilfors iservu bhala suldati. It-taghlim kien isir fil-Hdud u fil-festi, u min ma kienx imur kien ikollu jhallas multa. Dan il-korp militari kien maqsum f'kumpaniji ta' 600 jew 800 li jinghaqdu f'kull parrocca ta' dak iz-zmien; ghalhekk iz-zaghzagh u l-irgiel Mostin kienu jinghaqdu ma dawk Naxxarin, fejn kienet il-parrocca taghhom. Il-kaptan ta' l-armi kien fuq ir-rigment tal-parrocci kollha u kap ta' kulhadd taht l-armi. Fis-sajf u l-harifa – iz-zmien li aktarx kien jaghzel l-ghadu ghal xi hatfa – ix-xtut kienu jkunu mghassa bil-lejl u bin-nhar, u kif kienu jilmhu x-xwieni tal-ghadu, kienu, jekk inhu bin-nhar, jaghmlu dahna kbira, u bil-lejl huggiega. Kif dan is-sinjal jidher mill-irhula kienu jibdew idoqqu kif gie gie l-qniepen tal-knisja u wahda tisma' lill-ohra sa ma kulhadd jitlaq ghal kumpanija tieghu biex jaqbad l-armi. Barra mid-dejma kien hawn ukoll il-kavallerija ta' madwar 200 ziemel. Din kienet maghmula billi kull min huwa ghani kellu jzomm ziemel u jitghallem jiggieled fuqu; jekk ma jinqalax ghal din il-haga kellu jhallas min jaghmel dan is-servizz minfloku1. Ma dawn ir-Re kellu madwar 200 suldat minn tieghu biex jiddefendu l-kastell tal-Birgu, li kienet il-fortizza ta' Malta.
Attakki tal-Pirati
(p.57) Fl-1427, armata minn Barbarija nizzlet 18,000 suldat mawmettan u assedjaw l-Imdina. Huwa tassew illi taghna rebhu, imma bhalma jghid l-istoriku Abela din swiet "hafna tixrid ta' demm u l-hajja ta' hafna minn tal-Belt u l-Gzira taghna," – sagrificcju illi l-Mostin ma setghux ma kellhomx sehem. Jerga' xi nghidu ghall-mizerja u l-pesta tal-biza' li hallew warajhom dawn l-ghedewwa? Iz-zjara tal-Flotta Torka fl-1481 ma nahsibx illi messithom fil-laham il-haj lil Mostin, il-ghaliex dawn l-irrabjati Torok nizlu f'Marsaxlokk u wara li dahlu habta u sabta fuq il-Birgu, regghu lura u marru ghamlu l-istess haga fuq Ghawdex.
Ir-Rajjes Sinen
Imma jekk dik id-darba ta' l-ahhar il-Mostin ghaddewha lixxa, tassew li pattewha qares hamsa u erbghin sena wara il-ghaliex fl-1526 kellhom hatfa li qatt ma ntesiet fl-istorja ta' Malta.
Dawn il-korsari taht il-kmand tar-Rajjes Sinen, wiehed mill-aqwa korsari ta' dak iz-zmien, gew fuq hafna xwieni taghhom bil-lejl u dahlu fis-salini, il-Port ta' Burmarrad, nizlu malajr fid-dlamijiet tal-lejl u bdew dehlin ‘il gewwa minn Wied il-Ghasel sa ma waslu ghal taht il-Mosta. Xejn ma hasbu l-imsieken Mostin x'kien gej ghalihom bil-lejl meta fil-ghaxija kulhadd bhas-soltu mar f'daru biex jorqod. F'daqqa wahda l-barbari, bhal iljuni mgewhin, inxtehtu fuq ir-rahal: min ikisser, min jisraq, min joqtol u min jorbot lill-imsejknin Mostin u jigri bihom lejn San Pawl il-Bahar, fejn kienet sadattant marret il-flotta tal-ghadu biex tistennihom.
Wara li hadu madwar 400 ruh ilsiera, barra minn dawk li hallew mejtin ghaliex qabdu biex jaqbzu ghalihom infushom jew ghal nieshom, Rajjes Sinen ordnalhom li f'malajr malajr jigru ghal San Pawl il-Bahar qabel ma tilhaqhom il-kavallerija tal-Gzira2. Hekk sar u ma damux ma bdew jaqdfu l-barra lejn il-Barbarija bir-rebha ta' nies u hwejjeg ohra li hadu (p.58) maghhom, filwaqt li l-Mosta romlot minn dak li kien jaghmilha wiehed mill-isbah irhula ta' Malta.
Band'ohra nsibu illi n-nies ta' dan ir-rahal kienu jaghmluha tajjeb hafna, imma mbaghad l-imsejknin kellhom ibighu r-raba' li kellhom f'dawk in-nahiet biex bi flushom ikunu jistghu jifdu lil dawk li waqghu lsiera f'din is-serqa harxa3. Din il-hatfa tal-kursari u, bhalma ghedna, mhabba li kulhadd ftaqar biex biegh u rahan hwejgu biex jifdi lil dawk li waqghu lsiera kienet il-htiega illi r-rahal tilef dik ix-xehta hekk sabiha u ghanja minn familji nobbli u ghonja, bhalma kienu fost l-ohrajn il-familji Fiteni, Cumbo, Mangion, Fenech, Vella4.
Wiehed jista jahseb meta f'dawk iz-zminijiet tnehhi 400 ruh minn go rahal kemm jibqa'. Il-Mosta kienet tista tghid zarmata ghal kollox. Kull ma l-imsejknin Mostin kienu wirtu minghand ta' qabilhom, kull ma kienu b'tant gharaq dabbru ghalihom, dak il-ghaqal kollu biex irabbu familji shah, dik l-imhabba ta' l-istess familja, dik il-knisja li kienu tant ihobbu jmorru fiha, dik il-liberta li tahom Alla, kollox, kollox spicca f'daqqa wahda! Issa dawn qeghdin marbutin bil-ktajjen u mgeghlin jaqdfu iktar milli jifilhu sa ma jaslu fil-Barberija.
Mitmughin kemm ma jmutux, u miskin hu min jitkellem ghax l-ikbar mohqrijiet ghal fuqu. Min ghandu min ihallaslu somom ta' flus jista jinfeda u jerga' jmur pajjizu, fejn l-istess niesu ma jistghux jarfuh kif sar mizerja, l-ohrajn jittiehdu s-suq bhal bhejjem u hemm jinbieghu lsiera ghax-xoghol! Il-hajja ta' lsier hija biex inghidu hekk aghar mill-hajja ta' bhima. In-nisa wkoll kienu jinbieghu lsiera u minn xi daqqiet kienu jikkumbattu ma nies l-iktar moqzieza. Dan huwa li kienet tfisser din is-serqa li saret erba' mitt sena ilu f'dan ir-rahal.
U fejn kienu tad-dejma w is-suldati tar-Re? U kif l-ghadu kellu l-hila jaghmel qerda bhal dik minghajr ma jidher rigment (p.59) jew kavallerija fuqu? Dak iz-zmien il-kaptan ta' l-armi kien Glormu Campo, u ma ghandna xi nghidu xejn, hu kellu jbati bil-htija ta' kull ma gara. Il-Vici Re ta' Sqallija nehhieh minn postu u floku baghat lil Giovanni Ribes, li gew moghtija lilu setghat kbar. Ma dan il-kaptan ta' l-armi l-gdid, il-Vici Re ghogbu wkoll jibghat xi ftit suldati biex jinghaqdu mal-gwarnigjon Aragoniz li kien hawn Malta.
Dari l-kaptani ta' l-armi kienu jkunu sinjuri mill-Gzira taghna, u kienu jaghmlu dan is-servizz ghall-unur li kien igib mieghu, il-ghaliex l-anqas ma kien post imhallas. Imma issa din il-kariga bdejna narawha moghtija lill-barranin, li kienu wkoll, minn fuq, ikunu mhallsin; u l-kaptan ta' l-armi issa tawh is-setgha kemm fuq id-Dejma tal-Maltin kif ukoll fuq is-suldati spanjoli.
L-Gharusa tal-Mosta
Ahna boghod mill-hsieb li niktbu xi rumanz fuq dan is-suggett li laqghat il-widna ta' kullhadd. Ahna hawn qeghdin ghal dak li huwa biss l-iskeletru iebes tal-istorja. Fil-Malta Illustrata niltaqghu li fis-sakkegg li semmejna tal-1526 "kienet mehuda lsira gharusa bil-haddara li kienu mistednin ghat-tieg taghha dakinhar5"; u kittieb tas-seklu XVIII qalilna illi fi zmienu "kien ghadhom jinstemghu l-ghanjiet taghha6". It-tradizzjoni tqieghed din ix-xena fit-Torri Cumbo li kien imwaqqaf minnflok dak li jidher illum in-naha tal-Lbic tar-rahal7.
(p.61) Barra minn dan l-istorja tghina billi tatina dan li sejrin inghidu:
Fis-sena 1524 niltaqghu ma Gulju Cumbo bhala wiehed mill-gurati ta' Malta8. Dana Gulju kien bin Wistin Cumbo, avukat mill-aqwa u kriminalista famuz ta' dak iz-zmien. Li tkun gurat tal-Universita (kif kien jissejjah il-gvern ta' dak iz-zmien) kien wiehed mill-ikbar unuri li jista jixtieq sinjur Malti.
Din il-familja Cumbo kienet wahda mill-ahjar familji ghanjin li kellna Malta u ghalhekk huwa qisu zgur illi t-Torri Cumbo kien ta' din il-familja, u li Gilju ghamel il-festa tat-tieg ta' bintu f'dan it-torri la mhux boghod mill-belt il-qadima (l-Imdina) u li qieghed tista tghid fl-isbah pjanura li ghandna f'Malta.
Ghaqda ghas-sahha
Dari l-ghadd ta' rhula kien ikbar u iktar imxerred, imma issa dawk li kienu fil-boghod minn fejn kienet il-ghaqda kbira tar-rahal, kellhom ihallu dak il-lok fejn kienu mhabba l-biza li l-korsari jahbtu fuqhom u jkarkruhom.
Mal-Mosta kien hawn ukoll imdawrin xi ftit irhula zghar illi llum m'ghadx fadal hlief isimhom. Abela jsemmi xi ftit minnhom, li fi zmienu (is-sekul XVII) kienu ga ghebu fil-qedem. Dawn huma Hal-Dimek jew Hal-Dmiegh (dik il-bicca madwar il-knisja ta' Sant'Andrija, fuq ir-rih tal-Wied), Hal-Mejn (dan forsi Hal-Man fit-triq qabel naqbdu Hal-Lija), Hal Dghejfif (ghax kien ckejken u ta' sahha zghira), ta' Mlit (bejn il-Mosta w in-Naxxar, fix-xaqliba li thares lejn Hal-Lija), li hawn minn qal li kien ukoll rahal qadim9. F'manuskritt li ghandu hafna zmien iltqajna ma "iehor ma genb il-Mosta, illi kien jismu Rahal Hobula10", u fi ktieb iehor qadim naraw illi "mal-Mosta hemm imghaqqad rahal iehor zghir, jismu Muselmet11."
Riferenzi
- Vassallo, Storia di Malta, p.155 -157.
- Abela, Descrittione di Malta, p. 442.
- Ibid.
- Componimento Storico di S.Publio, (1776), Not: IV, p. 170.
- Abela e Ciantar, Lib. 1, Not. VIII., par. VII., p. 271.
- M.S., 1146, p. 256.
- It-Torri Cumbo l-gid huwa wiehed mill-isbah palazzi li ghandha Malta. It-torri biss fih fuq 70 pied tul, 36 pied wisa' u, minghajr it-turretta (fuq 11-il pied) ta' fuq, igib 50 pied gholi; qieghed imqassam fi tliet sulari, wiehed ghola mill-iehor. Iddur gallarija mal-erba' faccati kbar tieghu u l-palazz ghandu mieghu gonna sbieh, dar ghas-servi, remissi ghal karozzi, ecc. Dan it-torri xtratu l-Barunissa Bonnici Testaferrata minghand Dr. Marmara fit-30 ta' Marzu 1840 u llum huwa tal-Markiz Danjeli Testaferrata Bonnici, Ghaxaq.
- Malta Illustrata, Lib. IV, Not. I, par. XXIX. Not. III, par. XXVIII.
- H. Preca, Malta Cananea, p. 466, 495.
- MS. 631, p. 550.
- S. Pauli, Codice Diplomatico, Tom. 2, p. 516.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, (5), 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15
- Zieda: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII