The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA XVI: L-INKURUNAZZJONI TA' L-ASSUNTA 10 TA' AWISSU, 1975

minn Dun Ang Camilleri


(p.613) "Meta wiehed ihares lura lejn il-festi kbar ta' l-Inkurunazzjonj li ahna ghamilna ghall-ikbar gieh t'Ommna Marija, wiehed ma jistax ma jimteliex b'sentimenti ta' hajr lejn Alla l-imbierek u lejn Ommu Marija ghal dak kollu li sar bil-koperazzjoni shiha ta' kulhadd. Rajna tul il-festi kollha b'sodisfazzjon kbir il-knisja kbira taghna mimlija dejjem bin-nies u din kienet l-ikbar konsolazzjoni ghal kulhadd. Il-huggiega ta' l-imhabba lejn il-Vergni Assunta meqjuma fil-kwadru ewlieni tal-knisja taghna li qabbadna flimkien nhar l-10 ta' Awissu, 1975 ma nhalluha tintefa qatt. Inkebbsuha u nqabbduha dejjem izjed u nghadduha lil dawk ta' warajna."1


Il-kwadru tal-Assunta


Il-kwadru tal-Vergni Assunta li hemm meqjum gewwa r-Rotunda kien sar ghall-knisja parrokkjali l-qadima tal-Mosta fl-1678 b'legat li kien halla l-qassis Mosti Dun Gakbu Chetcuti. Dan il-kwadru huwa xoghol mill-isbah tal-pittur Pasquale Buhagiar. Fl-1827 il-kwadru kien gie restawrat mill-pittur Giuseppe Hyzler. Meta l-Mostin Iestew ir-Rotunda dehrilhom, li l-kwadru ta' Buhagiar kellu jerga' jiehu postu bhala l-kwadru titulari fil-knisja l-gdida izda, biex dan isehh, il-kwadru kellu jigi mkabbar. Ghal dan il-ghan kien gie mqabbad il-pittur Salvatore Barbara, li dwar l-1860 ghamel iz-zieda u r-restawrar II kienu mehtiega. Qrib il-hamsin (p.614) sena ilu l-kwadru kien rega' gie restawrat. Kmieni fl-1975 il-kwadru rega' gie maqlugh u mehud ghar-restawr li tant kellu bzonn. Ir-restawratur li rnexxielu jgib il-kwadru fis-sbuhija originali tieghu kien is-Sur Maurice Cordina.


Nistghu nghidu II l-kwadru jinqasam fi tnejn. Fil-parti ta' fuq naraw il-Madonna Tielgha s-Sema mdawra bl-angli, filwaqt li fil-parti t'isfel jidhru l-Appostli mdawrin mal-qabar vojt. Il-figuri ewlenin tal-kwadru huma tlieta u l-ewlenija fosthom, li tiddomina t-tila kollha, hija l-figura li tinsab f'nofs il-parti ta' fuq tal-kwadru, jigifieri dik tal-Vergni Mqaddsa Tielgha s-Sema bl-angli maghha. Il-bicca t'isfel tal-kwadru hi iddomjnata mill-figuri ta' l-Appostli San Pietru u San Pawl, li, imghaggbin, jidhru qeghdin iharsu lejn ll-Madonna.2


Il-Petizzjoni ta' l-Arcipriet tal-Mosta Dun Bert Bezzina, illum Monsinjur, lill-Arcisqof ta' Malta Mons. Mikiel Gonzi


23 ta' Novembru, 1973

Eccellenza,

F'ismi u f'isem il-Kleru u l-Poplu tieghi umitlment irressaq din it-talba sabiex nuru x-xewqa kbira li ghandna li, f'egnluq il-25 sena mill-Proklamazzjoni Sollenni tad-Domma tat-Tlugh fis-Sema ta' l-Omm t'Alla, naraw inkurunait il-kwadru titolari tal-knisja taghna, li juri sewwa sew lill-Vergni Mqaddsa taht dan it-titlu, Patruna Principali tal-Parrocca.

Dak li qanqalna biex nitolbu dan huwa l-fatt li ma jichdu hadd li, matul is-sekli, kemm il-kleru kif ukoll il-poplu tal-Mosta, dejjem raw 'l Assunta bhala dik li quddiem Alla hija l-Patruna Singolari taghhom.

Il-kwadru li nixtiequ ninkurunaw huwa xhieda ta' din id-devozzjoni qadima. Tant hu hekk li dan il-kwadru tpitter (p.615) fl-1678 ghall-knisja parrokjali l-qadima bhala l-kwadru titolari taghha.

Fl-1860 intemm il-bini tal-knisja monumentali li hemm illum. Centru rurali li bi ftit eluf ta' nies fil-bicca l-kbira taghhom bdiewa kien kapaci jtella' b'gharqu u b'sagrificcji mill-ikbar knisja hekk grandjuza li tghaggeb lil kull min izurha. Hija infatti wiehed mill-monumenti nazzjonali ewlenin u ghalhekk ghadd bla jaqta ta' vizitaturi jigu ta' kuljum sabiex jarawha. Hija wkoll kapolavur ta' arti kif ukoll xhieda tad-devozzjoni lejn l-Assunta, tant hu hekk li fil-faccata (tal-knisja) hemm miktub: Virgini Syderibus Restitutae T. H. Mustenses F. F. (Lill-Vergni Marija Mtellgha s-Sema l-Mostin bnew dan it-tempju).

Mhux biss: fl-1864 il-kwadru ta' l-Assunta meqjum fil-knisja l-qadima gie mkabbar, restawrat u mqieghed mill-gdid fil-post ta' l-unur fil-knisja l-gdida.

Il-Mosta taghmel ukoll festi f'gieh il-Madonna taht diversi titli b'celebrazzjonijiet interni kif ukoll esterni. Fuq kollox ticcelebra bl-akbar sollennita l-festa titolari ta' l-Assunta, li ghaliha l-poplu, fidil lejn id-devozzjoni ta' missirijietu, jikkonkorri b'entuzjazmu flimkien ma' hafna u hafna fidili ohra li jigu bi hgarhom mill-gzira kollha.

Ta min isemmi wkoll il-bomba li waqghet fuq il-knisja fl-ahhar Gwerra Dinjija; din nifdet il-koppla minghajr ma waqqghetha. Din il-grajja tigi ta' kull sena mfakkra b'purcissjoni u hija l-fehma komuni ta' hafna li kienet l-Assunta, il-Protettrici Celesti taghhom, li helset il-knisja mit-tigrif. Ma jigix vizitatur li ma jistaghgibx bil-fatt ta' kif helsitha l-knisja u li ma jghidlekx li kienet grazzja specjali.

Dan kollu, biex naghlqu, juri kif ga' ghedna fil-bidu, li fil-Mosta d-devozzjomi lejn l-Assunta hija tradizzjoni mill-iktar qadima u bla qatt ma taqta'.

Ghalhekk l-inkoronazzjoni tal-kwadru li qeghdin nitolbu, li jissimboleggja u jsahhah din id-devozzjoni lejn (p.616) l-Assunta, tkun milqugha b'ferh spiritwali kbir min-naha tal-Kleru w il-Poplu u eventwalment tkun iffesteggjata sollennement u kif jixraq.

Il-Kleru u l-Poplu huma ghaldaqstant fiducjuzi li din it-talba, tigi milqugha tajjeb mill-Eccellenza, Tieghek Reverendissima u mill-Awtoritajiet kompetenti ta' Ruma.

Il-petizzjoni qed tigi ffirmata b'umilta u b'sottomjssjoni f'isem ukoll tal-fidili mill-Arcipriet prezenti u mill-membri prezenti tal-Kleru.3


Wara li tressqet din il-petizzjoni f'Novembru, 1971 u li Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi accettaha u laqaghha bil-ferh, l-istess Arcisqof Gonzi ressaqha hu personalment quddiem il-Papa Pawlu VI, li, permezz ta' dan id-dokument li ser ingibu, awtorizzah biex f'ismu jinkuruna x-xbieha tal-Assunta.


Id-Dokument ta' l-Inkurunazzjoni


Il-Papa Pawlu VI b'xhieda dejjiema

Fil-Mosta, fil-Gzira ta' Malta, hemm knisja parrokkjali li hija tempju li tassew tisthoqqlu kull qima kemm ghall-antikita4 tieghu kif ukoll ghat-tezori artistici kbar li jinsabu fih.

Imma dan it-tempju jisthoqqlu izjed li jkun maghruf u meqjum ghax-Xbieha li tinsab fih tal-Vergni Assunta.

Din l-immagni hi meqjuma b'devozzjoni kbira mill-abitanti tal-post: barra minn hekk, Insara devoti kontinwament u minn kullimkien jigu jitolbu mill-Omm Taghhom u t'Alla fuqhom u fuq nieshom, il-milja tal-grazzji tas-sema.

Huna Venerabbli l-Arcisqof ta' Malta, imheggeg minn (p.617) sentimenti religjuzi w imqanqal mit-tama qawwija li jsahhah id-devozzjoni u l-frott spiritwali li jistghu jinkisbu minn din id-devozzjoni lejn l-Assunta, fissrilna x-xewqa tieghu, flimkien ma' dik tal-kleru u tal-fidili, li tinghatalu l-fakulta li f'Isimna u bl-Awtorita Taghna jpoggi kuruna prezzjuza fuq din ix-Xbieha.

Ahna, wara li hadna l-parir tas-Sagra Kongregazzjoni tal-Kult Divin, dehrilna li ghandna nwiegbu billi nghidu iva ghal din it-talba.

Ghalhekk, permezz ta' dan id-dokument u bl-Awtorita Appostolika Taghna, qed nerhu f'idejn il-Venerabbli Huna ga' msemmi li jpoggi kuruna prezzjuza fuq l-Immagni tal-Bejata Vergni Assunta li tinsab meqjuma fil-Mosta, f'Isimna u bl-Awtorita Taghna, f'jum. li nhallu f'idejh li Jaghzel, dejjem skont ir-rit u l-formula mitluba.

Ghandna fiducja qawwija li b'hekk il-fidili Maltin, kemm, dawk tal-Parrocca u kemm dawk ta' l-Arcidjocezi kollha, ikpmplu jissahhu dejjem u dejjem izjed fil-qima lejn l-Omm t'Alla.

Dan id-Dokument, li jwaqqa' kull haga ohra li tista turi l-kuntrarju, gie moghti f'Ruma, f'San Pietru, bis-Sigill tal-Werriet ta' San Pietru, fit-12 ta' Dicembru tas-sena 1973, il-hdax-il sena tal-Pontifikat Taghna.

Segretarju ta' l-Istat tal-Vatikan5
(iffirmat) Joannes Villot


Malli l-Arcipriet Bezzina gie f'idejh dan id-dokument ta' l-Inkurunazzjoni ghamlu pubbliku nhar is-Sibt, 26 ta' Jannar 1974. Il-Gimgha, 15 ta' Frar, l-Arcipriet qara ghall-ewwel darba dan id-dokument lill-poplu migbur fil-knisja f'quddiesa ta' ringrazzjament. Ghall-qari ta' dan id-dokument ghaziz, il-Mostin kollha nfexxew f'capcip li nissel id-dmugh.


Editorjal gazzetta Il-Mosta, Frar-Marzu 1974 L-editorjal tal-gazzetta Il-Mosta, Nru. 54, Frar-Marzu, 1974, p. 6 li talab li l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta ssir mill-Papa.

Minn hawn bdiet hidma bla heda permezz tal-istampa, specjalment il-gazzetta Il-Mosta, li ma' kull harga bdiet (p.618) tinforma lill-poplu Mosti bil-progress li kien qed dejjem isir.


Matul il-kwindicina 1975 il-mezzi tax-xandir, Cable Radio Nazzjonali, il-BFBS u t-TVM, zammew lill-poplu infurmat bil-festi ta' l-Inkurunazzjoni permezz ta' tahdidiet u features. Bosta kienu l-artikli, l-avvizi u l-ahbarijiet li ta' kuljum kienu jimlew il-faccati tal-gurnali nazzjonali.


Il-Presbiterium Parrokkjali tal-Mosta gie inkarigat mill-festi interni. Tajjeb li ngibu isem is-sacerdoti ghax, imqar jekk ghadd minnhom huma mejtin, dawn taw il-kontribut taghhom ghal din il-grajja hekk kbira.

  • W. Rev. Arcipriet Dun Bartolomeo Bezzina (illum Monsinjur)
  • Rev.mu Mons. Antonio Buhagiar, R.I.P.
  • Rev.mu Mons. Paolino Galea, R.I.P.
  • Rev.mu Mons Emanuele Bartoli, R.I.P.
  • Rev.mu Mons. Alan Fenech, R.I.P.
  • Rev. Kan. Antonio Muscat
  • Rev. Sac. Dun Guzepp Camilleri, R.I.P.
  • Gwann Debono, R.I.P.
  • Karm Schembri, R.I.P.
  • Pawl Calleja (illum Kanonku ta' San Pawl tar-Rabat)
  • Salv Sammut (illum Monsinjur)
  • Angelo Dingli, R.I.P.
  • Karm Dingli, R.I.P.
  • Pawl Buhagiar
  • Salv Magro
  • Karm Mifsud
  • Salv Zammit, R.I.P.
  • Maurice Grech (illum Monsinjur)
  • Ang Camilleri
  • Gwann Sammut
  • Alfred Camilleri
  • Reggie Magri
  • Raphael Demartino
  • Stephen Fava6

Il-Kumitat tal-Festi Esterni tal-Inkurunazzjoni: (p.619)

  • President: V. Rev. Arcipriet Dun Bartolomeo Bezzina
  • Vici-President u Delegat ghan-Nar: Sur Guzeppi Grech
  • Segretarju: Sur Carmelo Schembri, R.I.P.
  • Ass. Segretarju, Sur Joe Borg u Sur Anthony Camilleri
  • Tezorier: Rev. Sac. Dun Reggie Magri
  • Ass. Tezorier: Sac. Dun Ang Dingli, R.I.P., Sinjorina Rita Fenech, Sinjorina Pawla Galea, Sinjorina Maria Galea
  • Delegat ghall-Baned: Sur Salvatore Micallef, R.I.P.
  • Delegati ghall-Armar: Sur Michael Galea u Sur Rene Muscat
  • Delegati ghat-Tizjin: Sur Salvatore Dimech, Sur Philip Caruana, Sur Paul Sammut
  • Membri: Sur Carlino Grech, Sur Joseph Gauci7

Pastorali


Meta dahlet is-sena 1975 u bdiet toqrob il-festa ta' l-Assunta, nhar is-Sibt 19 u l-Hadd 20 ta' Lulju nqrat Pastorali, mahruga minn Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, fil-knejjes kollha ta' Malta8. Nisiltu xi punti saljenti minn din il-Pastorali9.


"Qieghda toqrob il-festa annwali tat-Tlugh ta' Marija s-Sema, festa bil-bosta ghaziza ghalina l-Maltin ta' kull sess u ta' kull kondizzjoni socjali. Imma din is-sena sejrin ikollna cirkustanzi specjali u straordinarji marbutin mat-Tlugh ta' Marija s-Sema. Din is-sena tkun ir-rikorrenza tal-gheluq il-25 sena tad-Definizzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni ta' Marija fis-sema u sejra ssir l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Ewlieni tal-Knisja Parrokkjali tal-Mosta, li ser ikolli x-xorti li nkompliha jien personalment, jekk Alla jrid.

Nixtiequ anke nfakkrukom f'din ic-cirkustanza fil-fatt li l-Papa Piju IX, ghal talba li kien ghamillu l-Arcisqof Mons. Sant fis-sena 1848, ghogbu jahtar u jiddikjara (p.620) lill-Vergni Marija Mtellgha s-Sema bhala Patruna Principali ta' Malta u Ghawdex.

Napprofittaw, Gheziez Huti u Mahbubin Uliedi, mic-cirkustanzi li qed insemmu, u ninghaqdu lkoll, kleru u poplu ta' Malta kollha, u nitolbuha flimkien lill-Vergni Marija, biex taqilghilna l-grazzja tar-ritorn lejn Alia u tat-tigdid tal-hajja nisranija. Inharsu tejn dan l-att li ser isehh fil-Knisja tal-Mosta, bhala espressjoni tas-sentimenti tal-poplu kollu ta' Malta, mhux ristrett ghall-poplu tal-Mosta. U ahna nistiednu lill-W. R. Kappillani tad-Djocesi kollha biex iheggu lill-fidili biex ikattru din l-espressjoni djocesana, mhux biss parrokkjali, fl-Att ta' l-Inkurunazzjoni. U ghal dan l-event, li nixtiequ naraw fih att djocesan, inheggu ruhna spirilwalment. Sejjer jigi organizzat Pellegrinagg akkompanjat b'talb - kif nittamaw - ta' eluf, ghall-bzonnijiet spiritwali u temporali ta' Malta; Pellegrinagg li jkollu l-bidu tieghu fl-10.00 p.m. tat-2 ta' Awissu, mill-post qrib il-fabbrika "Phoenix", u jispicca fil-Pjazza tal-Knisja tal-Mosta u jinghalaq b'Quddiesa, li nippresiedu ahna persunalment.

U fl-okkazjoni ta' l-Inkurunazzjoni ngeddu ghal darb' ohra l-Konsagrazzjoni ta' Malta lill-Vergni Marija, li konna ghamilna immedjatament wara li spiccat l-ahhar gwerra mondjali."10


Il-Kullegg tal-Kappillani fl-24 ta' Lulju, 1975 inghaqad ukoll ma' dan l-appell ghall-avveniment nazzjonali mhabbar minn Mons. Arcisqof:


"Bi twegiba ghall-Ittra Pastorali ta' Mons. Arcisqof dwar id-devozzjoni lejn il-Madonna u ghas-sejha tieghu biex kulhadd jiehu sehem fil-Pellegrinagg Marjan tat-2 ta' Awissu li ser isir fil-Mosta, il-Kappillani kollha huma gentilment mitluba li jaghmlu l-Avviz mill-gdid nhar il-Hadd u jorganizzaw Privates halli l-Pellegrinagg ikun manifestazzjoni nazzjonali u talba mill-poplu Malti kollu.

Bit-tama li l-Kappillani kollha jaghmlu kull ma jistghu halli jirnexxi dan il-Pellegrinagg Nazzjonali, inkomplu nitolbu lil Alla (p.621) halli ghall-intercessjoni ta' Marija Assunta jbierek lil Pajjizna".11


PROGRAMM


Iz-zewg kumitati, dak tas-sacerdoti u l-iehor tal-lajci, hejjew programm ta' attivitajiet li beda mill-Erbgha, 30 ta' Lulju u li spicca l-Gimgha, 15 ta' Awissu, 1975.


Ftuh tal-Festi, l-Erbgha, 30 ta' Lulju


Il-ftuh solenni tal-festi sar l-Erbgha, 30 ta' Lulju billi l-poplu kollu tal-Mosta ngabar fis-6.30 p.m. fil-pjazza ta' quddiem l-Oratorju Qalb ta' Gesu minn fejn fis-7.00 p.m., flimken mas-sacerdoti Mostin, sekulari u religjuzi, imsehbin ma' l-Isqof Mons. Guzeppi Mercieca, wasslu, fost il-kant ta' l-innijiet fuq il-loudspeakers, ir-Relikwija tal-Madonna fil-Knisja Arcipretali, fejn saret Koncelebrazzjoni solenni.


Tajjeb li nfakkru xi siltiet minn dak li qalilna Mons. Isqof Guzeppi Mercieca, Vigarju Generali, illum Arcisqof ta' Malta.


"Marija Santissima mhux biss tat lid-dinja s-Sacerdot Etern imma, kif tafu intom, f'hajjitha ghexet ma' l-ewwel sacerdoti. L-ewwel sacerdoti kienu l-Appostli. U Marija Santissima, imnebbha minn Alla, ghexet maghhom il-jiem tqal u koroh meta Gesu gie msallab u mejjet. Ghalhekk, bir-ragun kollu, ahna llum, fil-ftuh tal-festi nsellmu lil Marija Santissima bhala Omm is-Sacerdot Etern u Omm taghna sacerdoti.

Il-poplu tal-Mosta minn dejjem wera mhabba kbira lejn Marija Santissima. Basta li wiehed ihares lejn dan it-tempju, ir-Rotunda ta' Malta, li hija l-espressjoni ta' l-imhabba ta' dan il-poplu lejn Marija Santissima. Dan it-tempju jibqa' ghal dejjem xhieda ta' l-imhabba, tal-fidi li missirijietna ghamlu dejjem u kellhom lejn Marija Santissima. Dan lt-(p.622) tempju jibqa' bhala taghlima li missirijietna ma bezghu qatt mis-sagrificcju taghhom biex juru mhabbithom lejn Marija Santissima. U l-lejla nghidilha lil Marija Santissima li, jekk missirijietna kienu qalbiena u tassew ihobbu lil Marija, uliedhom, li intom intom, m'intomx xejn inqas ghax, jekk missirijietkom bnew dan it-tempju lil Marija Santissima, intom, nies tal-Mosta, qeghdin tippreparaw biex lil Marija Santissima, li missirijietna ghozzew bhala Omm taghhom, intom taghmluha Regina taghkom. Mhux bit-tqeghid biss tal-kuruna imma billi nuruha l-istess rabta maghha bhalma Hi wriet dejjem maghna.

Nuruha li nhobbuha billi nigru wara t-taghlim taghha, wara t-taghlim ta' Gesu, li Gesu ta' lill-Vigarju Tieghu l-Papa u lill-Isqfiiiet u Iis-sacerdoti. Naccettaw it-taghlim tal-Knisja, u naccettawh dejjem".12


Lejl Marjan: Pellegrinagg Nazzjonali, is-Sibt, 2 ta' Awissu


Wahda mill-grajjiet kbar li saru f'dawn il-festi tal-Inkurunazzjoni kien il-pellegrinagg minn Malta kollha u l-lejl qaddis li sar is-Sibt, 2 ta' Awissu.


Waqt li l-poplu minn diversi bliet u rhula ta' Malta kien qed jingabar in-naha tal-Fabbrika Phoenix, il-poplu tal-Mosta fit-8.30 p.m. ingabar fil-pjazza ta' quddiem il-knisja arcipretali w ifforma kortejo bl-ordni biex wassal l-istatwa ta' Santa Marija bit-talb u bil-kant tal-innijiet sal-bidunett ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku.


Il-kortejo ghadda minn Triq il-Kbira, Triq San Gwann, Triq Grognet, Triq it-Torri, Triq Cassar, Vjal l-Indipendenza. In-nies zejnu mill-ahjar li setghu d-djar taghhom bid-dawl, damask u bix-xbieha tal-kwadru.


Kif il-kortejo wasal fil-bidu ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-poplu migbur mexa wara l-istatwa, kulhadd wara t-tabella tal-parrocca tieghu, waqt li l-Mostin imxew quddiem.


(p.623) Kif dan il-Pellegrinagg aux flambeaux wasal il-pjazza, il-poplu bl-eluf tieghu maghqud ma' l-Arcisqof Mikiel Gonzi, mal-Vigarju Generali, Mons. Isqof Guzeppi Mercieca, mal-kappillani u sacerdoti, li gew b'ghadd numeruz, taw bidu ghall-koncelebrazzjoni.


Fl-Omelija Mons. Arcisqof Gonzi qalilna fost riflessjoniiiet ohra:

"Quddiem din ix-xena tal-lejla, meta qieghed nara dawn l-eluf ta' wlied ta' Malta Kattolika migburin minn ghadd ta' parrocci ta' Malta bi twegiba ghall-istedina li jien ghamilt lill-Maltin kollha ghal dan il-pellegrinagg tal-lejla, l-ewwel kelma li tohrog minn qalbi hi kelma ta' ringrazzjament.

Ahna qeghdin nippreparaw ruhna ghall-festa tat-Tlugh ta' Marija fis-Sema. Il-Knisja Kattolika kollha kemm hi qieghda tipprepara ruhha ghal din il-festa, festa ghaziza bil-bosta ghalina go Malta, festa bil-bosta ghaziza ghal ulied din il-parrocca tal-Mosta. U kull sena ahna niccelebrawha din il-festa b'solennita straordinarja. Imma din is-sena, bhalma irrelevajt fil-pastorali li bghattilkom ftit granet ilu, din is-sena hemm cirkostanzi specjali. Ghandna l-gheluq il-Gublew tal-hamsa u ghoxrin sena li ghaddew minn meta l-immortali Papa Piju XII, hemm fil-Bazilika tal-Vatikan fejn kont prezenti anki jien, mar jiddikjara t-Tlugh ta' Marija fis-Sema bhala domma tar-religjon Kattolika, tal-Knisia ta' Kristu. Din hi kommemorazzjoni, dan hu rikordju ta' ferh ghall-Knisja kollha kemm hi. Imma, imbaghad, hemm cirkcstanza ohra li hija partikolari ghall-ulied ta' din il-parrocca tal-Mosta: l-Inkurunazzjoni tal-Madonna, li sejrin naghmlu minn hawn u ftit granet ohra, Inkurunazzjoni li direttament ser jaghmilha l-Kleru u l-Poplu tal-Mosta, imma li, nispera li wara l-istedina li jien ghamilt lill-poplu kollu, li l-poplu ta' Malta jinghaqad, isir haga wahda u jiehu parti f'din l-Inkuranazzjoni li mhux tibqa' bhala offerta li sejra taghmel il-parrocca tal-Mosta biss imma ta' Malta kollha kemm."13


Innu lill-Assunta Inkurunata


(p.627) Biex il-poplu jidhol iktar fl-ispirtu qaddis u patrijottiku ta' din il-grajja, il-Kav. Dun Gwann Debono, li idu kienet hafifa ghall-poezija, niseg innu verament sabih li fih jurina mhabbtu kemm lejn il-Madonna kemm ukoll ghal dak li hu Mosti:


Santa ta' Dun Gwann Debono f'gheluq il-25 sena minn mewtu. Santa tal-qassis Dun Gwann Debono f'gheluq il-25 sena minn mewtu fit-8 ta' Mejju 1979 bl-innu li kiteb fl-okkazjoni ta' l-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari fl-10 t'Awissu 1975 (sors minn post fuq facebook)

"Dir-Regina Nkurunata,
Gawhra sbejha ghall-Mostin,
Irriduha wkoll Regina
Taghna lkoll taghna l-Maltin.

Fil-Kuruna ta' fuq rasha
Gieh inroddu bnin u kbir
W imhabbitna fiha nuru
Lil Marija, b'kull tifhir."


Bir-ritornell dan l-innu fih disa' strofi u fuqhom Mro. Anthony Sammut, is-surmast tal-Banda Nicolo Isouard ta' dak iz-zmien, bena l-muzika (l-Addenda li hemm fil-ktieb p. 696 izzid tghid li "kien il-kumitat tal-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard ta' dak iz-zmien li ha l-inizjattiva biex isir dan l-innu. L-istess kumitat inkariga lil Dun Gwann Debono u lil Mro. Anthony Sammut biex jiktbu l-kliem u l-muzika rispettivament" minn ittra lill-Editur tal-gazzetta Il-Mosta mis-Sur Saviour Dimech, Segretarju tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, bid-data tat-28 ta' Ottubru, 1985).


Dan l-innu tal-widna ghadu jinstema' f'kull festa ta' Santa Marija. Il-Kav. Dun Gwann Debono miet izda, kif jghid il-poeta nazzjonali Dun Karm, Non Omnis Moriar.


Poezija ohra verament sabiha bi tletin strofa LIL MARIJA SANTISSIMA F'JUM L-INKURUNAZZJONI SOLENNI TAGHHA nkitbet mill-maghruf poeta Gizwita Rev. Guzeppi Delia. Ser nikkwotaw biss zewg strofi: (p.628)


"Ghalhekk ridna llum dil-kuruna,
Tad-deheb u l-gawhar naghtuk,
U nqieghdu fuq rasek, biex biha
Sultana ta' qlubna naghrfuk.

Hemm fiha, Madonna, qed thabbat,
Il-qalb ta' dawn hutna Mostin,
U dik ta' kull wiehed minn gensna,
Ulied dawn il-gzejjer Maltin."


Il-Kuruna tad-Deheb


Din il-kuruna prezzjuza saret fuq id-disinn tad-disinjatur u modellatur is-Sur Joseph Galea tar-Rabat ta' Malta u nhadmet mis-Sur Roger Mizzi ta' Birkirkara. Hija ngabret minn fost il-poplu tal-Mosta u sahansitra minn fost l-emigranti Mostin. Ghaliha l-Mostin taw kemm deheb u kemm flus.


Il-kuruna swiet Lm1,774.47, fiha 16½ uqija deheb ta' 22 karat, 8 rubini, 4 zefiri, ghadd ta' perli u 67 djamant.


Set Lampieri tal-Fidda


Ghall-festi tal-Inkurunazzjoni saru sett ta' sitt lampieri tal-fidda u tqieghdu tlieta kull naha tal-kwadru tal-Assunta. Dawn il-lampieri saru fuq disinn tas-Sur Joseph Galea tar-Rabat ta' Malta u nhadmu z-Zejtun ghand is-Sur Tarcisio Cassar.


Din l-opra swiet Lm3,700. Lm1,950 harguhom diversi benefatturi; il-bqija hargithom il-Knisja.


It-Tribuna li fuqha saret l-Inkurunazzjoni


Dan ix-xoghol originali kien f'idejn Dun Ang Camilleri, meghjun mis-sinjuri J. J. Camilleri, Francis Tonna u Philip Caruana u l-aljevi taghhom. Kienet 27 pied twila bi 18-il pied wisa' (p.629) u b'4 piedi u nofs gholi, bi tliet turgien, wiehed fuq kull genb. Fuq il-lemin kien hemm torri gholi fuq 39 pied li quddiem kien igib l-isem, ta' Marija b'tubi nejon jixeghlu b'kull kulur; fuq ix-xellug tieghu kien hemm l-arma ta' Malta u Dolmen bil-kliem; "Konna mill-Qedem," u fuq il-lemin il-fjamma ta' San Pawl u s-Salib ta' twemmina bil-kliem: "Insara mill-Bidu". Fuq dan it-Torri kien hemm kewkba b'hames ponot tixghel blu. Il-Madonna hija l-Kewkba tal-Bahar ta' hajjitna. Fuq it-tliet faccati tat-tribuna kienet tkompli l-istorja tal-Mosta u ta' Malta: il-Kungress Ewkaristiku ta' l-1913; il-grajja tal-Bomba tad-9 ta' April, 1942; il-Konvoj ta' Santa Marija, Awissu, 1942; id-Domma ta' l-Assunzjoni, 1 ta' Novembru 1950, u l-Arma tal-Mosta.


Dawn il-grajjiet kienu xoghol ta' l-injam mahdum fuq l-arkett u jixeghlu. U-kuluri taz-zebgha li gew uzati kienu l-iswed, l-abjad, il-griz u d-deheb. Ilum dawn jinsabu fis-Sala Parrokkjali.


Din it-tribuna twaqqfet fuq pajpijiet tal-hadid Kee Klamps tad-Ditta Joseph F. Spiteri and Co; inginieri u kuntratturi li ghogobhom joffru dan ix-xoghol kollu b'xejn.


Din it-tribuna kienet tidher wisq sabiha bl-isfond tal-kolonni tal-knisja miksijin bid-drapp ahmar.


Jum l-Ewwel Tqarbina


Zgur li l-gumata ta' l-Ewwel Tqarbina ghal dawk il-192 (108 bniet u 84 subien) mhix ser tintesa ghax hi marbuta mal-10 ta' Awissu. Dawn it-tfal telqu mic-Centri tad-Duttrina akkompanjati mill-genituri. Il-Banda "Nicolo Isouard" ziedet fil-ferh ghax daqqet marci ta' briju fuq iz-zuntier. Il-quddiesa, li kienet solenni, giet ikkoncelebrata mill-Arcipriet u d-Diretturi tad-Centri tad-Duttrina.


Fl-okkazjoni ta' l-Inkurunazzjoni l-Artisqof Gonzi ta' permess biex dawk it-tfal li kienu ser jitilfu l-Ewwel Tqarbina (p.630) minnabba l-eta ghal tliet xhur setghu jircevuha bhala dispensa specjali ghall-Ghid ta' l-Inkurunazzjoni.


JUM L-INKURUNAZZJONI, IL-HADD, 10 ta' AWISSU, FIL-GHAXIJA


In-nies minn kmieni wara nofsinhar bdew jimlew it-toroq u l-pjazza tar-Rotunda.


Ghall-habta tas-6.00 p.m. il-Kavallerija tal-Pulizija wasslet lill-Arcisqof sal-Oratorju Qalb ta' Gesu minn fejn kelIha tibda dik il-processjoni twila ta' aktar minn 100 sacerdot, flimkien mal-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi u z-zewg Isqfijfet l-ohra Mons. Nikol Cauchi ta' Ghawdex u Mons. Guzeppi Mercieca, Vigarju Generali.


Il-processjoni mxiet f'din l-ordni: il-Kavallerija tal-Pulizija quddiem; il-Prim Imhellef, l-Unur T. il-Profs. J. J. Cremona, KM., LLD., B.A. D.Litt. (Ruma), B.A. (Hons: Lond:), Ph.D.(Lond), Dr Jur (Trieste), F.R.Hist.S., President tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti tal-Appell, Imhallef tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, zamm fuq imhadda tal-bellus blu l-kuruna tad-deheb tal-Madonna. Mieghu mxew zewg kavallieri tas-Santu Sepulkru, Ordni tal-Papa. Imbaghad is-sacerdoti koncelebranti, il-Kapitlu tal-Katidral u l-Isqfijiet.


Ta unur kbir ghalina fuq iz-zuntier f'post specjali mhejji ghalihom kien hemm, il-President tar-Repubblika ta' Malta, Sir Anthony Mamo O.B.E., Q.C., LLD., B.A u s-Sinjura tieghu.


In-naha l-ohra fuq iz-zuntier ukoll qaghad l-Unur T. il-Prim Imhallef, il-Profs. J.J. Cremona, u ftit 'il boghod minnu, qaghdu n-Nutar Dr. Francis Micallef B.A., LL.D flimkien maz-zewg xiehda, l-Onor. Ministru Alfred Micallef u l-Onor Perit Lawrence Gatt B. Arch., A. & C.E., li ffirmaw l-kuntratt. Maghhom kien hemm is-Sur Joseph Grech, li ffirma f'isem il-poplu tal-Mosta.


(p.631) Iz-zewg xiehda flimkien man-Nutar ghogobhom jirregalaw lill-Knisja frejm tal-fidda; in-Nutar halla wkoll il-pinna lill-Parrocca15.


B'dan il-kuntratt, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi, bhala Delegat tal-Papa Pawlu VI biex jinkuruna x-Xbieha tal-Assunta, reha l-kuruna fil-hsieb u l-harsien ta' l-Arcipnet tal-Mosta, Dun Bartilmew Bezzina. Dan obbliga ruhu li jerfa r-responsabbilta li dik il-kuruna tibqa' dejjem fuq ras ix-Xbieha tal-Madonna.


Hu stmat li l-eluf kbar ta' nies li mlew il-pjazza, parti kbira minn Triq il-Kungress Ewkaristiku u triqat ohra li jaghtu ghall-pjazza kienu jilhqu l-50,000 ruh.


F'omelija mqanqla Mons. Arcisqof Gonzi qal:


"Wasal fl-ahhar il-jum, anzi l-mument, mistenni u mixtieq minnkom partikolarment, Kleru u Poplu tal-Mosta. Wasal il-mument ta' l-Inkurunazzjoni tax-Xbieha ghaziza ta' Marija tielgha s-Sema fil-kwadru principali tal-knisja arcipretali tal-Mosta. Jum li ser ikun miktub b'karattri tad-deheb fl-istorja tal-parrocca tal-Mosta, anzi ta' Malta, ghax Malta kollha qieghda tiehu parti f'dawn il-festl, f'dawn ic-celebrazzjonijiet.

L-Inkurunazzjoni giet degretata mill-Kapitlu Vatikan u giet ikkonfermata mill-Qdusija Tieghu l-Papa. Tikkonsisti materjalment filli npoggu fuq ir-ras verginali ta' Marija kuruna tad-deheb imzejna b'hagar prezzjuz. Ic-cerimonja hija semplici imma kommoventi. Il-fatt li ahna sejrin inpoggu kuruna fuq ir-ras verginali ta' Marija huwa qabel xejn prova elokwenti tal-pieta taghna ta' wlied lejn Dik li tghallimna nsellmu u nhobbu f'hogor ommna u li lilha ikkonsenjajna l-ewwel speranzi taghna u l-ewwel palpiti ta' qalbna".16


U f'talba hierga verament minn qalb ta' missier spicca billi qal:


"L-ewwel att, pubbliku tieghi bhala Arcisqof ta' Malta kienet il-Konsagrazzjoni tad-djocesi lill-Qalb bla (p.632) Tebgha Tieghek, O Marija. Allura, Kleru u Poplu ta' Malta lilek iweghduk li Tieghek iridu jkunu u jibqghu, O Maria, dan il-proponiment maghmul kwazi tnejn u tletin sena ilu u li ahna l-lejla sejrin nikkonfermawh hawn f'din l-okkazjoni, f'dan il-post. Sahhah, O Marija, dan il-proponiment u l-ahhar kelma tieghi li tohrog minn qalbi bhala Missier 0 Marija, zomm taht il-mant Tieghek liz-zghazagh, guvintur u xebbiet ta' Malta Kattolika esposti ghal tant perikli spiritwali. Thalli li hadd minnhom ma jigi mqarraq. Fiat! Fiat!" (capcip).17


Wara l-omelija nqara d-dokument pontificju tat-12 ta' Dicembru, 1973 mill-Unur T. il-Prim. Imhallef. Mons. Arcisqof ipprezenta l-kuruna lill-Arcipriet, li wieghed taht gurament, f'ismu u f'isem is-successuri tieghu, li jidhol responsabbli ghaliha. Gie ppubblikat il-kuntratt u ffirmat.


Wara dan kollu Mons. Arcisqof bierek il-kuruna prezzjuza mizmuma mill-Prim Imhallef filwaqt li qal din it-talba:

"Nitolbu, O Alla li tista kollox, fil-kobor bla qies tal-provvidenza tieghek, int hlaqt kollox mix-xejn: lilek nitolbu llum biex, fil-hniena tieghek, tbierek din il-kuruna, li biha nixtiequ nzejnu x-xbieha ghaziza tal-Vergni Mqaddsa Marija, Omm Ibnek Sidna Gesu Kristu, li jghix u jsaltan ghal dejjem ta' dejjem."18


L-inkurunazzjoni tat-titular mill-Arcisqof Mikiel Gonzi Il-mument storiku ta’ l-Inkurunazzjoni meta Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, f’isem u bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI, qieghed il-kuruna tad-deheb fuq ras l-Assunta nhar l-10 t’Awissu, 1975 fis-7:40 p.m. hin tas-sajf.

Kienu s-7:40p.m., hin tas-sajf, meta l-Arcisqof Mikiel Gonzi pogga din il-kuruna fuq ras l-Assunta, filwaqt li qal il-kliem:

"Ibnek Gesu Kristu jjzejjinna b'sebh u gieh fis-sema kif fuq l-art qeghdin inzejnu b'din il-kuruna x-xbieha tieghek tant ghaziza ghalina."


Waqt din ic-cerimonja, mal-kant tas-Salve Regina, id-daqq solenni tal-qniepen, ic-capcip qawwi tal-poplu, il-ferh li silet dmugh shun igelben ma' haddejna, l-Isqfijiet u dinjitarji ohra biesu x-xbieha ghaziza ta' l-Assunta.


Dakinhar ghajnejna raw dak li missirijietna dejjem xtaqu jaraw u widnejna semghu dak li l-antenati taghna dejjem (p.633) xtaqu jisimghu. Izda, zgur li ghadamhom tqanqal f'dan il-jum ta' ferh u berkuna tax-xoghol li ghamilna.


Ma' l-offerti ta' hobz u nbid saru zewg offerti ohra ta' flus ghall-karita. Is-Sur Anthony Camiilleri f'isem, il-Kumitat Festi Esterni offra cekk ta' mitt lira lil Mons. Arcisqof ghat-tfal handikappati ta' Villa Mons. Gonzi u Dun Alfred Camilleri f'isem il-Kleru offra cekk iehor ta' mitt lira ghad-djar tat-tfal tal-Knisja.


Tqarbnu dakinhar eluf kbar ta' nies u kollox sar b'ordni u gabra kbira. Wara l-quddiesa sar it-tigdid ta' l-Att ta' Konsagrazzjoni ta' Malta lill-Qalb bla Tebgha ta' Marija.


Fi tmiem, il-quddiesa Mons. Arcisqof baghat dan it-telegramm, lill-Qdusija Tieghu il-Papa:


"Eluf ta' sekulari u membri tal-Kleru llum hadu sehem, bid-devozzjoni kollha, wara thejjija xierqa religjuza, ghall-Inkurunazzjoni tax-Xbieha ta' Marija Assunta, titular tal-Knisja Monumentali, Arcipretali u Parrokkjali tal-Mosta. Filwaqt li ngharraf lill-Qdusiija Tieghek b'din il-grajja storika, bl-umilta kollha nitolbu l-Barka Tieghek Apastolika".19


Il-Papa min-naha tieghu, wara talba li kienet saritlu min-naha, tal-Kumitati Organizzativi, baghtilna din il-Barka Apostolika tieghu:


"In occasione della solenne incoronazione della Vergine Assunta nella chiesa di Mosta, siamo lieti di impartire la Nostra Apostolica Benedizione, in pegno della continua protezione del Cielo sul popolo maltese. Dal Vaticano 10 agosto 1975. Paulus PP VI".20


Ic-cerimonja kollha ta' l-Inkurunazzjoni, maghduda l-quddiesa sa l-ahhar, ixxandret diretta fuq in-network nazzjonali ta' Cable Radio.


Il-Kwadru ta' l-Assunta wara l-Inkurunazzjoni gie mdawwar mat-Triqat tal-MostaIl-Kwadru ta' l-Assunta wara l-Inkurunazzjoni gie mdawwar mat-Triqat tal-Mosta (Sors ritratt: Il-Mosta, Awissu-Settembru 1976).

Wara l-quddiesa, il-Kwadru tal-Madonna Inkurunata, imzejjen dawramejt bi fjuri friski, gie mdawwar mat-toroq tal-Mosta. Gie migbud fuq ir-roti biex ma tigrilux hsara mill-membri tal-Kumitat Festi Esterni u fil-gnub kien hemm erba' sacerdoti bil-pjaneti. F'din il-processjoni ha sehem (p.634) il-Kapitlu ta' San Pawl tar-Rabat. Minn fuq il-loudspeakers tkantaw innijiet u nghad ir-Ruzarju. Wara l-purcissjoni Mons. Isqof Guzeppi Mercieca intona t-Te Deum u nghatat il-Barka Sagramentali. Tajjeb li nsemmu li tqassmu b'xejn 10,000 ktejjeb li kien fihom l-innijtet ghal waqt il-ftuh tal-Koncelebrazzjoni tal-Lejl Marjan u l-Inkurunazzjoni u 5,000 ktieb bil-kliem tal-Quddiesa u r-rit ta' l-Inkurunazzjoni.


It-Tlieta, 12 ta' Awissu


L-emigranti wkoll kellhom il-gurnata tal-ferh taghhom meta numru sabih ta' tfal bniet u subien ircevew l-EwweI Tqarbina u tnejn u ghoxrin is-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof mill-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca. Kien fih dehra tassew sabiha l-presbiterju mzejjen bil-bnadar tad-diversi pajjizi minn fejn gew l-emigranti. Hafna emigranti Mostin ghamlu sagrificcju mhux zghir biex flimkien mal-familji taghhom, jinzlu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet.


Kien hemm ukoll Jum il-Morda u Jum is-Sorijiet. Id-data l-ohra importanti kienet jum il-festa ta' Santa Marija. Kellna fostna ghat-tieni darba lill-Kardinal Corrado Ursi. Il-poplu laqghu b'imhabba, talab il-barka tieghu, riedu li jberiklu t-tfal, ried il-firma tieghu fuq is-santi tal-Madonna Inkurunata, ghamillu dimostrazzjoni kbira li turi l-ghaqda taghna mal-Knisja Ommna.21


Il-Kardinal wasal fostna il-Hamis, 14 ta' Marzu, fin-12.30 p.m. Kien milqugh minn Mons. Arcisqof, mill-Arcipriet u mill-Kumitati tal-Festi. Il-Mostin hargu bi hgarhom biex jaghtu merhba kbira lill-Eminenza, Tieghu, li hu Arcisqof ta' Napli, u li kien mistieden biex imexxi l-gheluq tal-Festi ta' l-Inkurunazzjoni.


Fil-ghodu, 15 t'Awissu, qabel ma ffunzjona fil-Pontifikal Solennni, lill-Kardinal saritlu laqgha civika mill-poplu Mosti. Hu gie eskortat mill-Kavallerija tal-Pulizija mit-tarf tal-Mosta; imbaghad intlaqa' u tmexxa trijonfalment minn (p.635) fejn Triq Gafa taqsam Triq il-Kungress Ewkaristiku fuq karrozzella miftuha migbura mill-Kumitat tal-Festi Esterni, akkumpanjat bid-daqq brijjuz tal-Banda Nicolo Isouard, imdawwar b'eluf ta' dimostranti Mostin li wassluh sal-Knisja Parrokjali.


Il-Kleru tal-Mosta ghall-ewwel darba qaddes mieghu u minghandu smajna kliem ta' mhabba li ghandu lejn Alla u lejn il-Madonna u li jixtieq li lilha nhobbuha u ngnozzuha.

"Intom, huti, nhar il-Hadd li ghadda, ridtu tinkoronaw lill-Madonna, u tgholluha bhala qaddejja t'AlIa u Regina. Verament intom m'ghandkomx il-poter tinkoronaw lil Marija. Alla biss jista jinkoronaha. Izda intom b'dik il-kuruna prezzjuza li qeghdtu fuq rasha, bil-fidi taghkom ta' Nsara, bl-imhabba taghkom ta' wliedha, mortu taghrfuha quddiem kulhadd u bil-qawwa kollha, Marija Regina! U ghajjattu: 'Ahna wlied Marija!' Inghid ghalija, huti l-ghola regalita tad-dinja hi dik tal-omm. Ir-regalita tal-irgejjen hi haga ta' minn barra, ta' sahha zghira, temporali. Ir-regalita tal-omm, tal-omm tal-familja, fil-familja hi iktar vera, ma tispicca qatt, anqas biz-zmien, ghax eterna bhal Alla, li minnu hi gejja … Bl-Inkoronazzjoni poggejtu lill-Madonna fic-centru tal-hajja tal-Knisja, tal-Parrocca tal-famija, ghax kull familja hi Kristu fid-dar, fic-centri wkoll tal-hajja civili, biex din ukoll tiftah qalbha ghall-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu ta' verita, gustizzja, imhabba u liberta."22


Il-Kardinal Corrado Ursi jpoggi curkett f'seba l-MadonnaIl-Kardinal Corrado Ursi jpoggi curkett f'seba l-Madonna (Sors ritratt: Il-Mosta, Awissu-Settembru 1976)

Wara l-quddiesa pontifikali l-Kardinal Corrado Ursi qieghed minn fuq il-pulptu curkett ta' valur fis-saba z-zghir ta' l-istatwa. Kien diga rrefera ghal dan il-mument fil-panigierku:

"Illum, imbaghad, intom, ser twettqu cerimonja ohra, li hi kumplament ta' dik ta' nhar il-Hadd; tridu solennement tqieghdu curkett f'saba' l-Madonna. Tqieghed curkett f'saba' ta' persuna jfisser aktarx titgharras ma' dik il-persuna: u intom tridu tidhlu f'rabta ta' dix-xorta mal-Madonna! Intom membri tal-Gisem Mistiku ta' Kristu, tridu (p.636) tintrabtu mal-Madonna bl-istess rabta li hemm bejnha u bejn il-gisem mistiku: rabta li tfakkarna bejn dik ta' bejn gharus u gharusa izda f'sens wisq oghla. B'din ic-cerimonja intom tridu tifhmu tghoddu ruhkom mhux biss ulied Marija, izda shab taghha fix-xoghol tat-twaqqif tas-Saltna t'Alla fid-dinja, fil-qlub tal-bnedmin ta' madwarna u 'l bghid minna! Dejjem lesti biex nifhmu, nitghallmu u naghmlu dak li trid minna bhala membri tal-Knisja ta' Kristu. U, jekk irridu li jirnexxilna, nisimghhu tajjeb kliem il-Madorma fil-Vangelu fil-Kantiku taghha, il-Magnificat."23


F'laqgha li kellu gol-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard il-Kandinal semma d-dimostrazzjoni li dakinhar stess il-poplu Mosti ghamillu, poplu li issa sar hekk ghaziz u marbut mieghu. Qal li l-Maltin, bhan-nies ta' gensu u dawk kollha ta' din in-naha tal-Mediterran huma nies twajba u ta' qalb kbira li taf thobb. Tkellem serjament fuq il-festi kbar u spicca biex iheggeg lill-poplu biex taht il-kuruna prezzjuza li pogga fuq rasha jghaqqad il-qawwiet kollha tieghu u jibqa' devot u fidil lejn il-Vergni Mqaddsa Omm Alla. B'xhieda tas-sentimenti profondi li kien qieghed ihoss, il-Kardinal, fost espressjonijiet ohra qal: "Io ho tanto goduto a rivedere questa popolazione cosi' calda. Non ero estraneo a tanta gente, ne loro erano estranei a me perche avevamo stretto un patto di amore e questo patto lo abbiamo ancora mantenuto e, avendo io baciato quasi tutti i bambini di Mosta, allora io mi sono gia legato alle future generazioni."24


Kienet okkazjoni eccezzjonali u unika li purcissjoni twila tigi mmexxija minn Kardinal. Il-kant tal-bniet ta' l-Oratorju Marija Immakulata tal-Mosta flimkien mal-Banda jaghmlu din il-purcissjoni wahda mill-isbah ta' Malta.


Nhar is-Sibt, 16 t'Awissu, l-ghada tal-festa ta' Santa Marija, il-Kardinal Corrado Ursi halla Malta. Qabel ma telaq, il-Wisq Rev. Arcipriet ipprezentalu Maltese Dghajsa u tagliacarti tal-fidda bhala tifkira. Membri tal-kumitati (p.637) organizzattivi tal-festi kienu prezenti waqt din il-prezentazzjoni li saret fil-V.I.P. Lounge fl-ajruport ta' Hal Luqa.


F'dawn il-festi hadu sehem il-kappillani ta' Haz-Zabbar u l-Mellieha, il-Provincjali tal-Konventwali Minuri, tal-Karmelitani, tad-Dumnikani, ir-Rev.di Kapitli tal-Grotta ta' San Pawl tar-Rabat u ta' San Pawl tal-Belt, ta' Birkirkara, Bormla, Birgu u l-Isla, barra mill-Kapitlu tal-Monsinjuri u tal-Katidral, li hadu sehem f'kull okkazjoni mal-Arcisqof. Koncelebrazzjonijiet pontifikali ohra saru mill-E.T. Mons. Nikol Cauchi, Isqof ta' Ghawdex, l-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca, Vigarju Generali, u l-E.T. Mons Antonio Del Giudice, Nunzju Apostoliku ghal Malta.


Dwar il-baned inghidu li l-iktar li kellha sehem kienet il-Banda Nicolo Isouard, li barra l-Akkademja nhar it-8 ta' Awissu u l-kuncert vokali u strumentali li esegwiet fuq iz-zuntier wara l-purcissjoni bil-kwadru inkurunat nhar l-10 ta' Awissu, kellha xi sitt programmi ohra ta' marci madwar it-toroq tal-Mosta.


Baned ohra kienu: l-Imperial tal-Mellieha, il-Kings' Own u l-La Valette tal-Belt Valletta, St Philip ta' Haz Zebbug, L'Isle Adam tar-Rabat ta' Malta u l-Peace tan-Naxxar.


L-orkestra u l-Kor Parrokkjali tal-Mosta Santa Cecilja hadu sehem, fuq hdax-il darba f'quddies u ghosrien solenni taht it-tmexxija tas-Surmast Abele Calleja. Darba minnhom il-muzika kienet taht it-tmexxija tas-Surmast Frankie Diacono.


Il-loghob tan-nar inharaq fit-30 ta' Lulju, 9, 10, 14 u 15 ta' Awissu. Il-giggifogu li kellu jinharaq nhar l-10 ta' Awissu nqered fi spluzjoni li saret xi xhur qabel ghand il-kuntratturi ta' Hal Luqa.


Naghlqu din il-grajja memorabbh b'ittra risposta mill-Vatikan ghat-telegramm ta' Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi u bl-iskrizzjoni l-ewwel wahda bil-Malti li twahlet mal-hajt tar-Rotunda u li tinstab fuq iz-zuntier wara l-istatwa ta' San Pietru. (p.638)


Segreterija ta' l-Istat,
Belt tal-Vatikan.

Eccellenza,

Wasal lill-Qdusija Tieghu, l-Papa t-telegramm kollu qima li l-Eccellenza Tieghek Rev.ma, baghtet fl-okkazjoni ta' l-Inkurunazzjoni ta' l-Immagni ta' Marija Assunta, Titulari tal-Knisja Arcipretali tal-Mosta.

Filwaqt li jirringrazzjak tal-hsieb genitili tieghek, il-Papa jibghatlek il-Barka Tieghu Appostolika bhala kapparra ta' barkiet mis-sema.

Ninqeda b'din l-okkazjoni biex minn qalbi nfissirlek l-istima distinta tieghi lejn l-Eccellenza Tieghek Rev.ma.

Mons. Benelli (Sostitut)


IL-KLERU U L-POPLU TAL-MOSTA
BIT-THABRIK TAL-WISQ REVERENDU ARCIPRIET
DUN BARTILMEW BEZZINA
IFAKKRU GHAL DEJJEM
IL-JUM GLORJUZ U QATT MINSI
TA L-10 ta' AWISSU, 1975
LI FIH L-ECCELLENZA TIEGHU
MONSINJUR MIKIEL GONZI ARCISQOF TA MALTA
B'DIGRIET TAL-QDUSIJA TIEGHU
IL-PAPA PAWLU VI
TAT-12 TA ' DICEMBRU, 1973
F'GHELUQ IL-25 SENA
MILL-PROKLAMAZZJONI TAD-DOMMA
TAT-TLUGH GLORJUZ FIS-SEMA TA' MARIJA
BIR-RUH U BIL-GISEM
INKURUNA SOLLENNEMENT
FOST IL-FERH TA' KULHADD
IX-XBIHA GHAZIZA TAL-VERGNI MTELLGHA S-SEMA (p.639)
MEQJUMA FIL-KWADRU EWLIENI
GEWWA DAN IS-SANTWARJU MONUMENTALI
LI HU XHIEDA QAWWIJA TUL IZ-ZMIEN
TAD-DEVOZZJONI TAL-MOSTIN
LEJN L-ASSUNTA
LI GHALL-IKBAR GIEH TAGHHA
SARU L-FESTI KBAR TA' L-INKURUNAZZJONI
LI FIHOM HADU SEHEM
L-ISQFIJIET TAL-GZEJJER TAGHNA
IL-KAPITLU KATIDRALI
U DAWK TAL-KNEJJES KOLLEGGJATI TA' MALTA
FESTI LI GEW MAGHLUQA
KIF KIEN WISQ JIXRAQ
FIL-JUM GHAZIZ TAL-15 TA' AWISSU
MILL-EMINENZA TIEGHU
IL-KARDINAL CORRADO URSI ARCISQOF TA' NAPLI
LI WARA L-PONTIFIKAL SOLLENNI
B'TURIJA TA ' MHABBA U GHAQDA DEJJIEMA
TAL-POPLU MOSTI MAL-MADONNA
BIEREK U LIBBES CURKETT PREZZJUZ
F'WIEHED MIS-SWABA
TA L-ISTATWA TAL-VERGNI ASSUNTA
MEQJUMA F'DAN IT-TEMPJU25


(Ghall-video tal-okkazjoni li nhadem fl-2015 f'gheluq l-40 sena mill-inkurunazzjoni ara link, kif ukoll video iehor f'gheluq il-25 anniversarju meta fl-2000 tpoggew 12-il kewkba madwar l-istess kuruna.)


Riferenzi

  1. Tifkira tal-festi tal-Inkurunazzjoni tal-Assunta, Il-Mosta, 10 t'Awissu, 1975, p. 58. Dan kien parti mill-messagg ta' l-Arcipriet (illum Monsinjur) Dun Bert Bezzina miktub fil-5 t'Awissu, 1976.
  2. Tifkira, p. 2.
  3. Ibid., p. 4.
  4. It-tempju tal-Mosta hu mibni fuq l-istess post ta' knisja bil-wisq iktar antika li kienet iddedikata lill-Assunta u l-kwadru ta' l-Inkurunazzjoni hu l-istess Titular tal-Knisja parrokkjali (Traduzzjoni ta' Dun Karm Schembri).
  5. Tifkira, p. 6.
  6. Ibid., p. 55.
  7. Ibid., p. 56.
  8. Test shih tal-Pastorali, Il-Hajja, 21 ta' Lulju, 1975, p. 4.
  9. Tifkira, p. 20.
  10. Ibid., p. 20.
  11. Ibid.
  12. Ibid., pp. 18-19.
  13. Ibid., pp. 23-24.
  14. Ibid., p. 34.
  15. Ibid., p. 43.
  16. Ibid., p. 41.
  17. Ibid., p. 42.
  18. Mir-Rit ta' l-Inkurunazzjoni. Ara Tifkira, p. 44.
  19. Tifkira, p. 48.
  20. Ibid., p. 3. Traduzzjoni: "Fl-okkazjoni tal-inkurunazzjoni solenni tal-Vergni Assunta fil-Knisja tal-Mosta, ahna ferhanin li naghtu l-Barka Apostolika Taghna bhala rahan tal-protezzjoni kontinwa tas-Sema fuq il-Poplu Malti. Mill-Vatikan, 10 ta' Awissu, 1975. Pawlu PP VI – "
  21. Il-Mosta, Nru. 64.
  22. Tifkira, p. 52. Mill-panigierku tal-Kardinal nhar Santa Marija 1975.
  23. Ibid., p. 54.
  24. Ibid., p. 53. "Jien hadt pjacir hafna li nerga' nara din il-popolazzjoni hekk herqana. La jien u lanqas hi ma konna barranin ghal xulxin, u dan il-patt ergajna zammejnieh, u wara li bist kwazi t-tfal kollha tal-Mosta, ghalhekk jiena issa marbut mal-generazzjonijiet ta' Mostin li ghad jigu."
  25. Din l-iskrizzjoni nkitbet mis-Sur Joe Borg. Giet mikxufa u mbierka mill-E. T. l-Isqof Dom Angelo Mifsud OSB, Abbati ta' Monte Cassino, nhar l-10 ta' Awissu 1976. Il-lapida hi maghmula minn irhama b'faxxa rham ahmar madwarha u zokklatura ta' rham bardiglio. Fiha 952 ittra mimlija bic-comb. Swiet Lm300. Il-Mosta, Nru. 71, Dic-1976/Jannar, 1977.

Kapitli ohra mill-ktieb