The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA XI: IL-BIDNIJA W IL-LIMITI TAL-MOSTA LLUM

minn Francesco Mangion


(p.444) Kif zviluppaw il-limiti ewlenin tal-Mosta nixtiequ nirreferu lill-qarrej ghall-kitba ta' E.B. Vella f'pagni 104-105 (l-ahhar parti tad-Disa' Taqsima, sezzjoni Limiti tal-Parrocca).
Mill-1930 ‘l hawn insibu li saru zviluppi godda.


IL-BIDNIJA


Knisja helwa mibnija fl-1920 qeghda fil-hara ta' Had-Dragu. Fuq in-naha tat-Tramuntana, jifred il-Bidnija mill-Wardija, hemm Wied Qannotta. Fuq Nofsinhar jifridha mit-Targa hemm il-Wied tal-Hzejjen. Fuq il-Punent hemm ix-xaghri li jwasslu saz-Zebbieh u fil-Lvant ir-raba' ghammieli ta' Ghajn Rihana.


Dik il-hara li jisimha Bidnija u qeghda fil-Lvant ta' Had-Dragu ghandha hafna raba' tajjeb u sal-generazzjoni ta' qabilna - xi mitt sena ilu - kienet kollha saqwi. F'dil-parti kien hemm hames ghejjun tal-ilma fosthom il-Ghajn il-Kbira, li madwarha jinsabu l-irziezet tal-Bidnija. Dawn kienu jaghtu kwantita ta' ilma u r-raba msoqqi kien jasal sal-ballutiet u r-roghqa tas-sigar taz-zebbug, li jissejjah z-zebbug Bidni. Sa minn ckuniti kont nismaghhom jghidu li dawn is-sigar ghandhom zmien mill-Passjoni ta' Kristu!


Dwar is-sena 1914 Gio. Marija Buhagiar, bidwi tal-post, kien iltaqa' ma' sejba li turina li dan il-post kien ikkultivat sa mill-ibghad zmenijiet. Ghan-naha (p.445) tat-Tramuntana ta' dik ir-roqgha sigar taz-zebbug, magenb il-harruba ta' hdejn il-ghar, dan il-bidwi kixef sejba li kienet tikkonsisti f'gebla kbira tal-qawwi, maghsra taz-zebbug1, vaska u tmien hwat b'kanal tac-comb minn wiehed ghall-iehor. Magenbhom hafna ixqda2 tal-bnedmin u faham ta' xi ghadam mahruq. Taht gebla ta' ghamla ta' lapida kien hemm tliet irjus tal-bnedmin. Jinghad li mpjegat tal-Gvern, Tagliaferro, gie jara din is-sejba u kellu mieghu lill-Konslu Amerikan u sinjur Tedesk. Il-kanal tac-comb ittiehed u l-bqija ntradam u ghadu hemm.


Jiena li qed nikteb, meta kien ghadni tlfel, kont ghaddej mill-hara ta' Had-Dragu u ragel xih jismu Guzepp Sant, bil-fies f'idu, kien qed jaqla' gebel ta' pedament. Dan qalli, "Hawn kien hawn knisja ta' San Nikola u dan hu l-pedament taghha".


Ghalkemm in-nies tal-Bidnija huma kollha Mostin u jaghmlu parti mill-Parrocca tal-Mosta, dan il-post ma kienx fil-limiti taghna izda maqsum bejn San Pawl il-Bahar u n-Naxxar. Huma kollha kienu jaghmlu l-Precett tal-Ghid fil-Mosta u l-irgiel f'din il-Parrocca tal-Mosta wkoll kienu jilbsu ta' fratelli. Ghall-quddies ta' nhar ta' Hadd kienu jmorru min il-Wardija, min Ghajn Rihana u ohrajn johorgu l-Mosta.


In-nies tal-Bidnija kienu mxennqin li jibnu knisja biex jehilsu minn dik it-tbatija, specjalment fix-xhur tax-xitwa, li kien ikollhom imorru hekk fil-boghod biex jisimghu l-quddies. Imxarrbin b'xi sold mill-bejgh tal-prodotti bil-gholi fi zmien l-Ewwel Gwerra Dinjija 1914-1918, hasbu u qalu li kien il-waqt li jibnu knisja. Ghal dan il-ghan intaghzlu zewgt (p.446) irgiel li kien jisimhom Gio. Marija Dimech u Gio. Marija Galea. Dawn f'malajr intefghu ghall-hidma biex jigbru l-flus u permessi mehtiega. Inxtrat l-art minghand il-Gvern. Din l-art inxtrat f'darbtejn. L-ewwel darba xtraw bicca biex ikollhom fejn jibnu l-knlsja; imbaghad xtraw it-tienl bicca li flha ghamlu z-zuntier u parti ohra wara s-sagristija, li kienu dawru b'hajt tas-sejjiegh. Il-flus li ntefqu ghal din l-art kienu £16, jigifieri £8 f'kull kuntratt.


Knisja tal-Bidnija Il-knisja tal-Bidnija li ddisinja l-Mosti Mastru Salvu Zahra

Mastru Salvu Zahra ghamel il-pjanta u x-xoghol tal-bini nghata bl-imqieta lill-bennej Anton Muscat, li bhal Mastru Zahra, kien ukoll mil-Mosta. Ix-xoghol beda miexi, tlesta l-livellar u waslu biex iqeghdu l-ewwel gebla. Ghal din il-funzjoni stiednu lill-Arclpriet tal-Mosta. Meta wasal fl-ewwel gwarnica, Anton Muscat waqaf. Imbaghad ix-xoghol tkompla bil-gurnata minn Guzepp, hu Salvu Zahra. Jiena kont midhla sewwa ta' dan il-post ghax, f'qasam f'Ta Braret, kellna r-razzet.


Hawn irrid insemmi silta mid-diskors li l-Arcipriet Pawlu Mallia kien ghamel f'din l-okkazjoni. "O, li kieku ghadu haj il-Papa Piju IX! Kemm kien jifrah meta jisma' li knisja gdida ser tinbena ddedikata lis-Sagra Familja!" Dan il-Papa kien jixtleq li f'kull dar ikun hemm kwadru bix-Xbieha tas-Sagra Familja.


Ghal din il-funzjoni tat-tberik ta' l-ewwel gebla kien hemm hafna nies, l-aktar Mostln u Mgarrin. Lili qabbduni naghmel gabra fost il-migemgha u, billi ma kellix platt, uzajt il-beritta. Matul iz-zmien li damet tinbena kwazi kull nhar ta' Hadd kont naghmel tigiega lotterija ghall-beneficcju tal-knisja l-gdida. Ghal din il-knisja l-gebel kollu ngarr bla hlas mill-bdiewa tal-post u jien ukoll garrejt il-gebel. Il-gebel inqata minn barriera hdejn it-Torri Cumbo u (p.447) kienu jghaddu bih miz-Zebbiegh, ghax it-triq ewlenija kienet tassew primittiva.


Il-bini ta' din il-knisja nbeda fis-sena 1920 u, wara kwazi sentejn, tlestiet. Berikha l-Isqof Mawro Caruana O.S.B. nhar Sant'Anna, billi f'dik il-gurnata l-bdiewa ma kenux jahdmu.


Din il-knisja tas-Sagra Familja ghandha ghamla tonda bi tmien twieqi fit-tanbur, koppla, anterna u kampnar wiehed. Ghandha zuntier sabih quddiemha. Fuq wara ghandha sagristija u zewgt ikmamar li fihom ighammar il-qassis. Fuq il-kampnar hemm statwa tal-Fidi u f'zewg nicec San Pietru u San Pawl. Minn gewwa l-knisja ghandha altar helu bil-kwadru tat-Titular u zewg kwadri, wiehed fuq kull genb: tar-Ruzarju u l-Kurciflss. It-tnejn huma xoghol il-pittur Vella, b'beneficenza tan-nies tal-post. Il-madum sar mill-benefattur Guzepp Vella mill-Qala, li kien mar joqghod il-Wardija. Halla wkoll l-Ezercizzi tar-Randan. Il-pittura, il-bankijiet, l-lnduratura tal-prospottiva u l-arzella saru fi zmien ir-Rettur Dun Vincenz Caruana.


F'Novembru tal-1954, fi zmien ir-Rettur Dun Karm Scerri min-Naxxar, sajjetta laqtet l-anterna u din saritilha hsara gmielha. Bit-thabrlk ta' Pacifico Dimech regghet inbniet minn Andrea Galea. Fi zmien ir-Rettur Dun Angelo Camilleri, benefattur iehor, Guzepp Galea, hareg il-flus mehtiega biex zebagh il-knisja kollha u jaghmel xi tiswijiet li kellha bzonn (1961).


Fl zmien ir-Rettur prezenti, Dun Karm Mifsud, izzanznu konfessjonarju sabih, anbone u leggiju. Inhadmu minn Francesco Tonna u thallsu bi flus moghtlja minn Katerina u zewgha, Guzepp Sant.


Fl-1977 saret statwa artistika - li tirrapprezenta l-Fidi - mill-maghruf skultur, is-Sur Marco (p.448) Montebello. Din tqeghdet flok ohra li kienet tmermret. Is-Sur Montebello huwa l-iskultur tal-appostli li jinsabu fil-faccata tar-Rotunda. Il-flus sabiex issir halliehom il-mejjet Frangisk Sant mill-Bidnija. L-imghallem John Gatt tal-Gatt Bros. (Malta Ltd.) ha hsieb li l-istatwa tittella' f'postha. Hu gentilment offra b'xejn crane bid-drivers u t-trakk. Ighinu wkoll biex itellghuha kien hemm is-Sur John Montebello, iben l-iskultur, u Indri Galea u Charles Muscat, it-tnejn mill-Bidnija.


L-istatwa tirrappreienta l-Fidi Ekklezjali miexja mas-Salib tal-Fidwa, bil-pallju f'ghonqha, sinjal ta' setgha tal-kliem tal-Vangelu, Liturgija tal-Kelma, u l-Kalci, Liturgija Ewkaristika. L-istatwa berikha l-Vigendarju tal-Bidnija, ir-Rev. Dun Karm Mifsud.


Il-kwadru titulari, li sar qabel infethet il-knisja, huwa xoghol tal-pittur G. Vella. Il-benefattur tieghu kien Ganni, imlaqqam in-Nixxiefi. Hemm ukoll benefatturi ohra li isimhom intilef jew li ma ridux juruh.


Fl-1977 saret l-istatwa tas-Sagra Familja, xoghol l-istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri. Minn din is-sena bdiet issir ghall-ewwel darba l-festa tas-Sagra Familja bil-purcissjoni bl-istatwa taghha.


F'din il-knisja jsir il-quddies fil-Hdud u l-festi kmandati kif ukoll nhar l-Ewwel Gimgha tax-xahar u fix-xhur ta' Ottubru u Novembru. Isir it-taghlim tad-duttrina u konferenzi minn membri tal-MUSEUM.


Tajjeb li nsemmu minn kienu r-Retturi tal-knisja tal-Bidnija:

  1. Sac. Guzeppi Calleja Grech, 1922-1925, mill-Mosta,
  2. Sac. Anton Ellul, 1925-1931, mill-Mosta,
  3. Sac. Pietru Ellul, 1931-1943, mill-Mosta, (p.449)
  4. Sac. Karmelo Schembri, 1943-1944, mill-Mosta,
  5. Sac. Vincenzo Caruana, 1944-1950, mill-Mosta,
  6. Sac. Karmelo Zammit, 1950-1951, min-Naxxar,
  7. Sac. Karmelo Xerri, 1951-1954, min-Naxxar,
  8. Sac. Angelo Camilleri, 1955-1963, mill-Mosta,
  9. Sac. Karmelo Mifsud, 1963- , mill-Mosta.

Il-Bidnija ma kenitx dejjem fil-limiti tal-Mosta, izda kienet maqsuma bejn in-Naxxar u San Pawl il-Bahar. Il-partl li kienet taghmel man-Naxxar kienet mitluqa. Fl-1921 Gio. Marija Dimech stieden lill-Arcipriet tal-Mosta biex iberiklu r-razzett. Huwa mar u, meta l-abitanti ta' hemm rawh, stednuh biex ibierek ir-razzett taghhom. L-Arcipriet tal-Mosta baqa' jmur kull sena, izda, meta miet l-Arcipriet tan-Naxxar u lahaq iehor gdid dan deherlu li hemm kien limiti tieghu. Ghalhekk beda jmur ibierek hu. Izda n-nies tal-post xtaqu mod iehor u li jibqghu marbutin mal-Mosta.


Sal-1950 il-Bidnija kienet taghmel mal-parrocca tan-Naxxar. Bit-thabrik tal-Arcipriet Dun Karm Sciberras (Dun Karm miet fit-23 ta' Mejju, 1950), l-Arcisqof Metropolitan Mons. Mikiel Gonzi ghamel revizjoni tal-limiti u b'hekk insibu li fl-1950 il-Bidnija bdiet taghmel mal-Mosta. Irridu nzidu nghidu li ghal dan l-iskop kien hadem hafna wkoll Mons. Anton Buhagiar, iben Anglu, mill-Bidnija.


Kien baqa' xi djar fl-inhawi tal-Bidnija li ma kenux fil-limiti tal-Mosta. In-nies fil-post maghruf bhala ta' Cincli dehrilhom li ghandhom jinqdew mill-Parrocca tal-Mosta u mhux izjed minn dik ta' San Pawl il-Bahar. Talbu u qalghu li l-Areipriet tal-Mosta jibda jaghmel minnhom hu. B'hekk, fl tmien l-Arcipriet Dun Bert Bezzina l-Bidnija kollha bil-hariet ta' Had-Dragu u l-Qala nghaqqdu mal-Mosta (1964).


(p.450) Bhall-bqija tal-kampanja ta' Malta, il-Bidnija kienet mitluqa mill-Gvern. L-ewwel wiehed li ftakar fil-Bidnija kien il-patrijott Mosti E. B. Vella, li baghat ghalliem ighallem liz-zaghzagh jiktbu u jaqraw. Fethilhom dik li nsejhulha l-Iskola ta' bil-Lejl. Aktarx li fl-1950 inbdiet l-iskola taz-zghar. Aktar tard insibu li l-Gvern dahhal it-telefon u tal-posta beda jwassal l-ittri.


Bejn is-snin 1961-1965 sar titjib konsiderevoli. Infethet it-triq li taghti access ahjar ghar-rahal u s-servizz tal-ilma tjieb ukoll. Fit-triq li taghti ghall-Mosta, fil-Wied tal-Hzejjen, tqieghed pont tal-konkos u b'hekk it-telgha tnaqqset u fix-xtiewi milwiema ma tghaddix minn gol-ilma. Fl-1 ta' Novembru, 1965 kien inawgurat is-servizz ta' l-elettriku u fit-toroq inxteghelu 11-il bozza.3


Illum il-Bidnija m'ghadhomx jghallmu. Minflok igibu lit-tfal kuljum bil-karozza fl-iskola tal-Mosta.


Il-Bidnija tatna wkoll persuni li jzejnu l-gnien tal-Knisja: ajkijiet, sorijiet u sacerdoti. Tatna wkoll sagristan twajjeb, Karmelo Dimech, li hadem fil-parrocca ghal erbghin sena shah. Kien il-veru sagristan.


In-nies tal-Bidnija jqisu ruhhom Mostin. Hekk ukoll iharsu lejhom il-Mostin li fihom ghadhom jaraw il-hajja semplici u hienja ta' kif kienet il-Mosta fl-imghoddi, l-izjed fl-era epika tal-bini tar-Rotunda.


Il-Bqija tal-limiti


L-Arcipriet tal-Kattidral ceda xi parti (p.451) mill-limiti tieghu lill-Mosta, bhalma huma t-Triq ta' Santa Marija taz-Zejfi, il-Bizbizija, Ta' Sejqla sa Xifer Kief. Meta nezaminaw il-limiti tal-parrocci girien taghna nqisu li l-Mosta hadet dak li haqqha.


Mela, f'din is-sena li fiha qieghed nikteb jigifieri l-1977, il-limiti tal-Mosta huma: Tal-Kuncizzjoni f'Ghandar il-Blat, ta' Sriedak, Triq tal-Imgarr fuq Wied il-Qlejja, Xifer Kief sa Ghar Qasruna, Sqaq Fejfu sa Ghar Rajjes, il-Bidnija, San Guzepp tat-Targa, Sant'Andrija ta' Hal-Dmiegh, Misrah Ghonoq, Santa Margerita ghas-Saghjtar sal-fabbrika Phoennix fuq Wied Hal Lija.


Riferenzi

  1. Maghsra taz-zebbug: gebla li biha kienu jaghsru z-zebbug.
  2. Ixqda: plural ta' xedaq.
  3. Ara Il-Mosta, Nru. 5.

Kapitli ohra mill-ktieb