The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IR-RABA' TAQSIMA


Ir-Rumani


(p.39) Fil-bidu tat-tieni Gwerra Punika, jew biex niftehmu ahjar, fis-sena 216 Q.K. dawn il-Gzejjer waqghu taht idejn ir-Rumani, dawk in-nies kbar u qalbiena li kellhom il-hila jirbhu lil Kartaginizi u sahansitra jnehhu minn wicc l-art l-istess belt taghhom, Kartagni. Hemm hafna x'wiehed ighid fuq il-Gzejjer taghna taht it-tregija tar-Rumani, bhallikieku fuq il-gvern sabih li kellna, fuq kemm imxejna 'il quddiem tahthom, fuq l-isem sabih li kellna mal-kittieba taghhom u hwejjeg ohra li nhalluhom ghal dik li hija storja generali ta' pajjizna.


It-Twemmin Nisrani


Imma b'dana kollu ma rridux inhallu barra l-ghezez u l-ikbar tifkira ta' zmien ir-Rumani. Dan huwa n-nawfragju ta' San Pawl, fis-sena 58 W.K.1 In-nies li kienu jghixu f'dan id-distrett hekk qrib il-bajja fejn tfarrak il-bastiment li kien fuqu San Pawl kellhom bilfors ikunu minn ta' l-ewwel li raw jew semghu bin-nawfragju, u zgur ma baqghux lura milli jghinu lill-Kbir Appostlu u lil dawk in-nies l-ohra li kienu qeghdin jithabtu mal-mewt tal-gharqa.


Meta mbaghad San Pawl tela' l-lmdina li qeghda wkoll hekk qrib il-Mosta, in-nies ta' hawn ma setghax ikun li ma kenux minn ta' l-ewwel li marru jaraw lil dak il-bniedem tal-ghageb li gidmitu lifgha u baqa' haj u li issa nstemgha li fejjaq lil missier il-Gvernatur Publiju.


Meta nafu illi dawk li kienu morda fil-Gzira kollha marru fejn Pawlu u gew imfejqa ghandna nahsbu li n-nies ta' dan id-distrett kienu minn tal-bidu li laqghu dawn il-grazzji. Mhux dan biss, imma l-Mostin ta' dak iz-zmien sabu hemm tabib (p.40) mibghut mis-sema biex, ma huthom l-ohra l-Maltin fejjaqhom mill-ghama tal-paganezmu li kienu fih u tahom id-dawl tat-taghlim ta' Kristu l-Feddej.


Dar Rumana


Mal-hajt ta' l-istess ghalqa, imma ftit aktar lejn il-punent minn fejn instab dak il-qabar neolitiku taz-Zebbuga (il-Busbesija) kienet tidher taht il-hajt tas-sejjieh ringiela hagar daqsiex wahda magenb l-ohra, u li kien qisu xi fdal ta' bini megalitiku. Wara li tlabna r-rieda ta' sid il-ghalqa, (il-Markiz D. Testaferrata Bonnici, Ghaxaq) id-Direttur tal-Muzew halla f'idejn il-kittieb biex jaghmel ix-xoghol ta' l-iskavi. F'Lulju 1929 bdejna x-xoghol u sibna pedament ta' dar li kien fiha faccata ta' 64 pied u l-ikbar fond 17-il pied u mqassma fi kmamar zghar wahda magenb l-ohra. Il-hagar maqtugh goff u minghajr sengha u bicciet minnu kien imfarfar gmielu ghax fih tul ta' 4 piedi b'2 piedl hxuna u daqshekk iehor gholi.


Kemm il-pjanta u kemm is-sura jaghmluha tidher qisha dar neolitika, imma ma kull ma Itqajna fit-thaffir kien caqquf ruman tard, u ghalhekk kulma nistghu nghidu huwa li din id-dar kienet imghammra fi zmien ir-Rumani, ghad li ma ghandna xejn minn dak il-gmiel ta' bini u taqsim li kienu jafu jaghmlu dawk in-nies kbar u dawk li tghallmu mis-sengha taghhom. Jista jkun li ma kenitx hlief xi razzett f'dawk iz-zmenijiet.


Ic-caqquf ruman li sibna fih disinji sbieh, bhalma huma weraq tal-akantu, disinn ta' palmetti, ovuli, skroll, ecc. Iltqajna wkoll ma bicctejn flus tal-bronz, wahda Angiojina u l-ohra Aragoniza, li kif wiened jista jara ntilfu hemm zmien shih wara.


Hekk kif lestejna ix-xoghol u hadna l-intietef kollha li titlob ix-xjenza ta' l-arkeologija rdamna kollox u raddejna l-ghalqa kif kienet filwaqt li dak li sibna qeghdnih fil-Muzew tal-Belt.


Oqbra


(p.41) Fic-"Cens tas-Sqaq tat-Tuta" (Strada Speranza), il-kittieb, f'Ottubru ta' 1928, iltaqa' ma' oqbra illi mill-qatgha taghhom juru li kienu jew Punici tat-tard hafna jew aktarx ta' zmien il-bidu tar-Rumani. Dawn l-oqbra qeghdin mal-gnub ta' rokna tal-blat fil-gardin. L-ewwel wiehed, li qieghed ihares fil-lvant, ghandu bhal kamra zghira, u l-qabar imhaffer il-gewwa minnha; imma billi nofsu mimli bit-terrapien ma stajniex niehdu l-qisien tieghu.


It-tieni qabar qieghed fil-genb l-iehor li jhares lejn it-tramuntana. Tidhol minn bieb zghir ta' 2 piedi gholi u ssib ruhek f'kamra zghira u baxxa ta' 5¾ piedi tul u qisu 5 piedi wisa'. Is-saqaf, li gej bhal hnejja rieqda mhux gholi iktar minn 2¾ piedi. Fl-art minn fejn il-bieb ghaddejja maqtugha bhal trinka baxxa hafna u tibqa' sejra mal-wisa' tal-kamra sal-faccata l-ohra, fejn hemm id-dahla tal-qabar. Hawn issa jidher il-bieb tal-qabar imhaffer iktar il-gewwa. Dan il-qabar kien maghmul ghal xi tarbija ghax ma fihx hlief 3 piedi u n-nofs wisa'. Ghadu qisu maqtugh il-bierah u l-qatgha hija helwa tassew.


It-tielet qabar ma l-istess genb ta' dan li semmejna l-ahhar qieghed iktar il-barra minn ta' qablu. Tidhol minn bieb zghir u ssib ruhek f'kamra ta' 6 ¾ piedi tul, 5½ piedi wisa' u 3½ piedi gholi.


Il-barra izjed ma l-istess hajt tal-blat jidher qtugh ta' hofor bhal arkati zghar maqtughin fil-blat illi juru bic-car illi kien hemm izjed minn dawn l-oqbra u li ma ghadhomx jidhru billi gie mkisser il-blat fejn kienu mhaffrin.


Oqbra ta' l-lnsara


F'dan id-distrett jinsabu l-isbah tifkirijiet ta' l-ewwel insara. Dawn huma l-oqbra li jintgharfu sewwa mill-qatgha taghhom. L-ewwel Insara, bhal missirijiethom il-pagani, baqghu jaqtghu l-qabar fil-blat, imma filwaqt li l-pagani kienu jaqtghu biss bicca fejn iqeghdu l-mejjet, (p.42) l-insara kienu jaqtghu wesgha magenb il-qabar fejn jistghu jingabru biex jitolbu ghar-ruh tal-mejjet fil-hin tad-difna u f'kull gheluq is-sena. It-twemmin nisrani ghallem illi l-mewt hija raqda u r-ruh li ma tmut qatt trid terga' tinghaqad mal-gisem2. Ghalhekk il-gisem li darb' ohra ghandu jqum kien merfugh fil-qabar bl-akbar ghaqal u ghalhekk l-insara qatt ma kienu jaharqu l-mejjet kif kienu jaghmlu hafna mir-Rumani pagani.


Aktarx illi l-oqbra ta' l-insara taghna bhal dawk ta' Ruma kienu ghall-ewwel bhal oqbra tal-familja (gentilitia) tal-pagani imbaghad il-quddiem bdew jinqatghu ghal ghaqdied shah ta' familji (bhal columbaria li kellhom ukoll il-pagani).


Kull belt jew rahal beda jahseb ghac-cimiterju tieghu, ghalhekk niltaqghu mal-katakombi tar-Rabat (li nqatghu barra mis-swar ta' l-lmdina, kif kienet titlob il-ligi Rumana) u niltaqghu wkoll ma' oqbra ohra - kemm zghar ghal familji, kemm ukoll kbar, bhal katakombi madwar il-Mosta.


Oqbra tal-familja


It-Torri Cumbo fil-Mosta It-Torri Cumbo

F'Awissu tal-1928, il-kittieb kellu x-xorti li jinduna b'wiehed minn dawn l-oqbra tal-familja fil-gnien tat-Torri Cumbu. Fil-fili mkahhlin u s-sinjal ta' l-ilma li fih igeghluna nahsbu li dak, bhal hafna oqbra ohra bhalu kienu, zmien wara, ghamluh bir ghall-ilma.


Dana kien qabar nisrani li nahsbu li kien maqtugh madwar ir-raba' seklu wara Kristu.


Tinzel hdax-il targa, u fuq idek xellugija tara mhaffer qabar li jgib 5½ piedi tul u l-wisa' li fir-ras fih ftit anqas minn (p.43) 2 piedi. In-naha l-ohra tat-tarag, hemm kuritur zghir, li meta tidhol gewwa fih, fuq idek il-leminija, issib qabar iehor li kien maghmul ghat-tfal, u fih fejn joqoghdu tnejn, ghax sahansitra l-imhadda fiha zewg wesghat ghar-rjus. Terga tohrog ghall-kuritur tat-tarag u faccata sewwa tidhol minn bieb u ssib ruhek gewwa kamra li ghal ftit mhix tonda sewwa. Din il-kamra fiha madwar 13 il-pied wisa u 6 piedi gholi. In-naha l-ohra tal-bieb fiha qabar iehor zghir; filwaqt li toqob ghal-imsiebah jidhru mxerrdin fil-wesgha u fl-oqbra kollha . Immela hawn kellhom qabar ghall-kbar u oqbra ohra ghat-tfal, filwaqt li l-laqgha ta' qabel id-difna kienet issir f'dik il-wesgha li semmejna. U llum dawk il-kappelli li saru fi zmienna fic-cimiterji ta' l-Addolorata ma qishomx fihom l-istess haga bhal dan li sar fi zmien ir-Rumani?


Nohorgu minn hawn u mmorru Misrah Ghonoq. Fix-xaghra tan-naha ta' nofsinhar tal-Fortizza jidher rixtellu gholi tal-hadid imdawwar ma' hofra fil-blat. Dak li jidher hemm isfel huwa qabar iehor tal-familja li mill-pjanta tieghu li hemm fil-Muzew tal-Belt, kien sabu u qiesu fl-1885, il-Gizwita Patri Manwel Magri; u semmih qabar “ta' familja Fenicja." Imma ahna zguri li dan ma hu fenicju xejn, imma kollu kemm hu ta' zmien ir-Rumani, kif naraw minn dak li sejrin inghidu fuqu.


Tinzel ftit tarag u ssib ruhek f'hofra ta' 7 piedi tul 3½ piedi wisa' u 4¾ piedi fond. Din il-bicca hija mikxufa.


Quddiemek tara bieb bil-battent maqtugh; tinzel zewg targiet u l-gewwa minnu ssib ruhek f'kuritur taht l-art li fih 17½ piedi tul 5¾ piedi gholi u wisa' ta' 3½ piedi. Fil-genb tal-lemin tal-kuritur hemm maqtughin zewg oqbra u wesgha; u n-naha l-ohra hemm zewg oqbra ohra (arcosolia). F'dan il-katakombi zghir, bhal dak l-iehor tat-Torri Cumbu, l-oqbra m' humiex maqtughin ma' l-art, bhalma kienu jaghmluhom (p.44) in-nies ta' qabel, imma kollha merfughin dawk it-tlett piedi 'il fuq mill-art.


L-ewwel tiltaqa' ma dahla li qeghda fil-bicca l-mikxufa ma' l-ahhar targa. Fuq il-bieb ta' madwar tliet piedi gholi hemm imhaffer bhal logg ghamla ta' arkata zghira. ll-gewwa mill-bieb hemm id-dahla li ghedna li fiha xi 3½ pied tul u ftit anqas wisa'.


Issa nibghu dehlin mal-kuritur u hekk kif inhallu l-bieb fuq il-lemin tibda arkata zghira maqtugha fil-hajt. Go fiha mbaghad hemm bieb zghir ta' 2½ piedi gholi u l-gewwa minnu tara qabar li fih medda ta' 6 pedi tul u 3½ piedi wiesa. Ghandu maqtugha mhadda li fiha qatgha ghal zewgt irjus. Mela dan kien qabar fejn jistghu jidfnu tnejn kbar.


Quddiem dan il-qabar fil-faccata l-ohra tal-kuritur hemm qabar iehor bhalu. L-arkata u l-bieb ta' dan il-qabar huma bhal dawk li semmejna ta' quddiemu. Minn gewwa jixbah ukoll f'kollox lill-iehor, biss fil-qiegh tieghu ghandu zewg hofriet fejn joqghodu l-igsma ta' tnejn minn nies u bhal gisem ta' bniedem dawn il-hofriet huma wisghin in-naha ta' l-ispallejn u jidjiequ hafna n-naha tar-riglejn. Mela hawn kien jistghu jidfnu tnejn min-nies ohra kbar (bisomae).


Il-gewwa minnu u mal-istess hajt hemm l-ahhar qabar li huwa l-isbah u l-iktar wiehed li fih xoghol. Fuq il-qabar kollu hemm maqtugha bhal arkata ta' madwar 5 piedi wisa u 3 piedi gholi. Jerga fir-rjus ta' din l-arkata mill-istess blat hemm zewg qatghat ohra bhal hnejjiet zghar wahda quddiem l-ohra. L-irkejjen ma humiex lixxi imma johorgu fi tliet xewkiet ohra. Il-mejjet ma kienx jitqteghed taht din l-arkata ghaliex kieku kienu jridu jqandlu hagra mhix tac-cajt biex taghlaq dik il-wesgha kollha li ghidna. Ghalhekk il-qabar qieghed imhaffer (p.45) l-isfel minn kif tispicca l-arkata sa ncim il-qiegh tal-kuritur (sepolcro a mensa).


Il-qabar imbaghad kien jigi imsaqqaf meta jpoggu fih il-mejjet u l-arkata tibqa' miftuha bhal baldakkin fuqu. Dan qisu l-ewwel hjiel tal-kappelli li llum jaghmlu fuq l-oqbra fic-cimiterji l-kbar, imma iktar baxx u fic-cokon. Il-qabar isfel twil 5½ piedi u l-bicca l-wiesa tan-naha ta' l-ispallejn fiha 3 piedi wisa'. L-imhadda fil-qiegh (li bhal shabha ta' hawn gew qieghda fil-genb tal-Lvant) ghandha zewg hofriet ghal zewt irjus u l-gewwa minn dawn jidhru tlett toqbiet tondi. Hemm maqtugh fejn joqghodu l-igsma ta' zewg mejtin, imma filwaqt li dak tan-naha ta' barra huwa twil ghal ragel jew mara, l-iehor il-gewwa minnu maqtugh qasir ghal tarbija. lt-toqob ghall-imsiebah li naraw f'dawn l-oqbra ma humiex kollha zghar imma bicciet minnhom huma kbar hafna bhalma niltaqghu maghhom hafna drabi f'katakombi ohra ta' zmien ir-Rumani.


Quddiem dan il-qabar man-naha l-ohra tal-kuritur hemm wesgha li minnu barra tibda rettanglu ta' 8½ piedi medda u madwar 4 piedi gholi, imbaghad is-6 piedi fond li fiha gol-hajt huwa maqtugh bhal arzella fejn is-saqaf jibda jitbaxxa u jinzel l-isfel. Il-qiegh ta' din il-wesgha huwa l-iktar bicca li tigbidna. Hawn tidher maqtugha bhal mejda tonda ta' 3 piedi dijametru li mad-dawra taghha jdur hanek ta' 3½ pulzieri wisa'. Minn dan il-hanek il-blat maqtugh imzerzaq ghal xejn ghal xejn l-isfel sa ma jasal sar-rokna.


Dan soltu kien il-post fejn joqghodu mimdudin fuq genb (kif kienu jaghmlu r-Rumani) biex jistghu jduru mal-mejda u joqoghdu ghall-ikel; imma hawn f'anqas minn tlett piedi wisa' bilkemm jista jkun li kienu joqghodu bil-qeghda kokka. Wicc il-mejda kien 2½ pied gholi mill-art tal-kuritur u s-saqaf tal-wesgha jahbat ftit fuq it-3 piedi ghola minn wicc il-mejda. Jerga fil-hanek f'tarf il-mejda li jmiss mal-kuritur hemm hofra (p.46) ckejkna biex minnha jkunu jistghu jnaddfu wicc il-mejda.


Din il-mejda li wiehed jiltaqa' maghha fil-katakombi tar-Rabat u fi ftit oqbra ohra li ghandna ta' zmien ir-Rumani; hija l-iktar haga sabiha li ghandna fil-katakombi ta' Malta u wiehed ma jaraha imkien izjed.


F'xi katakombi ta' Ruma bhal dawk tac-cimiterju ta' Prixilla, S. Pietru u S. Marcellinu hemm affreski li juru xi ftit nies imdawrin ma mejda u qeghdin jieklu, imma bhalma ghedna dawn huma kollha pittura ghax imwejjed ma jidhrux fil-katakombi ta' Ruma; mhux bhal Malta fejn sibna l-imwejjed maqtughin fl-istess blat bhalma huma imhaffrin l-oqbra.


Din il-mejda setghet kienet maghmula biex fuqha ssir l-ikla, jew mejda funerarja illi kienet issir ghall-unur tal-mejjet bhalma kienet ukoll drawwa fost il-pagani.


L-insara kellhom ukoll l-agape jew mejda ta' l-imhabba illi damet biss ghal ftit sekli tal-bidu tal-Kristjanezmu; meta mbaghad beda jintilef l-ispirtu sabih taghha u kellhom inehhuha ghal kollox. F'din il-mejda ta' l-agape ghani u fqir kienu ghaqda wahda anzi l-ghani jahseb ghall-ikla tal-fqir u hekk dejjem titqawwa l-imbabba ta' l-ewwel insara. Mal-agape kien isir talb, qari mill-lskrittura Mqaddsa u kant tas-Salmi. Ghall-ewwel zewg sekli mal-agape kien ukoll jinghata t-Tqarbin imqaddes; imma wara, dawn iz-zewg hwejjeg gew mifruda minn xulxin.


Meta din l-agape kienet tkun bicca mic-cerimonja tad-difna, f'Ruma, ta' lanqas, kienet issir ma genb ic-cimiterju imma barra mis-sotterran.


Jekk din il-mejda tac-cimiterju ta' Misrah Ghonoq kienet ghall-agape tal-mewt, zgur li ma kienux jiltaqghu iktar minn (p.47) nies ta' l-istess familja tal-mejjet ghax ma hemmx wisa' anzi jkollna nghidu illi billi hija baxxa, imkittfa u fl-istess sotteran aktarx li kienet biss bhala turija tal-agape milli kienet tassew mejda ghall-ikla.


Jerga fil-funerali u fl-gheluq is-sena tal-mewt kienu jsiru l-Misteri Divini u sahansitra s-Sagrificcju Mqaddes magenb il-qabar tal-Mejjet3 - madanakollu bhalma jsir illum fil-kappelli gewwa ic-cimiterji - u ghalhekk din il-mejda setghet swiet biex madwarha jduru nies il-mejjet li kien midfun forsi f'dak il-qabar sabih li qieghed biswit il-mejda u li l-bicca dritta tieghu ta' taht l-arkata (solium) setghet swiet bhala mejda ta' artal fejn issir il-quddiesa4.


KATAKOMBI


Issa nhallu dan il-qabar ta' familja u mmorru ghal cimiterju iehor ta' zmien ir-Rumani, li ghad li mhux maqtugh hekk bis-sengha bhal dan li rajna l-ahhar, huwa hafna ikbar.


Taqbad it-truncieri (Victoria Lines) ta' fuq il-grigal tal-fortizza u tibqa' miexi maghhom xi 200 pass l-isfel. Tinzel minn moghdija ghal taht it-truncieri, u hemm maqtugh fil-wicc tal-blat taht il-hajt tat-truncieri, tara zewg bibien miftuha li huma d-dahla ghal dan il-katakombi li nsejhulhom tal-Fortizza.


Dawn il-bibien (bhal blat li fih maqtughin) qeghdin iharsu fit-tramuntana fejn tidher wahda mill-isbah veduti ta' Malta. Fil-boghod tidher witja kbira ta' raba jhammar, jew ihaddar skond iz-zmien, filwaqt li fuq il-Punent jintrefghu l-gholjiet; u l-bahar ikhal jinfirex max-xefaq fuq il-Lvant. Is-sahha tal-bahar u l-ghebusija tal-art tfakkru lil wiehed f'dak in-nawfragju li l-Providenza geghlet li jsir f'dak il-port li jidher (p.48) faccata. Imma jkollna nhallu l-hsibijiet sbieh li tqanqallek dik il-veduta u nghaddu ghall-katabombi.


Il-bieb ta' fuq ix-xellug fih 5 piedi gholi u 3 wiesa; li l-iehor li qieghed 14-il pied iktar fuq il-lemin, fih 3 piedi gholi u 2¼ piedi wisa'. Tidhol il-gewwa u tara quddiemek wesa' nofs tond ta' madwar 22 pied tul, 37 pied wisa' u l-gholi iqalleb daqqa ghola hafna minn rasek u ohra baxx, ghax u la s-saqaf u lanqas milli jidher l-art (li hija kollha hagar u trab) ma huma wietja. Fis-saqaf tidher bhal spiera li l-bicca ta' fuq taghha mirduma fil-hagar, u li forsi kienet imhaffra ghall-arja u d-dawl ta' l-istess katakombi (Luminaria). Madwar il-kamra jduru tmien dahliet ghall-oqbra, kif sejrin nuru ahna u nduru dejjem fuq il-lemin. Il-bibien ta' dawn id-dahliet ma humiex gholi wiehed mill-art imma l-oghla wahda mhix iktar minn 4 piedi.


L-ewwel tidher dahla, li fiha fuq it-3 piedi wisa' 3 piedi gholi u 6 piedi fond, li fir-rokna ta' gewwa ghandha bhal imhadda b'zewg qatghat fejn jitpoggew zewgt irjus.


It-tieni qabar jibda b'bieb ta' 2¼ piedi gholi; u mbaghad tidher maqtugha l-kamra tal-mejjet ghamla ta' bajda u li fiha 6 piedi tul, 4 piedi wisa' u qisu 3 piedi gholi. L-imhadda ghandha zewg qatghat ghall-irjus.


Bieb ta' 2½ piedi gholi jaghti ghat-tielet qabar li hu ta' l-istess ghamla ta' dak li semmejna l-ahhar, imma ftit pulzieri izghar. Fil-hajt tar-ras tidher bhal arkata zghira u tahta tahbat l-imhadda b'zewg hofriet ghar-rjus.


Inghaddu ghar-raba' qabar. Fuq il-bieb qisu kwadru ta' 7 piedi ddur hnejja bhal dawk li spiss niltaqghu maghhom fl-oqbra ta' zmien ir-Rumani. Minn gewwa, taht l-art, kemm is-saqaf ta' dan il-qabar huma bir-rkejjen. It-tul igib ftit mqas mm 8 piedi, il-wisa 5 piedi u l-gholi 2⅓ piedi. It-tul tal-qiegh huwa (p.49) maqsum f'zewg sodod li bejniethom ghaddejja trinka. Milli jidher mill-qatghat fejn ipoggu l-irjus, dan il-qabar hu maghmul ghal erbgha min-nies, mimdudin ma' tul il-wisa' tieghu; tnejn fuq l-ewwel sodda b'wicchom ihares tejn it-tnejn tas-sodda l-ohra.


F'rokna zghira qrib jibda il-bieb tal-hames qabar. Dan il-bieb li fih 2½ piedi gholi qieghed mal-genb tan-naha tar-ras tal-qabar, li jinfirex fuq il-lemin. Minn gewwa, il-qabar huwa rettangolari ta' 5¼ piedi tul, wisa wiehed ta' 3¼ piedi u 1½ piedi gholi; ghandu mhadda f'zewg hofriet, u mal-hajt li jmiss maghha hemm maqtugha arkata zghira bhal dik li tidher fit-tielet qabar.


Iktar fuq il-lemin tidher is-sitt dahla gol-hajt. Hemm maqtugha bhal hnejja sabiha u tahtha jidher il-bieb qiesu kwadru ta' dwar 1½ piedi minn kull naha. Il-gewwa mill-bieb ma hemmx hlief daqsxejn ta' dahla ta' qiesu 2 piedi minn kullimkien. Dan ma kienx hlief xi qabar ghat-trabi zghar, jew inkella kien ghal xi qadi iehor ta' dan il-Katakombi.


Il-bieb tas-seba' dahla fih 2 piedi gholi u bhas-soltu ftit anqas wisa'. Tghaddi ghall-qabar ta' qisu 6 piedi tul, 3½ wisa' u fuq 2¾ piedi gholi; imma dan mhux ghamla rettangolari bhat-tlieta li semmejna l-ahhar, imma bi rkejjen imdawrin bhat-tieni u t-tielet.


Issa wasalna magenb il-bieb tan-naha tal-punent tal-katakombi fejn ghandna t-tmien qabar. Il-bieb tieghu kellu bhal hnejja maqtugha fuqu li milli jidher giet imkissra wara. Il-qabar ghandu l-ghamla rettangulari ta' 8 piedi tul, 3½ wisa' u qiesu 3 piedi gholi.


Dak hu mmela dak li kellna nghidu fuq dan il-katakombi. Hallejna barra t-taqsim tal-hofor ghall-imsiebah imma ma rridux (p.50) ninsew infakkru lill-qarrej illi dawk it-toqob zghar imhaffrin mal-hajt ta' barra u li jinfdu ghal gewwa, ma humiex hlief toqob maghmula m'hilux, biex minnhom jghaddi n-nahal ghall-garar li gew imqieghdin fil-katakombi.


Il-katakombi nsara f'Ta' Bistrau Il-katakombi nsara f'Ta' Bistra

L-ahhar u l-ikbar katakombi li nafu bih madwar il-Mosta qieghed fil-ghalqa ta' Bistra. Tarah maqtugh fil-blat fuq idek ix-xellugija hekk kif timxi madwar 220 pass il-fuq ma dik it-telgha wieqfa tat-triq li minn San Guzepp "tat-Targa" tigbed ghal S Pawl "tal-Qliegha" u r-Rabat. Il-ghalqa li qieghda fiha jghidulha "tal-Gherien", kif dawk li ma jifhmux isejhu lill-oqbra kollha maqtughin fil-blat.


Bejn ghalqa u ohra jidher hajt tal-blat li qieghed ihares fit-tramuntana, u billi l-post qieghed fuq hotba (254 pied minn wicc il-bahar) minn hawn tidher veduta sabiha ta' l-art baxxa quddiemu; u l-bahar fil-boghod mill-Gzejjer ta' S. Pawl sal-Krejten. Il-wicc ta' dan ix-xifer tal-blat, ghal tul ta' 127 jarda shah huwa 'I hawn u 'I hemm imhaffer bl-oqbra. Ahna ghaddejna daqs 44 dahla ghal dawn l-oqbra. Bicciet minnhom huma oqbra wehidhom li kollha qeghdin tnejn jew tlett piedi 'il fuq minn wicc l-ghalqa ta' taht; imma hemm ukoll ohrajn li maghmulin, biex nghidu hekk, bhal oqbra tal-familja.


Fil-ghalqa l-baxxa hemm kuritur ta' 27 pied tul, 5½ pied gholi u 3½ piedi wisa'. Fil-gnub tieghu ghandu maqtughin hofor sbieh bi hnejjiet zghar, u oqbra maghmulin ghal tnejn minn nies. Go fih stess, fuq il-lemin, hemm dahla ta' 11 il-pied tul mi mnejn tidhol ghal qabar iehor.


Jisghobbina li ma nistghux nitkellmu sewwa fuq l-oqbra kollha ghaliex ma humiex imhammlin mill-hagar u t-trab li fihom. Ikollna nghidu li dan il-katakombi kellu dehra wisq ohra kbira u sabiha u li thassret bil-qtugh tal-blat, li ma kullimkien jidher. Dan hu aktarx il-ghaliex ma jidhrux dawk il-wesghat (p.51) ghall-laqghat bhalma hemm fil-katakombi iz-zghar li tkellimna minnhom qabel, u bhalma hemm f'dawk tar-Rabat.


Minn dak li fadal jidher, nistghu nghidu li dawn l-oqbra huma xoghol tard, nghidu ahna tar-IV jew V seklu W.K. u l-qatgha taghhom hija isbah mill-istess katakombi tar-Rabat. Rajna xi hwejjeg, wiehed minnhom gandelabru mill-istess blat ghal musbieh li ma jidhru f'ebda katakombi ohra fil-Gzira. Meta dan il-katakombi jithammel sewwa il-Mostin ikollhom tifkira ta' zmien ir-Rumani mill-isbah li ghandna f'Malta.


Dawn l-oqbra tal-familja u l-katakombi kollha li semmejna kellhom dehra ohra fl-ewwel sekli W.K. il-ghaliex go fihom gew imqeghdin biex jistriehu l-igsma ta' l-ewwel insara u forsi fosthom dawk ta' l-ewwel qaddisin taghna. Wiehed jista jgib quddiem ghajnejh bniedem mejjet li forsi wara li gie midluk bl-ingwnet, imgezwer gol-lozor u b'idejh maghluqin mieghu, gie mbaghad mehud mid-dar tieghu u mwassal sal-katakombi mhaffer fil-blat (funeralia). Hemm, fi ftit dawl naturali, miksur bid-dawl li jaghtu l-imsiebah imqeghdin fil-hofor fil-hitan, jitkantaw is-Salmi, kif ukoll isir is-sagrificcju mqaddes, bhalma jsir sal-lum fil-kappelli gewwa c-cimiterju taghna. Wara li spiccat id-devozzjoni tal-mejjet dan jigi mqieghed gewwa l-qabar tieghu, jinghalaq il-bieb tal-qabar b'hagra u jitkahhlu sewwa l-fili. L-isem tal-mejjet u minn xi daqqiet l-isem tal-familja, kemm il-sena kellu u xi zewg kelmiet ohra ecc. ta' twemmin u ta' mhabba jigu mnaqqxin fuq l-ghatu tal-qabar5. U l-qassis iqawwi qalb il-qraba u l-hbieb tal-mejjet billi jfakkarhom fil-kelmiet ta' Kristu meta magenb il-qabar ta' Lazzru qal lil Marjanna "Jien hu l-qawmien u l-hajja: min jemmen fija ghad li jkun mejjet ighix."


(p.52) U hekk il-laqgha tinfirex imma nies il-mejjet ma jinsewx billi kultant jigu jaghmlu zjara f'dan il-post fejn il-mahbub taghhom qieghed jistrieh fil-paci.


IL-BIZANTINI


Matul il-qisu hames mitt sena (395-870 W.K.) li Malta damet taht idejn il-Bizantini - werrieta ta' l-imperu tal-Lvant tar-Rumani - l-istorja taghna hija mudlama hafna u ma nistghu naqbdu l-ebda tarf fuq dak li gara, barra milli Malta baqghet dejjem izzomm qawwija dik il-fidi li tana l-Kbir Appostlu S. Pawl meta f'xi pajjizi ohra inqalghu ereziji kbar fuq l-inkarnazzjoni tal-Feddej taghna. Ghalhekk jekk forsi r-rahal li fuqu qieghdin nitkellmu ma gawdiex fi zmieni il-Bizantini minn dan il-gid ta' zmien ir-Rumani, ta' lanqas ma tilifx mill-fwieha tat-twemmin li tieghu bhalma rajna ghandu xhieda sabieha.


IL-GHARAB


Il-hajja ta' l-imperi tad-dinja qisa l-hajja ta' familja: illum il-missier jahkem ghadd ta' tfal, u ghada din il-hakma qawwija tal-missier taqa' u tispicca fix-xejn ghax dak li l-bierah kien tifel dghajjef, illum kiber, sar ragel u ghadda lil missieru li beda niezel l-isfel fis-sellum tal-hajja. Spiccat is-setgha tar-Rumani u warajhom tal-Bizantini u bdiet tidher il-qawwa tal-Gharab, li f'anqas minn seklu ghaqqdu imperu shih. L-Afrika ta' fuq kienet f'idejhom u lil Sqallija rebhuha wkoll, meta fis-sena 870 W.K. hadu lil din il-gzira taghna li n-natura qeghdet bhala stazzjon bejn iz-zewg kontinenti ta' l-Ewropa u l-Afrika.


L-Gharab damu hawn Malta 220 sena li fuqhom nafu nghidu ftit li xejn. Biss haga wahda ma rridux inhalluha tghaddi, u din hi dik li l-istorici qodma taghna, donnhom b'ghafsa ta' qalb u bid-dmugh f'ghajnejhom, kienu jiktbu minn din il-hakma ta' l-Gharab fil-Gzejjer ta' Malta. B'dan huma ma jaghtux il-qarrej kollu kemm hu s-sewwa l-ghaliex dak iz-zmien il-Gharab kienu biex inghidu hekk l-ikbar nies tad-dinja; nies kbar (p.53) fil-kummerc, fl-industrija, fl-arti u fix-xjenza, u ma nafux kemm il-seklu kienet tibqa' lura c-civilizzazzjoni ta' l-Ewropa li kieku ma kienux l-Gharab li zammew li ma ntilifx il-wirt ta' l-gherf ta' nazzjonijiet kbar ta' qabilhom f'dawk iz-zmenijiet tan-Nofs tant mudlama.


L-anqas ma hu tassew illi l-gharab ma kenux ihallu lil missirijietna jaghmlu r-religjon taghhom; il-ghaliex tahthom kulhadd jaghmel it-twemmin tieghu wara l-hlas ta' taxxa zghira. Immela dawk il-Mostin ta' zmien il-Gharab kellhom riedhom f'idejhom ghad li aktarx qatt ma kien hemm dik il-gibda billi bhala nsara ma setghux ikollhom demm mal-kapijiet Musulmani.


F'dan ir-rahal ma nafux xi jfakkama f'dawn il-Gharab, hlief forsi meta niltaqghu ma xi tnejn idoqqu u jghannu fuq il-kiterra (kitara) li hija l-istrument li huma dahhlu gewwa Spanja u li minn dak iz-zmien saret l-istrument nazzjonali ta' l-lspanjoli u li jista jkun li huma kienu wkoll li dahhlu fil-Gzejjer ta' Malta.


Riferenzi

  1. Studjuzi tal-lstorja Sagra ipoggu s-sena 60 W.K.
  2. Bhalma juru wkoll l-iskrizzjonijiet: Vivas in Deo; Vivas in aeternum; In Pace; fil-Katakombi ta' Ruma.
  3. 0. Maruchi, Manuale di Archeoiogia Cristiana, pp. 129, 131.
  4. P.S. Scaglia, Manuale di Archeoiogia Cristiana, p. 34.
  5. Bhalma niltaqghu fil-katakombi ta' Ruma: Sofronia … dulcis semper vivas in Deo; Dulcissima in pace; ecc.

Kapitli ohra mill-ktieb