The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA VIII: IKTAR NIES LI GHAMLU UNUR LIL-MOSTA


(p.277) Minn hawn 'l quddiem ser inkomplu b'ziediet ohra biex nimlew is-snin mill-1930 sakemm tasal is-sena biex jintemm il-ktieb.


GIO MARIA CAMILLERI (27.Mej.1860 - 17.Fra.1917) - ARKITETT, minn Francesco Mangion


L-Arkitett Gio Maria Camilleri L-Arkitett Gio Maria Camilleri

(p.278) Gio Maria Camilleri twieled il-Mosta fis-27 ta' Mejju 1860 minn Guzepp Camilleri u Grazzja Sant. Wara s-snin tac-ckunija gie mdahhal l-iskola tal-Gvern tal-Mosta u wara s-Seminarju ta' l-Imdina biex hemmhekk jistudja ghall-qassis izda meta kellu 20 sena huwa gharaf li ma kienx vokat li jsir qassis, ghalhekk halla s-Seminarju u mar ghax-xoghol ma hutu li kienu jahdmu fis-sengha tal-bini.


Wara li tharreg sewwa fis-sengha tal-bini insibuh bhala mghallem/bennej fil-knisja tal-Mellieha filwaqt li huh Wigi kien il-bennej. Ta' 26 sena (17 ta' Jannar 1886) huwa zzewweg ma Marija Sammut. Huwa kellu sitt itfal, 2 subien u 4 bniet. Issa insibuh impjegat mal-Gvern bhala Foreman, huwa gie nkarigat biex imexxi hafna xogholijiet fosthom l-arkata ta' l-Isperanza li nbniet fuq ohra qadima fl-1905. Meta fl-1898 l-Imgarr inqata parrocca ghalih wara ftit snin in-nies ta' dan ir-rahal hassew il-bzonn ta' knisja akbar ghax li kellhom kienet zghira ghan-numru ta' fidili li kien dejjem jizdied. Il-kappillan Glormu Chetcuti wkoll Mosti kien diga sema bil-hila ta' Gio Maria ghalhekk irrikorra ghandu biex jaghmillu pjanta ghall-knisja gdida hekk mehtiega u mixtieqa mill-poplu ta' l-Imgarr.


Is-Sur Camilleri accetta bil-qalb il-proposta tas-Sinjur Kappillan u b'generosita offrielu minghajr ebda hlas ix-xoghol u t-tahbit kollu li ggib maghha bicca xoghol hekk grandjuza izda bhala gratitudni jitlob biss li wahda mill-Kappelli jkollha l-altar iddedikat lill-Madonna ta' l-Isperanza li taghha kien tant (p.279) devot. Intant l-arkitett ghamel il-pjanta ta' Knisja ta' ghamla ovali u esponija ghall-pubbliku. Il-pjanta giet accettata u nbeda x-xoghol taht it-tregija tieghu fl-1909. Kien mehtieg hafna xoghol ghall-livellar ta' l-art, b'danakollu kull ma jkun gej jasal u fit-2 ta' Gunju 1912 giet imbierka l-ewwel gebla u mqiedghda minn Monsinjur Luigi Attard. Ix-xoghol tkompla u Gio Maria kien kull nhar ta' Hadd imur l-Imgarr riekeb fuq il-karrettun tal-hmara biex jara x-xoghol u jaghti disinji u mollijiet lill-haddiema. Huwa baqa' sejjer hekk sa ma qabditu marda twila. Billi kien baqghalu xi xoghol fl-ahhar pjanta minn fuq is-sodda ta' mewtu huwa talab lill-Madonna biex taqlaghlu l-grazzja ta' ftit hajja ohra biex ikompliha, il-grazzja giet maqlugha u l-pjanta tkompliet imbaghad lissen it-Te Deum.


Fis-27 (17 ?) ta' Frar 1917 fl-eta ta' 57 sena halla dan il-wied tad-dmugh, biex imur igawdi ‘l Alla u lill-Madonna li tant kien ihobb. Ghalkemm ma rax it-tempju tieghu lest, it-talba tieghu giet imwettqa u fil-Knisja ta' l-Imgarr hemm kappella ddedikata lill-Madonna ta' l-Isperanza.


Il-patrijottizmu tas-Sur Gio Maria Camilleri ma kienx jieqaf biss ghall-gid tal-bini tad-Dar ta' Alla, izda nsibuh bandist habrieki fil-Banda Nicolo Isouard sa l-ahhar ta' hajtu.


Id-dar li fiha kien joqghod iggib l-indirizz 202, Triq it-Tama (ghal aktar informazjoni fuqu ara wkoll din il-link).


SALVU ZAHRA (24.Awi.1874 - 18.Apr.1960) - ARKITETT, minn Francesco Mangion


Mastru Salvu Zahra Camilleri Mastru Salvu Zahra

Salvatore Zahra twieled il-Mosta fl-24 t'Awissu 1874. Huwa iben Gio Maria u Roza Mizzi. Wara li ghadda l-iskola primarja tal-Gvern ta' l-istess rahal huwa ntefa' ghax-xoghol tal-gebel u f'din is-sengha ghadda hafna ‘l quddiem li f'qasir zmien sar bennej, bl-ewwel dar li bena kienet f'Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta.


(p.281) Ta' 22 sena Salvu zzewweg ma Grazzja Mifsud bint Pawlu u Rosa t-tnejn mill-Mosta fl-1896. Huwa kellu tmien ulied, hames subien u tliet ibniet.


Iz-Zahra (kif l-aktar kien maghruf) f'zghozitu bena ghad kbir ta' djar, izda wara nsibuh bhala mghallem, bennej u Arkitett. Taht it-tregija tieghu sar hafna xoghol maghruf bhalma huma l-Cannought Home l-Furjana, l-Oratorju tas-subien tal-Mosta, il-Knisja tal-Madonna tal-Abbandunati fil-Wardija, l-iskola tal-Gvern tal-Imgarr, id-dar ta' l-Arcipriet fil-Mosta, il-levellar tax-xaghra tal-Furjana ecc. Izda l-akbar bicca xoghol kienet fil-koppla tal-Mosta ghall-iskultura u induratura. Mastru Salv Zahra ghal dan ix-xoghol b'hila kbira u b'precizjoni liema bhala hazz il-koppla fuq id-disinn tqil u sabih ta' Grognet ghat-taqtigh tal-kwadretti u l-iskultura tar-rosseti. Dan ix-xoghol kien imbeda fil-15 ta' Marzu 1930.


Kien zmien it-Tieni Gwerra Dinjija u f'dik il-gurnata fahxija tad-9 ta' April 1942 il-koppla famuza ta' Grognet giet milquta minn bomba tal-ghadu. Ghalkemm din ma splodietx il-hsara kienet kbira. Hawn mill-gdid niltaqghu ma Mastru Salv Zahra, ghalkemm it-toqba tal-koppla kienet maghluqa provizzorjament din ma setghetx tibqa' hekk ghax il-hsara kienet dejjem tikber. Ghal din il-bicca xoghol hekk perikoluza biex tinghalaq sewwa din il-fetha ndahal Mastru Salv. Fuq disinn tieghu saret skalapiza jew pont kbir tal-injam li gie imtellgha mas-saqaf tal-koppla, u b'hekk il-haddiema taht it-tregija tieghu setghu jghalqu din it-toqba u jkompluha bl-iskultura u nduratura. Wara li din l-iskalapiza giet imnizzla giet mill-gdid imtellgha fuq il-genb l-iehor biex titranga l-induratura li kienet bil-hsara.


Salvu Zahra ghex hajja venerata ta' 86 sena, kien ihobb il-knisja u l-familja, u fit-18 t'April 1960 ikkonfortat bis-Sagramenti imqaddsa halla din id-dinja. Id-dar li fiha kien joqghod (p.282) kienet f'Triq il-Kungress Ewkaristiku numru 191. Din id-dar ghal madwar tmien snin serviet ta' Oratorju tas-subien (ghal aktar informazjoni fuqu ara wkoll din il-link).


DUN PAWLINU MIFSUD (16.Apr.1867-14.Ott.1939), minn Dr.Ferdinand Calleja M.D.


Dun Pawlinu MifsudDun Pawlinu Mifsud

Dun Pawl kien qassis twajjeb, umli u allegru. Pjacir, fejn jista kien jaghmlu bil-qalb lil kulhadd. Kellu idea gholja tas-Sacerdozju, tal-Knisja u tar-Religjon Kattolika. Illum konna nsejhulu “Konservattiv” mill-kbar. Devotissimu tal-Ewkaristija, ma kien jonqos qatt ghall-Ora Santa nhar ta' Hamis u kien wiehed mill-ewwel imsehbin fil-Ghaqda tas-Sacerdoti Adoraturi, imwaqqfa Malta, minn Dun Vincenz Caruana mil-Mosta ukoll. Ma kienx jissaporti l-izghar imgieba hazina fil-knisja inqas mit-tfal.


Kien muzicista dilettant kbir. Ikkompona reponsorji ghall-Gimgha l-Kbira u marca funebri sabiha li nixtieq ghadha tindaqq.


Habib kbir tal-Oratorju Qalb ta' Gesu sa mit-twaqqif tieghu, dejjem hadem kemm felah, b'fini wiehed – il-glorja t'Alla – ghall-gid ta' din l-istituzzjoni, bit-taghlim tad-duttrina u b'xoghol idejali.


Il-hena tieghu kienet li jiehu hsieb l-orkestra ghat-trattenimenti teatrali ghat-tfal fil-granet tal-Karnival, li ghaliha kien jintefgha b'ruhu u gismu, minn kmieni kull sena, u minn dejjem, zmien qabel ma kien jezisti l-Oratorju. Spejjez kollox minn butu. Xogholu (rigal lill-Oratorju) l-armonju (p.283) tal-Kappella. U l-ahhar bicca xoghol tassew iebsa li fuqha hela nofs sahhtu, kienet dik ta' mitt siggu tal-hadid ghas-sala tal-Oratorju wkoll.


Dun Pawlinu kien mekkaniku ngenjuz: li jfettillu kien jaghmlu. Ghamel strumenti tal-muzika bhal kontrabaxx, vjolin u anke senter bil-mekkanismu kollu.


Sewwa u ghamel godda l-orgnijiet ta' diversi knejjes ta' Malta. L-Orgni tal-Kor tal-Knisja taghna huwa xoghlu wkoll, bla flus. Il-hanut tad-dar tieghu, li darba kien ta' missieru Pietru-Pawl, mastrudaxxa gwapp, li hadem hafna mill-injam tal-knisja u mbaghad ta' huh Censu, kien qisu “club” simpaticissimu, fejn kienu jingabru kuljum professjonisti, qassisin u hbieb ohra, madwar Dun Pawl jahdem xi bicca xoghol minn tieghu: xi “bicca prezunzjoni,” kif kien ihobb jghid.


Miet fl-14 ta' Ottubru 1939 u waqt it-thewdin tal-marda l-ahhar moviment ta' idejh, qabel ma ntelqu ghal dejjem kien dak ta' sacerdot qieghed jeleva l-Ostja waqt il-Quddiesa.


PATRI AVERTAN FENECH (10.Lul.1871 - 1.Nov.1943) - KARMELITAN, minn Dun Ang Camilleri


Patri Avertan FenechPatri Avertan Fenech minn ritratt tal-1919 (cioe meta kellu xi 48 sena)

Patri Avertan FenechIr-ritratt ta' fuq ta' Patri Avertan imma mghoti l-kulur minn post fuq facebook. Kien hemm imnizzel: F'Mejju, tas-sena 1932, Il-Qaddej ta' Alla P. Avertan Fenech, Karmelitan tah l-ewwel attakk ta' puplesija li ħallih b'nofs ġismu paralizzat għal 11 il-sena u nofs li fihom għex b'rassenjazzjoni nisranija din il-qagħda tiegħu b'eżempju u edifikazzjoni għal kull min kien jafu. Bħala reliġjuż Karmelitan f'dawn is-snin tal-mard ħareġ tassew fil-beraħ l-awtentiċità tal-virtujiet li hu kien jgħix u jgħallem meta kien f'saħħtu. Mis-sodda tal-mard u mis-siġġu tar-roti baqa' xhieda tal-fedeltà u l-imħabba ta' Alla b'dik it-tbissima tixgħel u tiddi f'wiċċu li kienet xhieda tal-paċi tal-qalb li kien iżomm. F'post ohra kien hemm miktub: Patri Avertan a regular traveller on the Malta Railway. People noticed that he always spent the journey praying.

Hassejna li ghandna nsemmu lil Patri Avertanu Fenech, Karmelitan li bosta kienu jafuh ghall-hajja qaddisa tieghu.


Patri Avertan M .Fenech twieled il-Mosta f'naqra ta' mezzanin fi Triq Stivala Nru. 57 (illum numru tal-bieb sar 40) fl-10 ta' Lulju 1871 minn Duminku u Marija Attard. Mimlijin bi spirtu tassew nisrani ma riedux idumu ma jghammduh u l-ghada 11 ta' Lulju, ressquh ghall-maghmudija u tawh l-ismijiet Lwigi, Salvu, Tumas u Pacifiku.


Kemm missieru Duminku u kemm ommu Marija kienu wisq fqar. Duminku kien baqqunier u bit-tqanqic xtara nitfa (p.284) ta' barriera biex jahdem fiha. Marija kienet seftura u tiehu hsieb il-Villa tas-Sinjura Teresina Levi Grech maghrufa ta' Mifsud. Lwigi kien ta' natural helu u kwiet, kien ta' qalb tajba, toghgbu l-gabra u simpatiku fl-imgieba u d-dehra tieghu.


Ta sitt snin beda jattendi l-iskola tal-Gvern li kienet fi Triq il-Kurat Calleja, triq dejqa quddiem il-Knisja. Hafna tfal mill-Mosta u min-Naxxar kienu jigu f'din l-iskola.


Ghalkemm it-tfajjel ma kienx ta' intelligenza kbira, izda kien jistudja hafna u kien dejjem ezatt f'dak li jqabbdu s-surmast certu Lwigi Borg. Biex ihejji ruhu ghall-Ewwel Tqarbina, Lwigi kien imur kuljum il-Knisja Parrokjali fejn Qassisin jew Kjerici b'sabar kbir kien ihejju t-tfal ghall-Ewwel Tqarbina u ghall-Grizma tal-Isqof.


Dak iz-zmien it-tfal ma kienux jersqu ghall-Ewwel Tqarbina qabel ma jkollhom tnax-il sena jew ta' lanqas ghaxar snin maghluqa. Izda Dun Frangisk Camilleri, il-Kappillan ta' dik il-habta, ghalkemm kien josservaha b'reqqa kbira din l-uzanza, meta kien jara xi tifel twajjeb u jaf it-taghlim nisrani sewwa kien ihallih jitqarben anke jekk ma jkunx ghalaq l-ghaxar snin. U dan gara fil-kaz ta' Lwigi li ghamel l-Ewwel Tqarbina fis-26 ta' Dicembru 1880.


Ftit granet wara fis-16 ta' Jannar 1881 wara thejjiha xierqa huwa rcieva l-Grizma mill-l-Isqof, Mons. Carmelo Scicluna. Billi nannuh rah bix-xewqa li jsir qassis haseb li jdahhlu abbati fil-knisja, izda Lwigi ma riedx ghax ra li l-abbatini juru kunfidenza kbira fil-Knisja u hu ma riedx li jsir bhalhom.


Lwigi spicca mill-iskola tal-Gvern meta kellu kwazi erbatax-il sena u beda jhoss go fih ix-xewqa li jikkonsagra ruhu ‘l Alla. Wara li tkellem mal-konfessur tieghu iddecieda li jgharraf lill-genituri tieghu mill-iktar fis. Dawn ferhu mhux ftit meta qalilhom li kien se jidhol Patri Religjuz Karmelitan. Ghazel l-Ordni Karmelitan ghax huwa l-Ordni tal-Madonna u kien ihoss devozzjoni kbira lejha.


(p.285) Biex jitghallem il-Latin u t-Taljan kien imur tliet darbiet fil-gimgha n-Naxxar ghand qassis Dun Fortunat Debono,. Il-hlas kien ta' xelin fix-xahar. Wisq drabi kien imur bil-mixi f'maltemp kbir, f'xita u bard jew f'xemx tikwi. Wara sena u ftit Lwigi ghamel progress mhux ftit fiz-zewg lingwi, tant li fuq parir ta' Dun Fortunat hass li ghandu jkellem lill-provincjal tal-Karmelitani.


Fis-6 ta' Frar 1888, Lwigi halla d-dar tieghu u flimkien ma missieru irhewla lejn il-Kunvent tal-Belt. Missieru, kif ukoll ommu tawh xi pariri ghaqlin biex ikun religjuz qaddis, ezatt fid-dmirijiet tieghu anke zghar, gharef izda fuq kollox virtuz. Malli nfired minn missieru baqa' diehel il-Kunvent fejn gie milqugh mis-surmast tan-Novizzi, P. Anglu Mallia li wrieh ic-cella tieghu. Dak il-jum kien ghalih jum ta' l-akbar ferh u konsolazzjoni.


Patri Avertan FenechTalba bil-kitba ta' Patri Avertan "ghall-harsien ta' San Guzepp" minn post imtellgha fuq facebook. Tghid: Talbiet – Lil Patriarca S. Giusepp biex jakilghilna meuta taiba: 1) Gloriosissimu Patriarca, nitolboc taklagli il grazia, li il meuta tighi ma tcunx ghal gharrieda, u li kabel ma immut, mux biss li icolli iz-zmien, imma ucoll, li incun naf x’jena naghmel biex nista inker b’vera indiema. Gloria; 2) Gloriosissimu Patriarca nitolboc taklaghli il grazia, li iena, kabel ma immut, nilhak nircievi, chiff imiss, il-viaticu …

Jumejn wara fit-8 ta' Frar 1888 festa ta' San Gwann ta' Matha, il-Provincjal P. Lwigi Malfatti ghamel ic-cerimonja tal-Vestizzjoni Religjuza lin-Novizzi godda. Din il-Vestizzjoni saret f'kappella ckejkna tal-kunvent imsejha tal-Kuncizzjoni. Wara li tbierku l-ilbiesi l-Provincjal libbishom it-tonika kannella simbolu tal-penitenza u fuqha l-kappa bajda simbolu tal-purita. Wara din ic-cerimonja ta' lil kull wiehed isem gdid u lill-Lwigi tah l-isem ta' Fra Brocardo Avertano. Kienet festa silenzjuza li z-zaghzagh qatt ma nsewha hajjithom kollha.


In-Novizzjat bdewh fit-12 ta' Frar. Fuq dan iz-zmien nghidu biss dik li qalu shabu u fuq kollox il-Majjistru P. Spiridjun Vassallo. Fra Avertano kien umli u ubbidjenti dejjem u f'kollox, ghaqli u ta' ftit kliem u kellu fehma soda li jikber fil-virtu. Kien dejjem ferhan u f'xejn ma jiehu ghalih jew jinkorla. Is-Superjuri kienu jqisuh bhala l-mudell tan-novizzi. Dan il-karattru ma kienx monotonu jew li jdejjaq lil shabu fir-rikrejazzjoni jew fil-passiggati. Kien mahbub u maghgub wisq minn shabu u li kien jghid kienu jiehdu gost bih.


Qabel ma dahal novizz kien ihobb ipejjep hafna, izda malli rifes fil-kunvent qata' mill-ewwel din id-drawwa.


(p.286) Fis-17 ta' Frar 1889 ghamel quddiem il-Provincjal il-professjoni semplici fejn wieghed lill Alla u lill-Vergni SS.ma it-Tliet voti, ta' Faqar, Kastita u Ubbidjenza. Il-faqar tas-salib ma bezzghux, il-kastita tal-Vergni gibditu u l-ubbidjenza kienet ix-xewqa tieghu. Minn din il-professjoni flok Fra Brocardo – Avertano, beda jissejjah biss bl-isem Fra Avertano.


Patri Avertan FenechPatri Avertan meta kien zghir

Patri Avertan FenechPatri Avertan fl-ahhar ta' xjuhitu

Barra mill-majjistru l-gdid P. Raiti li wara sar Isqof ta' Trapani, kellu zewg professuri ta' fama li ghallmuh il-Letteratura u l-Filosofija. Dawn kienu Patri Maestro Abbate u P. Alberto Picciolo.


Il-professjoni solenni, li jintrabat bil-voti li semmejna ghall-ghomru, saret fis-27 ta' Frar 1892. Minn dak il-hin Fra Avertano beda jqis ruhu mejjet mhux biss ghad-dinja, izda ukoll ghall-familja, ghax insibu li qatt ma mar d-dar hlief darba, meta mietet ommu.


Mill-Kunvent tal-Belt l-istudenti sabu ruhhom fil-Kunvent sabih ta' S. Giljan biex jibdew l-istudji tat-Teologija. F'dan iz-zmien qabditu marda li bezzghet mhux ftit lill-shabu u lis-Superjuri tieghu. Dam madwar sentejn ibati, izda qatt ma rawh inkwetat jew imnikket, anzi kien dejjem kalm, ferhan u b'sabar kbir qisu ma ghandu tassew xejn.


U beda Fra Avertano jersaq bil-mod lejn l-artal – jircievi t-tonsura mbaghad l-erba ordnijiet minuri, sakemm f'Dicembru 1894 ircieva s-Suddjakonatt u f'Dicembru tas-sena ta' wara d-Djakonat.


Gie ordna sacerdot fil-5 ta' Lulju 1896 mill-Isqof ta' Ghawdex, Mons. Giovanni Camilleri, Agostinjan. Din l-ordinazzjoni saret fil-Kappella tal-Palazz tal-Isqof. Dan kien l-aktar jum ta' ferh ghat-twajjeb Religjuz Karmelitan. Huwa issa kien sar sacerdot ta' Kristu. Ix-xewqat li kellu f'qalbu sa min ckunitu kienu mwettqin.


L-ewwel quddiesa solenni ghamilha l-Hadd 12 ta' Lulju fis-Santwarju tal-Belt quddiem ix-xbieha mirakuluza ta' Sidtna tal-Karmnu. Missieru u ommu flimkien ma xi qraba kienu prezenti u l-Kor kien mimli bir-religjuzi Karmelitani.


(p.287) Wara li lahaq sacerdot is-Superjuri tieghu baghtuh jahdem fil-Kunvent tal-Belt. Hawn kien iqaddes fil-hinijiet li jkun hemm bzonn, jghin lis-Sagristan maggur u lid-direttur tat-Terzjarji. Lejn is-Superjuri kellu qima specjali. Lil wiehed novizz, darba biex ifiehmu sewwa din il-haga qallu:”Tabernaklu tad-deheb, tabernaklu tal-fidda, tabernaklu tal-bronz jew tal-injam, la darba fih ikun hemm Gesu Sagramentat xorta wahda ghandna ninxtehtu gharkubbtejna quddiemu. Hekk u xejn inqas rigward is-Superjur. Ikun superjur virtuz, hanin jew zorr, xorta ghandna nistmawh ghax hu dejjem rapprezentant t'Alla.


Bosta nies u religjuzi meta kienu jarawh iqaddes kienu jghidu li P. Avertano hu tassew qaddis, bosta drabi waqt il-quddiesa ghajnejh kienu jixxarbulu bid-dmugh u wiccu kien ibiddel lewnu. L-imhabba lejn Alla f'dak il-waqt kienet tidher fil-harsa ta' ghajnejh u fir-roghoda kbira li daqqiet kienet taqbdu.


Barra l-quddiesa l-Ufficju Divin kien ghal P. Avertano l-akbar talb u l-iktar maghgub quddiem Alla. Lin-novizzi kien jghidilhom “Ebda ghaggla ma ghandu jkun hemm fis-servizz t'Alla.”


Patri Avertan FenechF'gheluq il-25 sena mill-mewt ta' Patri Avertan, cioe fl-1969, l-Arcisqof Mikiel Gonzi mexxa l-ezumazzjoni tal-fdalijiet tieghu li tqieghdu f'qabar gdid fil-kannierja (l-Imdina), muri hawn fuq. Dan ir-ritratt u t'hawn taht tad-19 t'April 2009 meta kont tlajt l-Imdina ghall-festival Medieval Mdina.

Patri Avertan FenechRitratt aktar mill-qrib tal-qabar li kellu Patri Avertan. Fl-2014 f'gheluq is-70 sena minn mewtu, il-fdalijiet tieghu minn dan il-qabar fil-kannierja ittellghu fuq fil-knisja fejn indifnu fil-Kappella tal-Madonna tar-Rocca.

Patri Avertan FenechId-dar fejn twieled Patri Avertan u ghexet il-familja tieghu li llum ggib in-numru 10 Triq Stivala. Fuq lemin tidher il-lapida fl-istess kannierja tal-Karmnu fl-Imdina fejn hemm jistriehu l-genituri tieghu Duminku (m. 8.6.1905) u Maria (m. 28.7.1899). Lejn Lulju 2018 il-Kunsill Lokali kien inawgura lapida mal-faccata ta' din id-dar tifkira tieghu. Fil-gnien Reggie Cilia ta' wara l-knisja sar bust tal-bronz tieghu mill-iskultur Mosti Savio Deguara u t-triq li tigi ezatt bi drittu ssemmiet ghalih.

Meta P. Avertano beda jqarar, bosta erwieh kienu iqerru ghandu u fih kienu jsibu l-veru refugju tar-ruh taghhom, mieghu kienu jikkonsultaw ruhhom fid-dubji, fid-dwejjaq, fl-iskrupli. Kien il-habib, it-tabib tar-ruh u mhallef. Fit-twiddib u fit-taghlim tieghu kien helu, car ezatt, meqjuz u sod; u ghalhekk kien jibqa' stampat fil-mohh tal-penitent b'modd li qatt ma jintesa.


Wara l-mewt tal-genituri tieghu, mill-gid kollu li kellhom ma zamm xejn ghalih, nofsu tah lill-Kunvent u n-nofs l-iehor ghamlu quddies ghar-ruh il-genituri tieghu.


Il-priedki ta' P. Avertano ma kienux minn fuq il-pulptu ghax l-ewwelnett ma kellux lehen, kien nieqes ghal kollox mill-gesti, timidu u fuq kollox, bhalma kien jghid, ma kellux memorja tajba. Il-priedki tieghu kienu bl-ezempju.


(p.288) F'Mejju tas-sena 1906 taht il-Presidenza tar-Rev.mu General tal-Ordni P. Mayer kien sar il-Kapitlu provincjali. Bhala provincjal kien lahqa il-W.R.P. Professur Anastasio Cuschieri u P. Avertano bhala Surmast tan-Novizzi, ghazla li gabet sodisfazzjon u kuntentizza fost kulhadd. Minn din is-sena sal-1932 is-superjuri ma nehhewh qatt minn din il-Kariga. Barra milli kien dawn is-snin kollha surmast tan-Novizzi, kien ukoll f'erba kapitoli mahtur definitur u darbtejn sotto-prijur. Patri Spiridjun kin jghid li P. Avertano mhux biss ma kienx jiehu pjacir b'dawn il-karigi, izda kien idum hafna jaghmillu kuragg u jzieghel bih biex jaccetta, ghax kellu l-fehma li hu ma jiswa ghal xejn u ma kellu hila ta' xejn.


Patri Avertano f'dawn is-snin kollha bhala Surmast tan-Novizzi dejjem ried itihom formazzjoni tassew qaddisa fl-imgieba bejniethom fil-Knisja, fit-talb – ried dejjem inissel fihom qima u rispett lejn il-hwejjeg qaddisa u meta kien jaghmel xi korrezzjoni jew jaghti xi penitenza dejjem kien jara li tkun ta' gid ghal individwu.


F'Settembru tal-1919 – Patri Avertano flimkien mal-Provincjal u patri iehor mar Ruma ghall-Kapitolu Generali. Din kienet l-ewwel esperjenza tieghu li jara l-belt tal-Papiet, tal-Basiliki, u l-belt imsoqqija bid-demm tal-Martri. Haga tal-ghageb f'dan il-Kapitolu Generali ghajnejn kulhadd intefghu fuqu u fil-hin liberu kienu jduru mieghu, ikellmuh u jammiraw is-sincerita ta' qalbu u l-ispirtu religjuz li kellu.


Il-Prijur Generali l-gdid, P. Magennis, Irlandiz, kien spiss ikellmu u jitllob il-fehmiet tieghu fuq certi hwejjeg li ghandhom x'jaqsmu man-novizzi.


P. Avertano ferah hafna meta marru ghall-Udjenza mal-Papa Benedetto XV. Huwa baqa' donnu miblugh ihares lejh u l-ftit kliem li l-Papa qallhom baqghu stampati f'mohhu u f'qalbu.


Il-bicca l-kbira tas-snin bhala Surmast tan-Novizzi, ghaddihom l-Imdina. Meta kellu 61 sena s-Superjuri raw li ghandhom jaghtuh ftit mistrieh u ghalhekk ezentawh mix-xoghol (p.289) li kellu. Kienu ghaddew biss ftit granet u Alla ried jipprova lill-qaddej tieghu.


P. Avertano ta' kuljum kien jitlob biex jaghtih il-grazzja tal-martirju, ghalkemm sema' t-talb tieghu. Kien it-23 ta' Mejju 1932 ghal habta tal-10 ta' fil-ghodu meta tah kolp ta' puplesija li ghal bosta snin zammu msammar f'qiegh ta' sodda minghajr ma jista' jiccaqlaq.


Dam hekk tnax-il sena u kien isofri ugiegh minghajr ma jilmenta. It-tabib kuranti, kien jara s-sabar tal-ghageb tieghu, anzi jarah ferhan qalb dawk it-tbatijiet u sofferenzi l-izjed kbar.


Miet fil-lejl bejn il-31 ta' Ottubru u l-Ewwel ta' Novembru, festa tal-Qaddisin kollha, kulhadd impressjona ruhu, P. Avertanu kien qisu rieqed, wiccu kalm ebda sinjal ta' biza jew dwejjaq, imma kollox kien juri li l-mewt tieghu kienet trankwilla u ntfiet ghal xejn ghal xejn. L-ghada t-Tlieta 2 ta' Novembru 1943 sar il-funeral tieghu li fih hadu sehem shabu il-patrijiet u ghadd kbir ta' fidili li kienu jafu bil-hajja qaddisa tieghu. Saritlu quddiesa mill-Patri Provincjal u wara d-difna fil-Kripta tal-Knisja tal-Karmnu l-Imdina. Hafna ghadhom jiftakru fih, hawn ukoll qeghdin jithabtu biex Alla jaghti wkoll fid-dinja glorja lill-qaddej fidil tieghu.


Fl-1969 il-gisem ta' P. Avertano Fenech gie mnehhi mill-qabar fejn kien midfun u poggewh go qabar iehor specjali. Bhala xhud ta' din id-difna gdida kien hemm Mons. Arcisqof M. Gonzi, il-Provincjal P. Gustinu Sant, patrijiet Karmelitani u Patri G. Paris O.P. li kien id-Direttur Spiritwali tieghu, li kif xehed, zgur li P. Avertan qatt f'hajtu kollha ma ikkommetta dnub mejjet.


Miet 39 sena ilu (l-awtur nassumi qed jikteb fl-1982 biex jigi l-annu 1943) fl-eta ta' 72 sena. Ghal iktar taghrif ara l-perjodku “Il-Karmelu” is-snin 1957, 1958.


Video fuq Patri Avertan minn post fuq facebook, editjat mill-original biex naqqastlu ftit mid-dewmien zejjed.


IL-MONS. EDGAR SALOMONE (1.Dic.1882 - 23.Awi.1969), minn Francesco Mangion


Mons. Edgar SalomoneMons. Edgar Salomone

(p.290) Nahseb li naghmel wisq sewwa li jiena nqieghed quddiem huti Mostin kemm ghamel u kemm dejjem habb il-Mosta Dun Edgar.


Dun Edgar ghalkemm imhabba l-impjieg ta' missieru twieled f'Hat'Attard fl-1 ta' Dicembru 1882, ingieb il-Mosta ta' erba snin meta l-papa tieghu gie fostna bhala tabib u beda l-iskola tal-Gvern go Kurat Callejja Street.


Minn hawn dahal fil-Kullegg Ingliz tal-Gizwiti ta' S. Injazju San Giljan. Wara l-Matrikola mill-Kullegg dahal fis-seminarju tal-Furjana. Wara li mar sentejn “training” mal-Gizwiti f'Londra rega gie jkompli l-ahhar 4 snin tat-Teologija fis-Seminarju.


Qaddes fl-ahhar tas-sena 1908 u ghamel il-festa sabiha tieghu fl-istess Rotunda fl-ewwel Hadd ta' Jannar 1909. Ghamillu l-Panigierku l-“Arcipriet tat-tfal” Dun Pawl Mallia u minnufih ta' ruhu ghat-taghlim tat-Duttrina. Dak iz-zmien beda jikteb u jxandar kotba sbieh bl-ingliz (Memories and Charms of Mosta) u (Tifkiriet fuq l-imghoddi tal-Mosta) bil-Malti, kollha b'hafna ritratti sbieh. Minn dawn biss kien xerred mat-3 elef kopja u ta' dawn kellu kliem ta' fohrija sabiha mill-gazzetti tas-sena 1910. Imma l-aktar li Dun Edgar haqqu prosit kbir huwa ghall-famuz Ktieb ta' Dokumenti Originali fuq il-bini tal-Knisja tal-Mosta. Certu James Ferguson fl-1 Vol, tal “History of Modern Styles of Architecture” 1891 kiteb li Grognet ma kienx l-Inginier tal-Knisja Rotunda tal-Mosta imma din inbniet taht it-tregija tal-imghallem Mastru Ang Gatt. Dun Edgar sab dawn id-dokument ghand is-Sur Guze tan-nutar Ganninu Chetcuti u bil-permess tieghu ppublikahom kollha sal-kopja tad-disinn kif kellu jtalla' l-koppla. Dan il-ktieb “Grognet Confuta Ferguson” qala tifhir kbir mill-qarrejja kbar u gazzetta principali ta' Malta.


(p.291) Mill-1911 Dun Edgar gie msejjah biex jahdem mal-Freres u s-Salezjani f'tas-Sliema, imma fl-1913 Dun Edgar ma baqax lura biex ixandar il-XXIV Kungress Internazzjonali Ewkaristiku li kellu jsir u sar fil-Mosta. Huwa ppublika tliet albums tassew sbieh bl-istampi bl-Ingliz, Taljan u Franciz ghall-pellegrini fuq il-Mosta, u ghalkemm il-kbarat tal-Mosta ma stiednuhx biex ikun fil-Kumitat tal-Mosta ghal dawn il-festi kbar, meta kien gej il-Kardinal Ingliz Fr. Francis Boourne, hu (Dun Edgar minn jeddu u flusu) haseb ghall-famuz Guard of Honour fil-pjazza, tas-Salesjani Boys Brigade, li taghha kien kappillan u lesta wkoll “Special Presentation Copy Parchment Bound” tal-ktieb tieghu Mosta Memories and Charms u taha lil Dr. Rosarju Mizzi (President) halli jipprezentah lill-Kardinal Bourne wara l-Pontifikal tal-Kungress is-Sibt filghodu u hekk il-Kardinal ha mieghu dan is-“Souvenier of Mosta”.


Monsinjur Salomone minn dejjem kien imzejjen b'sens ta' dmir. Ghalhekk fl-ewwel gwerra dinjija (1914-18) kien minn ta' l-ewwel li wiegeb ghas-sejha u vvoluntarja ruhu biex imur fuq il-Kamp tal-battalja jdur bil-morda u l-feruti u jikkonfortahom bil-kelma u s-sagramenti mqaddsa.


Il-herba tal-gwerra u l-kundizzjonijiet tal-biza fuq il-kamp gieghluh igarrab hafna tbatijiet fosthom gharqa waqt vjagg meta l-vapur li kien fuqu gie ittorpedinat.


Wara tas-Sliema Dun Edgar gie mhajjar hafna biex jerga jigi l-Mosta u jiehu hsieb l-Oratorju tas-subien minn Dun Carmelo Gauci u accetta. Dun Edgar ghallem id-Duttrina, ta' lectures, teatrini, waqqaf banda, bazaars, paggi, scouts u kant.


Waqt il-qaghda tieghu fl-Imgarr kulhadd jaf kif biddel il-blat u xaghri f'rahal modern bl-iskola li beda hu, pjazza u centru civiku, il-knisja elittika sabiha tal-parrocca li ikkonsagraha fl-1948.


Il-gid u x-xoghol li ghamel il-Mons. Salomone qabel u wara li sar Kappillan tal-Imgarr gie rikonoxxut mill-awtoritajiet tal-Knisja u Civili.


Dun Edgar gie kemm il darba jippresiedi ghall-festi ta' (p.292) l-Iscouts li holoq hu, u l-Banda Nicolo Isuoard ghazlitu President Onorarju taghha.


Dun Edgar ghamel il-festa tal-Gublew tad-Deheb tieghu fuq l-altar tar-Rotunda fejn qaddes l-ewwel darba u gheluq il-50 sena tal-Kungress Ewkaristiku gie wkoll jiehu parti u ritratt mal-Kleru u Sinjuri tal-Mosta ta' Villa Grech Mifsud.


Monsinjur Salomone miet is-Sibt filghodu kmieni 23 ta' Awissu 1969 u gie midfun fic-cimiterju tal-Imgarr.


L-ONOR. WALTER SALOMONE (19.Ott.1888 - 8.Awi.1970)


Captain Salomone twieled il-Mosta fid-19 ta' Ottubru 1888. Huwa ghex hajja attiva specjalment fil-Kamp Politiku.


Fl-1921 hu gie elett membru tad-dwana u tal-Agrikoltura u wara ministru tal-Industrija u Kummerc u ghal 18-il xahar ministru tal-Pulizija.


Rega gie elett ghall-Parlament fl-1932. Ha sehem f'diversi Kummissjonijiet u kumitati. Fl-1934 ha hsieb li Stand ta' Malta f'esibizzjoni importanti li saret fi Crystal Palace, Londra u f'esibizzjoni ohra tal-Gvern Malti fil-Fiera tal-Industriji Inglizi go Wembley fl-1936.


Fl-1938 sar “Trade Development Officer”, “Controller of Industrial Property” u “Officer in charge tat-Tourist Bureau.”


Fit-tieni gwerra dinjija 1940-44 kellu diversi responsabiltajiet u serva bhala “Liason officer” mal-Irish Fusiliers li tieghu ghamluh Membru Onorarju.


Il-Kaptan Walter Salomone miet is-Sibt 8 t'Awissu 1970 fid-dar tieghu tas-Sliema fl-eta ta' 82 sena.


DUN ANG CAMILLERI (10.Ott.1860 - 8.Set.1927), EX-PROKURATUR TAL-KNISJA, mill-Kav. Dun Gwann Debono


Dun Ang Camilleri x-XihIz-Zabbari Dun Ang Camilleri (4.11.1860 - 8.9.1927), maghruf bhala Dun Ang ix-Xih

(p.293) Dun Ang, halla ‘l pajjizu Haz-Zabbar u gie fostna fl-1886, sew sew meta zijuh Dun Lawrenz Sciberras gie mahtur kappillan tal-parrocca taghna. Mill-bidunett wera devozzjoni kbira lejn il-Madonna, generosita mhix komuni lejn il-poplu Mosti, u apprezzament lejn it-tempju taghna.


It-tnejn kellhom laqgha ta' ferh mill-Mostin, l-ewwelnett ghax kienu persuni rispettabli, it-tieni ghax kellhom tama kbira, li t-tempju taghna, permezz tal-habrieki Sac. Dun Ang, ma jibqax izjed fi stat fqir mill-opri prezzjuzi, kif kien f'dak iz-zmien, u li l-parrocca jkollha wkoll ghajnuna mehtiega fil-qasam spiritwali.


Fil-fatti gie maghzul bhala Vici-parrokku u dam ghal perjodu ta' madwar 23 sena, u Prokuratur li dam ma 30 sena.


Ejjew issa naraw l-opri prezzjuzi li saru fil-Knisja, fi zmienu, bil-hila u l-hidma tieghu:

  1. L-induratura tal-Kappella tal-Orgni u tal-Bieb il-Kbir (1897)
  2. L-induratura tal-bibien ta' fuq il-presbiterju u ta' wara il-konfessjonari (1898)
  3. Il-baldakkin irrakmat (1898) (p.294)
  4. L-istandard tas-Sagrament, il-Bandiera tal-Vjatku u l-Umbrella ta' mal-Baldakkin
  5. Il-gwarnicun principali tal-Knisja (1902)
  6. Il-Lampier il-kbir tal-fidda (1902)
  7. Is-sitt linfi (1902)
  8. Il-Ventartal tal-fidda ta' l-Artal Maggur (1905)
  9. Il-kanopew irrakkmat bid-deheb u l-Mensola tal-Ostensorju.
  10. L-irham tal-presbiterju (1906)
  11. L-istatwi ta' l-Evangelju San Gwann u San Luqa ta' fuq il-Presbiterju
  12. It-tizjin ta' l-istatwa ta' Santa Marija (1908)
  13. L-irham ta' l-art tal-Knisja u tal-Kor li gew mibdija fis-sena 1909 u tlestew fis-sena 1911. Hawn ta' min jinnota illi l-benefattur Sac Ang Camilleri qabel ma sar dan ix-xoghol kbir ta' l-irham ghamel garanzija fuq gidu kollu, izda mbaghad meta l-Kurja rat il-kontijiet kollha, u ezaminat kollox, Dun Ang gie mahlul mill-ipoteki ta' gidu kollu, u dan sar quddiem l-Arcipriet Dun Pawl Mallia, b'sodisfazzjon ta' kulhadd, u tkanta Te Deum bhala ringrazzjament lil Alla, u l-innu ta' Santa Marija fis-7 ta' Jannar 1918
  14. L-irham tas-Sagristija fl-1915, b'somma ta' flus mahruga minn l-imsemmi Dun Ang, b'certi kundizzjonijiet maghmulin quddiem l-Ecc. Tieghu, l-Isqof Portelli O.P.
  15. L-induratura tat-twieqi tat-tambur tal-Koppla. (p.295)
  16. L-apparat li zzanzan fil-festa ta' Santa Marija u l-fanali tal-elettriku ta' fuq iz-zuntier.

Barra minn dawn l-opri sbieh li semmejna, bil-qawwa tal-kuxjenza onesta, ma rridx inhalli barra hafna opri ohra prezzjuzi, li saru wara mewtu, saru bil-flus li kienu ngabru minnu, kif insibu miktub fir-Registru personali tieghu, jew li ghalihom kien hu stess li beda l-arrangament ma persuni ohra biex dawn isiru, bhal dik il-famuza opra ta' l-induratura tal-Koppla, li ndahal ghaliha bi flusu stess, is-Sur Carmelo Dimech.


B'wiccna minn quddiem obbligati nisqarru li Dun Ang ghalkemm twieled Haz-Zabbar, art storika u protetta mill-Madonna, hala l-energija ta' hajtu fil-Mosta, art ukoll storika u mimlija bil-grazzji ta' Santa Marija.


Dun Ang miet fit-8 ta' Settembru 1927, wara li kien imfarrag bl-ahhar Sagramenti. Il-funeral tieghu, kien jidher, qisu izjed processjoni milli funeral.


IS-SURMAST GANNI VELLA (29.Set.1890 - 16.Fra.1955)


Mro. Ganni VellaMro. Ganni Vella

Maestro Ganni Vella twieled il-Mosta fid-29 ta' Settembru 1890 u ta' 11-il sena kien diga beda jdoqq b'efficjenza kbira trumbun mal-Banda Nicolo Isouard li taghha kien ghal hafna snin Surmat Direttur.


Kien ghad ghandu 19-il sena meta gie maghzul “trumbun solista” fir-Regiment ta' l-R.M.A. u ftit wara fil-Banda Nazzjonali “La Vallette” fl-istess kapacita.


Bhala solista ha parti f'konkors kbir mal-Baned principali ta' Malta, kemm fl-Afrika ta' Fuq, kif ukoll fl-Ewropa, fejn ghall-genju tieghu muzikali kien mill-ewwel ikkunsidrat bhala wiehed mill-ahjar muzicisti ta' zmienna.


Studja l-Armonija u l-Kontrapunt u huwa anke awtur ta' (p.296) diversi kompozizzjonijiet muzikali.


Barra milli kien surmast direttur effettiv tal-Baned Nicolo Isouard tal-Mosta, San Gorg ta' Hal Qormi, u San Nikola tas-Siggiewi, hu iddiriega wkoll bl-akbar ghaqal il-Banda ta' l-R.M.A., ta' La Vallette, il-Konti Ruggieru u l'Isle Adam tar-Rabat, il-Vittorja tal-Mellieha, is-Sliema Band ta' tas-Sliema u l-Maria Mater Gratiae ta' Haz-Zabbar.


Fuq kollox kien bniedem sincier u umli u ghalhemm kien popolari u mahbub minn kulhadd. Fit-23 ta' Novembru, 1947 is-Socjeta Filarmonika “Nicolo Isourad” iffestegjat il-Gublew tal-fidda (1922-47) minn meta l-banda kellha x-xorti tkun diretta minn Mro. Ganni Vella minghajr interruzzjoni u dejjem b'successi kbar.


Barra mill-hafna marci li kiteb kemm brijjuzi kif ukoll funebri, insibu wkoll innijiet, u kompozizzjonijiet ta' valur muzikali. Ta' min isemmi x-xoghlijiet Fantasia Silver Jubilee, Knight of Heaven, Intermezzo Liberty, Lolita, Selection Dawn of Victory u bosta kompozizzjonijiet ohra.


Maestro Vella miet fis-16 ta' Frar 1955, izda l-memorja tieghu ghadha hajja quddiemna, kif nittamaw li tibqa.


MONS. DUN KARM SCIBERRAS (27.Nov.1893 - 23.Mej.1950), minn Carmelo Schembri


Mons. Dun Karm SciberrasMons. Dun Karm Sciberras

Mons. Dun Karm Sciberras twieled il-Mosta fis-27 ta' Novembru 1893 minn Frangisku Sciberras u Grazzja Azzopardi, genituri twajba Mostin. L-ewwel edukazzjoni hadha mill-Iskola Elementari tal-Mosta, u hekk kif beda jhoss is-sejha ghas-Sacerdozju ghadda ghall-istudji sekondarji fl-iskola tas-Salezjani fejn seta' jiehu formazzjoni tajba u jizviluppa ahjar il-vokazzjoni li kellu.


(p.297) Minn hawn ghadda ghas-Seminarju t'Ghawdex fejn beda il-Kors tal-Filosofija u wara dak tat-Teologija li wassluh ghall-ordni Sagri.


Dun Karm gie ordna sacerdot mill-Isqof Portelli O.P.j fil-knisja ta' San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fil-31 ta' Mejju 1921.


Ghadu sacerdot novell u zaghzugh, Dun Karm mill-ewwel inxtehet ghal-xoghol Pastorali, dak ta' Vici-Parrokku, post li dak iz-zmien, wisq izjed millum, kien jitlob sagrificcju u tbatija. Kien ta' spiss iqatta sieghat twal jassisti u jhejji ghal-mewt tajba l-moribondi. Mal-fqar u mall-imnikkta, Dun Karm kien dejjem ghajn ta' farag u ta' ghajnuna.


Dun Karm kien ukoll predikatur sod u tajjeb u kien jaf iwassal il-messag li kien jixtieq.


Imma x-xoghol li l-izjed kien ghall-qalb Dun Karm, l-aktar li swielu zmien u energija kien it-taghlim religjuz fost iz-zaghzagh u t-tfal tal-Mosta li ghalihom bena l-Oratorju Qalb ta' Gesu.


Dun Karm Sciberras ha f'idejh id-direzzjoni tal-Oratorju tas-Subien fl-1922. Dak iz-zmien it-tfal tal-Parrocca kienu jattendu ghat-taghlim tad-Duttrina bil-kotra, mhux biss jithejjew sakemm jircievu l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof, imma anke wara, kienu jibqghu jmorru ha jitghalmu izjed.


L-Oratorju minn dejjem kien ukoll ic-Centru fejn it-tfal u z-zaghzagh kienu jiehdu rikreazzjoni tajba. Forsi l-aktar li wiehed ihobb jiftakar huma dawk ir-recti tat-teatrini li ta' spiss kien jorganizza b'tant success li folol ta' nies kienu jikkonkorru ghalihom.


(p.298) Dawn ir-recti tat-teatrini ma kienux xi haga ta' divertiment bla sens li tispicca u ittir mar-rih, izda kienu mezz edukattiv biex wiehed seta jizviluppa tajjeb l-espressjoni tal-kelma u jitghallem jidher u jitkellem quddiem gemgha ta' nies minghajr biza jew misthija.


Sa dan iz-zmien l-Oratorju kien jinsab f'dar antika, fit-tarf t'isfel ta' Triq il-Parrocca. Kienet dar kbira, palazz qadim imqassam f'hafna kmamar, izda dan ma kienx il-post ideali ghall-Oratorju.


Minn hawnhekk Dun Karm beda johlom b'idea sabiha ta' Oratorju gdid, mibni apposta f'ambjent ahjar, iktar fil-kobor u mqieghed f'post izjed centrali.


Bl-appogg ta' l-arcipriet Dun Pawl Mallia u ta' xi benefatturi ohra, Dun Karm zied il-kuragg u kiseb bicca art wiesa bizzejjed f'post imwennes u milhuq tajjeb. Tlestiet ukoll il-pjanta ta' Oratorju sabih, mghammar b'dak kollu li kien jitlob – kappella li tghaxxaq, sala teatrali wiesa, playground u ghadd ta' kmamar arjuzi ghad-duttrina.


Il-bidu ta' dan l-Oratorju sabih gie mwettaq b'cerimonja semplici u qasira fil-11 ta' Novembru 1928 meta quddiem gemgha ta' nies ferhana tbierket u tqieghdet l-ewwel gebla.


Minn hawn ‘il quddiem, sakemm tlestiet din l-opra kbira, kienet triq twila u difficli ghal Dun Karm; mixja iebsa u zmien ta' bosta nkwiet u tfixkil li setghu jinghelbu biss bid-determinazzjoni u bil-kuragg li wera Dun Karm fil-hidma tieghu.


L-Oratorju gdid gie nawgurat nhar is-Sibt 8 ta' Gunju 1940 wara nofsinhar mill-Eccellenza Tieghu Monsinjur Arcisqof Dom Mawru Caruana, OSB, li ried jigi apposta bhala turija ta' apprezzament ghax-xoghol kbir li kien qieghed iwettaq (p.299) Dun Karm Sciberras bit-twaqqif ta' din l-opra kbira. Kienet cerimonja semplici li matulha l-Arcisqof lissen kliem ta' gieh u tifhir ghal Dun Karm u ghal hidma siewja tieghu fost iz-zaghzagh u t-tfal tal-parrocca.


L-ghada tbierek solennement il-bini l-gdid kollu u wara giet iccelebrata Quddiesa solenni mill-ex Arcipriet tal-Mosta, il-Monsinjur Dun Pawl Mallia, li kien assistit mir-Rev. Kappillan tal-Imgar, Dun Edgar Salomone u Dun Karm Sciberras ex-Direttur u Direttur ta' dan l-oratorju rispettivament. U hekk, wara hidma twila ta' tbatija u sagrificcji ghal Dun Karm, twaqfet l-Opra ta' l-Oratorju.


L-attivita spiritwali ta' Dun Karm Sciberras u l-hidma pastorali tieghu f'kemm il-qasam ma naqsux jigbdu l-attenzjoni tas-Superjuri tieghu li zammew ghajnejhom miftuha fuqu u fuq dak kollu li kien qieghed iwettaq.


Wara li l-Arcipriet Dun Pawl Mallia gie mtella Kanonku Kapitolari tal-Katidral u fid-9 ta' Frar 1930 halla ghal kollox il-Mosta, l-Arcisqof Caruana qieghed lil Dun Karm Sciberras bhala Vigarju Kurat tal-Parrocca. Sakemm kien jimla din il-kariga, Dun Karm dejjem qeda xogholu bl-ikbar ghaqal u kuragg u l-parrocca kienet thobbu u twiegeb bil-qalb ghal kull sejha li kien jaghmillha. KIien f'dan iz-zmien li bil-hidma u l-hegga tieghu twaqqfet fil-parrocca ix-Xirka ta' l-Isem Imqaddes t'Alla li ghada tahdem sallum. Kien wkoll ghal dik il-habta li l-Azzjoni Kattolika Maltija dahlet fil-Mosta bl-isforzi ta' Dun Karm. Dun Karm qabel kien hadem hafna biex dahlu s-sorijiet Agostinjani fil-Mosta, izjed tard ghenhom hafna biex iwaqqfu din il-Komunita b'dar kbira fil-parrocca.


Izjed ‘l quddiem Dun Karm gie mill-gdid mibghut mill-Arcisqof ghal drabi ohra biex jaghmila ta' Vigarju Kurat f'parrocci ohra, f'Hal Gharghur, fin-Naxxar u izjed wara f'dik ta' (p.300) H'Attard. Anke f'dawn il-parrocci Dun Karm bil-personalita kbira li kellu, il-hidma u l-hegga tieghu ghall-gid spiritwali u l-progress materjali ta' dawk il-parruccani kellhom effett tajjeb fuq kulhadd.


Meta mbaghad wara l-mewt ta' l-Arcipriet Dun Girgor Borg fit-2 ta' Gunju 1942 il-parrocca tal-Mosta sfat minghajr kap, l-Arcisqof Mons. Mawru Caruana gieghel lil Dun Karm Sciberras biex joqghod ghat-tieni darba bhala Vigarju Kurat sakemm jinhatar Arcipriet iehor. Kienu z-zminijiet koroh tal-gwerra meta l-parrocca taghna kienet, bhal kull pajjiz iehor ghaddejja minn bahar ikrah u mqalleb u mghedda bi problemi godda u urgenti. Dun Karm hares lejn din is-sitwazzjoni kerha b'kuragg u determinazzjoni u dahal ghas-servizz tal-parrocca b'energija u dedikazzjoni kbira f'cirkustanzi xejn sbieh u facli.


Ix-xorti hazina tal-gwerra wkoll messet lil Dun Karm u kien tassew ghal naqra li kellu jehlisa minn halq il-mewt! Gara li fl-24 t'Awissu 1942 waqt li kien qieghed fil-warrani tad-dar tal-familja tieghu, Dun Karm accidentalment indarab serjament bl-espluzjoni ta' bomba zghira (Molotov cocktail) li kienet waqghet fil-gnien. Dun Karm garrab griehi gravi, l-izjed f'wiccu u f'ghajnejh, u fost id-dispjacir ta' kulhadd huwa kellu jwarrab mill-parrocca biex ittiehed fl-isptar fejn inzamm ghal kura ghal xi erbgha t'ijiem sewwa.


Wara li hareg mill-isptar u dahal mill-gdid ghal dmirijietu, Dun Karm flimkien ma konkorrenti ohra, resaq ghall-konkors li nzamm biex jinhatar Arcipriet gdid ghal parrocca tal-Mosta. Il-ghazla minn dan il-konkors waqghet fuq Dun Karm Sciberras li fil-bidu ta' Jannar 1943 ircieva minghand l-Arcisqof in-nomina bhala l-Arcipriet gdid tal-Mosta. Il-Mostin laqghu tajjeb din il-hatra mhux ghax Dun Karm kien (p.301) wild il-Mosta u ghalhekk wiehed minnhom, imma wkoll ghax huma kienu jafuh u jhobbuh u fuq kollox huma kienu jafu sewwa x'jiswa u x'isarraf l-Arcipriet il-gdid. Dun Karm ha l-pussess tal-parrocca fil-25 ta' Jannar 1943, jum il-festa tal-Konverzjoni ta' l-Appostlu Missierna San Pawl fost l-awgurju min-nies tal-Mosta.


L-Arcipriet Dun Karm Sciberras sar kap tal-parrocca fi zmien ikrah u kritiku, meta l-parrocca taghna kienet ghaddejja minn taqliba u bidla morali u l-Mosta kollha kienet tinsab f'tahwida u tahlita socjali, kollox kagun tad-dizordni li gabet il-gwerra. Ghalhekk, l-Arcipriet Sciberras kellu quddiemu xoghol iebes li kien jitlob minnu ghaqal u kuragg.


Barra l-hsarat morali li kellu xi jsewwi, il-gwerra halliet hsarat ohra ta' natura materjali li l-Arcipriet Sciberras ried jirranga fil-parrocca. L-izjed wahda gravi u urgenti kienet bla dubju, dik tal-koppla tal-Knisja; is-saqaf tal-Knisja kien ghadu miftuh berah wara l-habta tal-bomba li ntefghet fil-gwerra u dan ried jigi msewwi bla telf ta' zmien zejjed. Din kienet bicca xoghol kbira u perikoluza li talbet sogru u spejjez biex setghet issir.


Il-kura spiritwali kbira tal-parrocca ma kienitx l-unika preokkupazzjoni ta' l-Arcipriet Sciberras. Huwa kellu wkoll ferm ghal qalbu l-gid socjali tal-Mosta li kien tant ihobb. Kien dejjem jixtieq jara l-gid u l-progress fil-hajja socjali tal-Mosta u kien dejjem lest biex jghin u jinkoraggixxi kull inizjattiva ghalll-avvanz materjali u edukattiv tal-Mosta. Kien jiehu nteress personali fl-ghaqdiet civici u kulturali tal-parrocca, specjalment taz-zaghzagh, u qatt ma naqas jaghtihom l-appogg morali tieghu u l-ghajnuna kollha li kien jista. Bhala raghaj tal-parrocca l-Arcipriet Sciberras dejjem thabat bi premura kbira biex gab ‘il quddiem ix-xewqat ghall-parruccani tieghu u wassal it-talbiet ghad-drittijiet taghhom ghand l-Awtorita, sewwa (p.302) tal-Knisja u kemm Civili, biex dawn jigu mismugha w ikkonsidrati kif jixraq. Il-fqar u dawk fil-bzonn dejjem sabu farag fi hdan dan l-arcipriet habrieki.


Izda l-parrokat ta' l-Arcipriet Sciberras ma kellux ikun wiehed ta' bosta snin. L-izventuri, in-niket u, fuq kollox l-inkwiet u l-ghejja ta' hidma iebsa, bdew itaqqlu l-piz u jaghfsu fuq spallejn dan is-sacerdot zelanti. Ghalkemm Dun Karm ma kienx kbir hafna fl-eta, fis-16 ta' Lulju 1947 marda qalila laqtitu habta u sabta u zarmatu minn kull qawwa u sahha li kien igawdi. U hekk fost l-agha u l-ghageb ta' kulhadd l-Arcipriet Dun Karm Sciberras kellu jitlaq hesrem ir-riedni tal-parrocca u jghaddihom lil haddiehor biex huwa jibda l-kura u l-mistrieh. Hekk kellu jkun il-bidu tat-tmiem ta' hajja kollha hegga u hidma ghall-gid ta' l-ohrajn. L-Arcipriet Sciberras baqa rtirat f'daru ghal xi zmien sakemm imbaghad fil-11 ta' Novembru 1948, imhabba l-istat ta' sahtu, huwa rrizenja ghal kollox mill-kariga ta' Arcipriet tal-parrocca fejn twieled u trabba. B'rikonoxxenza ghax-xoghol twil u siewi li wettaq matul il-hajja sacerdotali tieghu fid-djocesi ta' Malta, l-Arcisqof Monsinjur Mikiel Gonzi gholla lil Dun Karm Sciberras ghad-dinjita ta' Kanonku Kapitolari Onorarju tal-Katidral Metropolitan bit-titolu ta' Monsinjur – unur xieraq u misthoqq tassew. Il-Monsinjur sinjur Dun Karm Sciberras kompla jghix fis-skiet u fis-sabar mistur u migbur f'daru jistenna u jilqa l-hbieb u l-familjari. Il-Monsinjur Sciberras miet malajr mas-sebh fit-23 ta' Mejju 1950 imnikket mill-parrocca li taghtu ismu u li taghha kien mexxej u benefattur kbir. Dak il-jum stess wara nofsinhar sarlu l-funeral ghall-knisja parrokjali tal-Mosta fejn wara s-servizz funebri saret id-difna fil-kripta.


Dan kien it-tmiem ta' hajja mill-izjed attiva ta' wiehed Mosti mill-izjed qalbiena.


SALVATORE DIMECH (27.Fra.1804 - 26.Ott.1886)– SKULTUR

(sfortunatament dan l-iskultur Mosti thalla barra u minn irid informazzjoni fuqu jara l-artikli li dehru fuqu fil-gazzetta Il-Mosta: Mejju – Gunju 1987, Lulju – Awissu 1987, Settembru – Ottubru 1987, Novembru – Dicembru 1987)


Kapitli ohra mill-ktieb