Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
IT-TIELET TAQSIMA
Il-Fenici u l-Kartaginizi
(p.25) Jekk, bhalma rajna, ghadna ftit fil-ghama min-nies tal-prejstorja taghna, mill-banda l-ohra ahna zguri li dawn il-Gzejjer kienu mbaghad taht il-hakma tal-Kanghanin, jew biex insejhulhom bhalma semmewhom il-Griegi - il-Fenici. Dawn hadu l-isem mill-art Fenicja li kienet tahbat il-fuq mill-Palestina.
Biex wiehed jara kemm kienu nies kbar il-Fenici huwa bizzejjed jiftakar illi l-gnus ta' warajhom ta' l-Ewropa bnew l-alfabetti taghhom fuq is-sura ta' dak li bih il-Fenici kienu jiktbu l-ilsien taghhom - ilsien li kien jixbah kemm trid lill-Malti li ghadna nitkellmu sa llum.
Imma l-oghla kobor ta' dawk in-nies kien fin-navigazzjoni kbira u fil-kummerc imxerred li kellhom, meta nafu li fuq il-bastimenti tal-qlugh li kienu jibnu kellhom il-hila jbahhru u jikkommercjaw ma' hafna pajjizi mhux biss fil-Mediterran imma wkoll fix-xaqliba tal-punent u ta' fuq ta' l-Ewropa. Ghalhekk Malta, imqeghda kif inhi f'nofs il-Mediterran, switilhom tajjeb bhala stazzjon ta' htiega mhix zghira.
Il-kittieba ta' l-istorja ghadhom ma qablux fuq meta dawn il-bahharin qalbenin nizlu fuq ix-xtajtiet ta' din il-Gzira. Hemm min jahseb li gew fis-seklu XVIII Q.K., hemm min qal li dan ma kienx hlief ftit iktar il-boghod mis-seklu X Q.K., filwaqt li ohrajn hadu sekli ta' bejn dawn it-tnejn li semmejna.
Ahna nhallu fil-genb ir-ragunijiet li jgibu dawn l-istorici u nghidu biss illi bhala kolonja Fenicja mqeghda hekk f'nofs il-bahar fejn kellhom l-ikbar kummerc, Malta kellha zmien ta' gid u progress.
(p.26) Ghall-habta ta' nofs is-seklu VI Q. K. Malta waqghet taht idejn il-Kartaginizi, li kienu nies ta' l-istess gens u ta' l-istess fehma tal-Fenici, li lilhom kienu wirtu. Dawn hadu isimhom mill-belt ewlenija taghhom li kien jisimgha Kartagni, li kienet magenb Tunes ta' llum. Il-Kartaginizi kienu, biex inghidu hekk ghaddew lil huthom il-Fenici fil-kummerc kbir li kellhom, u ghalhekk kieku stess ma kienx hemm min halla miktub fun il-gid kbir tal-Maltin, fuq il-gmiel ta' djar li kellhom, u fuq kemm kienu jinqalghu ghas-snajja, ma konniex nistghu nahsbu xort' ohra.
Id-distrett tal-Mosta kien imghammar sewwa fi zmien il-Fenici u l-Kartaginizi kif jidher mhux mill-gmiel ta' djar li semma Diodoro Siculo, ghax dawn spiccaw kullimkien, imma mill-kotra ta' oqbra li dawk li kienu jistghu, haffru madwar ir-rahal. Dawn l-oqbra juru illi dawk in-nies qatghuhom biex jidfnu gewwa fihom kienu jghixu magenbhom, il-ghaliex dak iz-zmien ma kenux sejrin jimxu mili b'mejjet meta kienu jistghu jhaffru qabar fl-eqreb xaghra jew ghalqa.
Oqbra Punici
Dawn l-oqbra fil-blat ma qatghuhomx biz-zniet u l-mazaz tal-gebel, bhalma kien jahdem il-bniedem ta' zmien il-Hagar, imma qatghuhom bil-ghodod tal-metall, illi issa kienu f'idejn kulhadd.
L-oqbra li ghandna f'dawn il-Gzejjer taghna jistghu jitqassmu fi tlett tifsiliet.
L-ewwel tifsila, li hija l-eqdem (u li kif wera Sir Temi Zammit, tista tkun ukoll ta' Zmien Neolitiku) hija kamra zghira mdawwra u s-saqaf taghha maqtugh qurriegha ghamla ta' koppla, bil-bieb ta' erba' gnub, li jinghalaq b'gebla ta' l-istess ghamla. Dawn tinzel ghalihom minn spiera baxxa maqtugha fit-tond. Hafna drabi meta dawn l-oqbra kienu jaqtghuhom fil-wicc ta' xi rdum, ma kenux jaqtghu dik l-ispiera, imma mill-ewwel jibdew il-kamra tal-qabar. Il-qiegh ta' l-ewwel (p.27) oqbra huwa catt, imma minn xi daqqiet tidher ukoll trinka fonda maqtugha mad-dahla tal-bieb.
L-oqbra tat-tieni tifsila ghandhom hafna minn ta' l-ewwel, ghaliex il-kamra tibqa' tidher imdawra u dejjem aktarx tiltaqa' mat-trinka li semmejna skorra mad-dahla; imma l-ispiera mnejn tinzel ghalihom issa maqtugha bir-rkejjen minflok tonda, u hafna drabi hija fonda izjed.
Dawk tat-tielet tifsila l-ispiera tibqa' bir-rkejjen u issa l-kamra tal-mejjet issir ukoll bir-rkejjen, kemm fil-ghamla tal-qiegh u kemm ukoll tas-saqaf. It-trinka issa bdiet tinqata minn tul il-qabar u xi drabi maqtugha f'nofsu, biex thalli sodda kull naha fl-istess kamra u ghalhekk ikun hemm post fejn jindifnu tnejn. Imma din it-trinka mhux dejjem tidher, ghax minn xi daqqiet bdew jaghmluha biss biex taghzel is-sodda mill-bqija tal-qabar. Hafna drabi jidhru tnejn, tlieta jew sahansitra erba' oqbra maqtugha wiehed kull naha ta' l-ispiera.
Mal-mejjet fil-qabar kienu jqiegdu bwieqi, garar, kusien, zinglijiet, platti, li kollha kienu jservu ghall-ikel, xorb u ghal-fdal ta' hruq li kienu jqeghdu fihom.
Fl-art jew gewwa hofra fil-hajt tal-qabar kienu jqieghdu wkoll imsiebah mad-difna.
Fl-oqbra ta' l-ewwel tifsila kienu jqeghdu ftit ferm fuhhar mal-mejjet; fl-oqbra tat-tieni tifsila wiehed jiltaqa' ma' xi erba' bcejjec ghal kull mejjet, imma f'dawk l-oqbra tat-tielet tifsila kienu jqieghdu mat-tuzzana w nofs u izjed.
L-ikel, xorb u dawl li kienu jqieghdu fil-garar, platti, imsiebah ecc. magenb il-gisem tal-mejjet kien gej mit-twemmin li kellhom li mad-difna jqieghdu kulma jista jinhtieg il-mejjet fil-hajja li jidhol fiha wara l-mewt. Hekk ukoll kienu jaghmlu (p.29) n-nies ta' qabilhom mhux biss hawn Malta imma sahansitra fl-Egittu u hafna pajjizi ohra qodma.
Hafna drabi f'qabar wiehed kienu jidfnu iktar minn bniedem wiehed, ghalhekk dawn kienu oqbra tal-familja.
Dan kollu ghidnieh ghaliex l-oqbra li sibna fil-Mosta huma tat-tliet tifsiliet li wrejna, li jfisser illi f'dan id-distrett, minn Zmien il-Gdid tal-Hagar id-dfin ta' hafna nies ma nqata qatt, haga li turina li r-rahal baqa' dejjem mghammar.
Fir-rebbiegha u fis-sajf ta' l-1928 il-kittieb ta' din l-istorja sab hafna minn dawn l-oqbra madwar ir-rahal, u li hawn behsiebna nsemmuhom biex jekk xi darba jigu mkissrin fil-qtugh tal-blat ikollna, ghall-inqas, tifkira taghhom, il-ghaliex ghadu hadd ma kiteb fuqhom, barra minn qabar wiehed li sabu fl-1925 u li minnu sejrin nibdew.
Dan il-qabar deher f'Jannar 1925 huma u jkissru l-blat bil-furnella f'xaghra "Ta Grandi" magenb S. Margarita. Dan ezaminah l-arkeologu Sir Temi u qal li kien wiehed mill-eqdem oqbra maghrufin f'Malta1, ghalhekk huwa minn ta' l-ewwel tifsila. Kellu spiera tonda madwar 7 piedi fond u 6 piedi dijametru. Il-blata li taghlaq il-bieb zghir tal-qabar kienet miksura u magenbha kellha hofra li kien fiha l-ghadam ta' tarbija. Wara l-bieb zghir ta' 2½ piedi wisa', dehret trinka maqtugha ma' tul id-dahla, imbaghad il-gewwa minnha kien hemm il-qiegh tal-kamra li kien ghamla ta' bajda ta' 5 piedi tul u ftit fuq it-3 piedi wisa'. Fir-rokna l-wiesgha l-qabar kellu bhal targa baxxa fejn tistrieh ir-ras tal-mejjet.
Il-furnella ma halliet xejn shih milli kien fih dan il-qabar, imma mill-bcejjec deher li kien hemm midfun bniedem u (p.30) mieghu kellu mqeghdin erba' garar, buqar, zewg platti u musbieh ta' zewg ftejjel, kollox tal-fuhhar.
F'din il-bicca tal-grigal tar-rahal hemm hafna oqbra ohra. Halli nibdew mill-gholja ta' fuq ir-rih tal-kappella ta' S. Margerita. Bejn din il-knisja zghira u d-dolmens li ga semmejna hemm zewg xaghriet fejn fihom jidhru sitt oqbra. Haga li laqtitna f'dawn is-sitt oqbra, hija li kollha ghandhom il-faccati ta' l-ispieri ma' l-erbat irjieh ewlenin. F'kull wiehed minnhom tidher il-quccata tal-bieb tal-qabar, imma billi mimlijin bil-hagar u t-trab ma nistghux naghtu l-qisien taghhom u l-intietef l-ohra.
Issa mmorru ghall-ohrajn in-nana l-ohra ta' S. Margerita. Dawn issibhom meta tidhol fi Strada S. Margerita u taqbad is-sqaq li jaghti ghall-grigal, u tibqa' miexi mieghu sa ma' fuq idek ix-xellugija tiltaqa' ma' xaghra li fiha jidhru wkoll tliet spieri ta' oqbra ohra. Dawn huma ta' l-istess sura ta' dawk li ghad kif semmejna, u bhalhom ukoll nofshom mimlijin bit-trab u l-hagar.
Oqbra ohra bhal dawn ighidulek li sabu, ma ilux wisq, taht ir-rih ta' S. Margerita, huma u jaqtghu l-gebel ghaz-zrar.
Dawn l-oqbra li semmejna huma kollha maqtughin fil-qawwi u ma hemmx wiehed minnhom li ghandu l-kamra tal-qabar fir-ras tan-naha tat-tramuntana tal-bitha. Wiehed biss ghandu l-qabar fil-genb tal-punent u l-bqija kollha fil-gnub ta' nofsinhar u f'tal-lvant.
Inhallu din ix-xaqliba u mmorru ghan-naha tal-punent u l-majistral tar-rahal. Din il-bicca hija biex inghidu hekk mizghuda b'dawn l-oqbra li hadd ma kien qatt fittixhom u semmihom.
(p.31) Jekk tghaddi minn Sqaq Redusa u, wara li timxi l-gewwa ftit, tidhol fix-xaghra fuq ix-xellug ghandek tiltaqa ma' xi ftit minn dawn l-oqbra maqtughin fil-qawwi. Fix-xaghra tal-harrub magenb id-dura hemm wiehed illi qeghdin jinhteguh bhal bir ghall-ilma. Inzilna f'dan il-qabar u sibna li kienu qatghu minnu biex ifanduh.
Fl-istess bicca xaghri jidhru l-ucuh ta' zewg spieri ohra wahda mdawra u l-ohra bir-rkejjen. Imma xejn izjed ma tista tara ghax fiz-zewg spieri hemm imhawwel il-harrub.
Fit-tielet ghalqa mill-hajt tax-xlokk tal-knisja ta' Isperanza fil-faccata tal-blat ta' taht il-hajt tas-sejjieh, jidher qabar li mill-ghamla tieghu jidher li hu mill-bikrin. Dan huwa maqtugh fil-franka u ma ghandux hlief il-hofra fejn joqoghod il-mejjet il-ghaliex billi mhux imhaffer taht l-art ma kenitx metiega l-bitha jew spiera. Id-dahla tieghu ghandha ghamla ta' bajda 4 piedi gholi u 3½ pied wisa'. Minn gewwa l-qabar fih 6 piedi tul u pied anqas wisa' u qieghed imdawwar l-iktar fin-naha fejn hemm maqtugha mhadda ghar-ras. Is-saqaf gej ghamla t'arzella bl-ikbar ftuh fuq barra.
Billi kien ilu miftuh ma kien fadal xejn gewwa fih, hlief daqsxejn ta' dielja zghira li issa kienet tiela mill-ftit hamrija li hemm f'dak il-qiegh, fejn fil-qedem gisem ta' bniedem mejjet kien imnizzel ghad-difna.
Fil-Wied, xi mitejn pass il fuq mill-Arkata ta' l-lsperanza (fi kliem iehor lejn il-Hanzira), fix-xaqliba tal-blat li thares lejn il-majistral, hemm hamsa minn dawn l-oqbra maqtughin fil-qawwi, li qeghdin fuq it-12-il pied ghola mill-qiegh tal-wied u f'tul ta' dwar 90 jarda. L-ewwel qabar li naqbdu kien zgur mimsus milli jidher mill-qtugh tal-blat ta' madwaru.
Dan il-qabar ghandu dahla daqsiex ghaliex iggib mal-5½ piedi gholi u l-fuq hemm fejn hu ftit anqas minn 6 piedi wisa'.
(p.32) Minn, gewwa l-ikbar tul iwassal 10 piedi, l-ikbar wisa 6½ piedi, u daqshekk iehor gholi. Mal-hajt jidhru zewg hofor ghall-musbieh u bicca mhollija bhal imhadda.
It-tieni qabar ghandu dahla zghira li tolqtok mil-boghod imhabba l-ghamla kif inhi maqtugha. Din id-dahla maqtugha kwadru ta' 2¼ piedi minn kull naha, bil-genb tas-soll taghha mcarrat l-isfel ghal xejn ghal xejn - li jista jkun ti gie maqtugh hekk wara. Dan il-qabar minn gewwa hu l-gmiel tieghu. Hekk kif iddahhal rasek tara trinka maqtugha matul il-qiegh tan-naha tal-bieb. Il-gewwa mit-trinka tidher sodda fejn kien imqighed il-mejjet li fiha tul ta' 6 piedi u wisa ta' 3½ piedi. It-trinka li semmejna mhix maqtugha mat-tul kollu tal-qabar ghaliex hemm bhal zewg bcejjec kwadri ftit ghola mis-sodda u li qeghdin wahda kull naha u mal-istess wisa' tat-trinka. Dik tan-naha fejn hemm l-imhadda tar-ras hija catta u l-ohra mhaffra bhal hawt. Fuq dawn kienu jqeghdu xi garrar ta' mal-mejjet. L-irkejjen tal-qiegh huma fit-tond, u s-saqaf gej bhal arzella 2¾ piedi oghla mis-sodda.
It-tielet qabar qiegheb imwarrab f'rokna u ma tantx jidher minn qiegh il-wied. Dan gie mnaddaf fis-7 ta' Gunju 1928 minn dak li qieghed jikteb. Taht ftit hamrija u hagar fil-wicc beda jidher imxerred 'I hawn u 'I hemm il-ghadam immermer tal-mejjet li kien midfun hemm, u tahtu kien mimli bil-hagar u hamrija. Ma dehret l-ebda bicca mill-ghamara tal-fuhhar li bhalma ghedna kienu jqeghdu mal-mejjet, u dan juri illi xi darba, ilu min jaf kemm, il-qabar kienu fethuh. Sewwa mill-ghamla kemm ukoll mill-qtugh ikrah tieghu ikollna nghidu li dan kien mill-eqdem oqbra li thaffru. Ghandu ghamla ta' arzella u fetha ghamla ta' hnejja ta' 5 piedi wisa' u ta' 3 piedi gholi. Biex l-ilma ma jidholx go fih, it-tarf ta' isfel tad-dahla huwa maqtugh bhal soll. Il-qiegh li qieghed imzerzaq, ghan-naha ta' barra, fih 5½ piedi tul u firwnofs 3½ piedi wisa'.
(p.33) Ir-raba' qabar gie mnaddaf mill-kittieb fit-8 ta' Awissu 1928. Dan mhux imfassal bhat-tlieta l-ohra li ghadna kif semmejna ghaliex ghandu spiera maqtugha qabel ma tidhol ghall-kamra tal-mejjet, ghalhekk ma tarafix jekk ma tixxabbatx mal-genb tal-wied. L-ispiera hija ovali u fiha fuq is-6 piedi tul 3 piedi wisa' u 5 piedi fond, imma tidjieq izjed iktar ma tinzel l-isfel. Fil-hajt tal-genb ta' l-ispera hemm imhaffrin tlett hofriet fejn wiehed jista jdahhal siequ biex jinzel. Fil-qiegh jidher bieb, ta' fuq iz-zewg piedi wisa', li jaghti ghal gewwa l-qabar u taht dan il-bieb tinzel trinka zghira. Il-hagra li taghlaq dan il-bieb ma kienitx flokha il ghaliex xi darba dan il-qabar ukoll kien minsus. Il-kamra tal-mejjet kienet nofsha mimlija bil-hamrija u ftit hagar imrassin tajjeb bl-ilma li jidhol kull meta taghmel ix-xita qawwija. Qalb dan it-trab deher il-ghadam qadim ta' nies u bcejjec tal-fuhhar li kienu mqeghda mad-difna. Il-ghamla tieghu minn gewwa hija ovali w il-qisien igibu 5¾ piedi tul, 3 piedi wisa', u s-saqaf qieghed qurriegha 3 piedi 'I fuq mis-sodda. Fin-naha l-wiesgha tas-sodda tal-mejjet hemm imhadda ghar-ras li fil-genb taghha ghandha imhaffra hofra fejn tista titqieghed xi bicca mill-fuhhar tad-difna.
Fost il-hafna ghadam li gbarna sibna ras shiha ta' mara xiha u hames xdieq ta' isfel bis-snien f'posthom. Mal-ghadam imxerred ta' hamsa min-nies kbar deher ukoll ghadam ta' tifel jew tifla. Barra minn dan kien hemm ukoll ghadam ta' annimali u tajr illi bhas-soltu gie mqighed fid-difna bhala ikel, jew inkella li kien fadal wara s-sagrificcju2.
Sibna wkoll garra u buqar miksurin, kus bil-widna; kus sabih b'zewg widnejn, erba' platti, tlett bwieqi, zewg imsiebah b'zewg widnejn kull wiehed, (ghamla Fenicja) iehor izghar u maghluq, ta' ftila wahda (ghamla Kartaginiza).
(p.34) Il-hames qabar qieghed iktar fil-gholi u mwiegher minn dawk ta' magenbu. Dan bhal dak ta' l-ahhar, ghandu quddiemu l-ispiera li fiha ftit anqas minn 6 piedi tul, 3¼ piedi wisa' u 4½ piedi fond. Issa dak li qata dan il-qabar ried ikollu zewg kmamar ghall-mejtin. Soltu meta qabar ikun b'zewg kmamar jew izjed, dawn bhalma ghedna tarahom maqtughin wahda kull naha ta' l-ispiera. Imma hawn, imhabba l-wied, tlett nahiet tal-bitha ma humiex hoxnin bizzejjed biex jaqta fihom kmamar. X'ghamel l-imghallem puniku? Ma kkonfonda xejn, qata zewg bibien ta' bejn wiehed u iehor 2½ piedi gholi u 2 piedi wisa' fl-istess faccata ta' gewwa ta' l-ispiera, u carrat qabar fuq il-lemin ta' bieb tal-lemin u qabar iehor fuq ix-xellug tal-bieb tan-naha l-ohra. Din it-tifsila mhux lakemm tghid li ssib bhalha!
Il-kmamar tal-mejtin huma qishom xorta wahda; ghandhom it-tarf li jmiss mal-bieb bir-rokna skorra u mill-bqija r-rkejjen imdawrin bhalma wkoll huma l-osqfa. Kull wiehed minnhom fih 6 piedi tul, 4¼ piedi wisa' u 3¼ piedi gholi. Il-qiegh ta' kull wiehed minnhom huwa maqsum bil-bicca ta' gewwa fejn jitqieghed il-mejjet u fil-bicca ta' barra fejn hemm trinka u bicca blat fejn titqieghed xi bicca mill-fuhhar tad-difna. Toqba ghal musbieh f'kull wiehed u l-imghallem li semmejna halla bicca xoghol li trid taraha biex tghid kemm hi sabieha. Fit-thammil iltqajna ma' ghadam ta' bniedem u xi bcejjec tal-fuhhar li kienu qeghdulu mieghu.
Haga li tolqtok hawn hija illi l-imhadda fejn tistrieh ras il-mejjet, sewwa f'dan il-qabar kemm ukoll f'ohrajn kollha ta' din ix-xaqliba, hija dejjem qeghda fuq in-naha tal-lbic tal-qabar, u hekk il-mejjet kien dejjem imqieghed wiccu jhares lejn it-tlugh tax-xemx.
Jekk nitilqu lil dawn il-hames oqbra u nibqghu mixjin dawra ta' hames minuti 'I fuq ma qiegh il-Wied niltaqghu (p.35) mas-sitt qabar ta' gewwa il-Wied. Dan jidher mill-boghod, billi qieghed f'kantuniera gholja xi 17-il pied li qeghda thares fit-tramuntana. Dan il-qabar qisu l-ewwel wiehed li tkellimna minnu fil-Wied ghax bhalu minghajr spiera u tidhol minn bieb kbir li fih 4 ½ piedi gholi u fuq it-3 piedi wisa'. Minn gewwa imbaghad, huwa mhaffer qisu ghar fit-tond li jibda mill-istess dahla u jusiegh iktar fuq gewwa. Il-medda tal-qieghda fiha tul ta' 6 piedi u l-wisa' fuq gewwa 5 ½ piedi.
F'ghalqa n-naha l-ohra ta' l-lsperanza, li qeghda dritt l-ewwel qabar li tkellimna minnu ta' gewwa l-Wied, tidher bhal rokna tal-blat tal-franka thares f'nofsinhar, fejn sibna qabar iehor. Quddiem id-dahla hemm bhal wesgha zghira, fejn jidhru mibnijin zewg filati ta' hagar imfarfar.
Wara li sar it-tahmil, insibu qabar il-gmiel tieghu. Ma Itqajniex ma' ghadam jew fuhhar il-ghaliex xi darba kienu zarmawh imma l-qtugh tieghu jaghmlu wiehed mill-iktar oqbra maghmulin bis-sengha li qatt rajna. Me hemmx spiera xejn, u mill-ewwel tidher id-dahla fuq 2½ piedi gholi u 2 piedi wisa'. Hekk kif jispicca dan il-bieb zghir, fuq gewwa tinzel trinka fonda maqtugha minn tul il-qabar. In-naha l-ohra tat-trinka hemm is-sodda ghal mejjet, li ghandha l-ghamla ta' bajda, bin-naha l-wiesgha qieghda fuq il-punent, fejn hemm maqtugha l-imhadda. It-tul tas-sodda jgib 5¼ piedi u l-wisa' tan-nofs 3 piedi. Issa sabiex il-mejjet ma jitgerbibx fit-trinka b'xi ilma li jista jidhol, it-tarf tas-sodda li jmiss mat-trinka ghandu mieghu kollu bhal hanek ta' xi 3 pulzieri gholi u daqshekk iehor hxuna. Imma l-imghallem li haffer il-qabar l-anqas mill-banda l-ohra ma riedx ihalli l-mejjet imghaddas f'dak li jiskula minnu wara d-difna. Ghalhekk (u din hi haga li qatt s'issa ma Itqajna maghna) f'nofs dak il-hanek li ghedna hemm maqtugha toqba tonda biex minnha jghaddi l-ilma kollu u jibqa' niezel fit-trinka. Minn 3 piedi oghla mis-sodda niezel is-saqaf maghmul qurriegha.
(p.36) Nohorgu minn hawn u naqbdu t-triq ta' San Guzepp "tat-Targa". Qabel ma nilwu ghat-telgha z-zghira fuq il-wied hemm ghalqa b' razzett zghir ighidulha ''ta Mastr' Ang''. Hawn ma ilux kienu jidhru zewg oqbra ohra. Wiehed minnhom Mastr' Ang (il-bennej tar-Rotunda tal-Mosta) kien kabbru biex ghamlu bir u l-iehor ghada tidher biss il-qatgha ta' l-ispiera tieghu b'zewg bibien mal-genb ghax mimli bil-hamrija fejn minnha tiela' tuta sabieha.
F'nofs it-triq ta' bejn il-pont u dik ta' San Guzepp “tat-Targa” hemm xaghra ighidulha "tal-Qares", fejn jidhru zewg oqbra ohra, il-boghod ftit minn xulxin, u t-tnejn nofshom mimlijin bil-hagar. Dawn iz-zewg oqbra u t-tnejn ta' qabilhom kollha mhaffrin fil-qawwi u mill-qatgha kwadra tal-bitha taghhom jidhru li ma humiex mill-qodma ta' dan il-gens.
Issa mmorru fejn il-bidu ta' l-isqaq li hemm fuq il-lemin tal-Fortizza. Hawn, qabel ma naqbdu r-rampa, il-kittieb fis-7 ta' Awwissu 1928 sab qabar li, ghad li huwa mill-imwahhrin ta' dan iz-zmien li qeghdin nitkellmu minnu, ma ghandniex bhala fil-Mosta kollha, u ftit hawn fil-Gzejjer taghna. Dan ghamla ohra mill-ohrajn Ii semmejna, ghax maqtugh bhal fossa. Jibda b'hofra tonda ta' 2½ piedi dijametru, wara li jinzel dritt ghal 9 pulzieri, il-bokka tidjieq u thalli ftit anqas minn 2 piedi dijametru mnejn tinzel ghal isfel. Wara li jispicca dan it-tieni cirku, il-qabar jibqa' niezel l-isfel ghamla ta' langasa. L-ewwel jinzel bhal qanpiena u mbaghad maqtugh f'tond ta' dijametru ta' 64 piedi, u fl-ahhar jispicca b'qiegh ta' 6 piedi. Il-fond tieghu mill-wicc sal-qiegh huwa 7 piedi. Ma kienx fih hag'ohra hlief kull hagra daqshiex u hafna trab, ghaliex min jaf kemm ilhom li fethuh u hadu kull ma kien fih. Imma l-flus tat-tahmil tieghu ma kenux ghalxejn, ghaliex sibna qabar sabih kemm jista jkun.
Biex inkomplu d-dawra, minn hawn immorru ghal qisu mnejn bdejna ghax irridu naslu f'nofs it-triq li mill-Pont tiehu (p.37) ghax-xaghra ta' Wied Filip. Ahna u telghin it-telgha naraw il-hajt tat-triq ta' fuq ix-xellug jibda joghla minn wicc il-blat. Meta joghla daqs sular insibu tahtu qabar iehor, li qieghed fuq dak ix-xifer tal-hajt tal-qawwi tan-naha ta' nofsinhar tal-wied. Dan il-qabar ma ghandux spiera, imma mill-ewwel jidher il-bieb ihares fil-majestral u ghandu quddiemu wesgha sabiha li aktarx maghmulha apposta. Tidhol mill-bieb kwadru ta' 2½ piedi minn kull naha, u ssib ruhek f'qabar il-gmiel tieghu. Fih 5½ piedi tul u daqshekk wisa', u jurina li huwa tat-tielet tifsila. Il-hitan tieghu dritti; u s-saqaf lixx mhux ghola minn 3½ piedi. Il-qiegh maqsum f'zewg bicciet; il-bicca tan-naha tal-bieb, u l-bicca tan-naha ta' gewwa, li hija nofs pied oghla. L-ewwel bicca hija strixxa ta' 2½ piedi wisa' u li ma sservix ghal hag'ohra hlief bhal trinka baxxa, it-tieni bicca hija s-sodda tal-mejjet li ma tulha kollu ghandha hanek biex il-mejjet ma jizzerzaqx ghall-bicca l-ohra iktar baxxa. Dan il-qabar tassew li fih x'tara; u jkun dnub jekk xi hadd imur imiss monumenti hekk qodma u sbieh u li ma taghmilhomx bil-flus.
Ma nistghux inghidu kemm instabu oqbra ohra bhal dawn u li ma tawx kas taghhom, bhal dak li kienu sabu huma u jaqtghu l-gebel f'ghalqa ta' wara l-knisja tal-Visitazzjoni "ta Wejda," u iehor bejn it-Torri tal-Kombu u l-Kuncizzjoni.
Haga wahda jghallmuna u hija bhalma ga ghedna il-gibda li hafna bnedmin ta' fuq din il-Gzira ta' Malta kellhom ghal dan id-distrett tal-Mosta.
Cimiterji Punici
Fil-Busbesija, fir-raba' tan-naha l-ohra tat-triq ftit 'il fuq mil-Knisja zghira ta' Santa Marija "taz-Zejfi", jinsabu tlett hotbiet tal-blat imzerzqin faccata tax-xlokk li jidhru merfughin mir-raba ta' madwarhom minn din ix-xaqliba kollha. Ighidulhom "taz-Zejfi", "l-Imghanxaq" u l-"Hotba tal-Modd". Dawn laqtuna mill-boghod u meta morna fuqhom iltqajna ma hafna oqbra qodma (l-iktar fuq l-ewwel zewg (p.38) hotbiet li semmejna). L-oqbra huma kollha miftuhin u hafna minnhom imlewhom bil-hamrija u hawluhom bid-dwieli u bis-sigar.
Minn dak li stajna naqbdu dawn l-oqbra ma humiex kollha ta' tifsila wahda. Issib li dawk il-hotbiet damu zmenijiet twal iservu biex fihom ihaffru l-oqbra u hemm jidfnu dawk li kienu joqoghdu f'dawk l-inhawi. Dawk il-Fenici u Kartaginizi ta' hawn ma setghux isibu post ghal cimiterju isbah u ahjar minn dawn it-tlett hotbiet, li n-Natura donnha refghethom ghal xi haga hekk.
Haga li tolqot f'din il-bicca fuq il-punent tal-Mosta huma l-kotra ta' bcejjec ta' caqquf Puniku li tiltaqa' mieghu mxerred mal-eghlieqi kollha. Dan juri bic-car illi l-ghadd ta' nies li kienu jghammru f'din il-bicca ma kienx zghir, u li matul l-elf sena ta' qabel Kristu din ix-xaqliba kellha dehra ohra milli ghandha llum.
Riferenzi
- Annual Report on the Working of the Museum, 1924-25.
- Dak il-ghadam plejstoceniku li semmejna qabel iltqajna wkoll mieghu gewwa dan il-qabar.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, (3), 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15
- Zieda: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII