The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IT-TLETTAX-IL TAQSIMA

IR-ROTUNDA - II


Deskrizzjoni


(p.176) Filwaqt li l-ghamla rettangolari niltaqghu maghha f'hafna tempji u edificci tal-Griegi qodma, l-ghamla tonda hija kollha kemm hi Romana, ghad li fl-antik izjed kien hemm ukoll xi ftit edificci tondi. It-tempji tondi li kellhom ir-Rumani kienu dawn: It-tempju ta' Vesta f'Tivoli, li d-dijametru tieghu ma kienx aktar min 21 pied; it-tempju aktar celebri ta' Vesta fil-forum ta' Ruma, li kellu dijametru ta' 50 pied; tempju iehor fil-Forum Boarium dedikat lil Mater Matuta; tempju ta' Giove, li ghad li minn barra kien ottagonali, minn gewwa kien tond (dan kien fil-palazz ta' l-Imperatur Dijoklezjanu fi Spalato); tempju ta' Ruma u Awgustu fuq l-Akropoli gewwa Ateni, li kellu dijametru ta' 23 pied; tempju ta' Venere li r-Rumani kienu bnew f'Baalbek, belt qadima fis-Sirja.


Imma l-ikbar u l-isbah tempju tond li waqqfu dawk ic-civilizzaturi kbar tad-dinja kien il-Pantheon f'Ruma. Billi kif ga rajna dik il-famuza Rotunda qadima kienet il-mudell li ghazel Grognet, ikollna nitkellmu fuqha fit-tul iktar ‘il quddiem.


Dawn kienu kollha tempji pagani, imqaddsa lill-allat foloz. Meta mbaghad bdiet tixtered ir-Religjon Nisranija, u l-Insara riedu jwaqqfu knejjes taghhom, insibu li ghall-ewwel sekli l-knejjes ta' ghamla tonda kont tarahom daqs dawk ta' ghamla ohra, l-iktar in-naha ta' fuq ta' l-Ewropa, il-ghaliex in-nies tal-pajjizi t'isfel tal-Ewropa, billi kienu izjed ghanjin, bdew jibnu l-knejjes taghhom taht l-ghamla ta' baziliki kbar u iktar imzejnin.


Fi Skandinavja ghad fadal imwaqqfin xi ftit minn dawk il-knejjes tondi; fil-Germanja hemm ukoll ohrajn bhal dik ta' Aix La Chapelle, ta' Nimeguen, ta' Fulda u ohrajn. Fl-Italja niltaqghu ma zewg knejjes Bizantini ta' din il-ghamla, bhal (p.177) dik ta' San Vital f'Ravenna, id-Duomo Vecchio ta' Santa Gulja fi Brescia, San Tumas gewwa Limine u ohrajn.


Minn dawn it-tempji ta' ghamla ta' cirku li semmejna ma hemm l-ebda wiehed li ghandu d-dijametru ta' barra jlahhaq ma dak tar-Rotunda tal-Mosta, barra minn wiehed biss, li huwa l-Pantheon. Dawk li bnew ir-Rumani kemm ukoll il-gnus ta' warajhom kienu kollha zghar, u bicciet minnhom ma kienux iktar minn kappelli mfarfrin.


Mela wara li semmejna t-tempji li r-Rotunda tal-Mosta lilhom tixbah fl-ghamla, nibdew id-deskrizzjoni taghha.


Minn barra


Ir-Rotunda minn barra Ritratt tar-Rotunda minn barra

Ic-cirkumferenza ta' barra tar-Rotunda hija maqtugha minn zewg nahiet, bil-faccata ta' quddiem li qeghda thares f'nofsinhar u l-faccata ta' wara thares fit-tramuntana. Id-dijametru tac-cirkumferenza ta' barra huwa 180 pied, u t-tul mit-tarf tal-faccata ta' barra dritt ghal dik ta' wara huwa 244 pied.


Minn fuq zokklatura (li n-naha ta' wara, tghola 11-il pied il fuq mit-triq) jitilghu dawramejt pilastri ta' 39 pied gholi; u fuq dawn arkitrav, friz u gwarnica jispiccaw l-ewwel ordni li jghola 51¾ pied miz-zokklatura ta' taht il-pilastri. Meta wiehed jiftakar it-toqol kbir tal-hagar u t-tfigh li koppla bhal dik titfa l-barra, ma jistaghgibx meta nghidulu li l-hxuna tal hitan tal-bazi huwa 27½ pied – fond bizzejjed biex jittiehed ghal mezzanini bhal bicciet minn dawk li qeghdin jinbnew illum1.


Il-fuq minn l-ewwel gwarnicun tiela t-tieni ordni, jew it-tambur li joghla 47 pied il-fuq mill-ewwel ordni. Dan it-tambur fih imqattghajn mad-dawra sittax il-tieqa tal-ghamla ta' bibien kbar bil-hnejja. Il-hxuna tal-hajt fejn hemm dawn it-twieqi hija 23½ pied li jurina kemm hu ohxon it-tambur. Imbaghad fuq it-twieqi li semmejna iduru palmetti, li huma ornament helu grieg.


Il-fuq minn dan l-ornament ghaddej il-gwarnicun ta' fuq u l-gewwa minnu jitla attiku ta' 9⅓ piedi li minnu tibda (p.178) taghlaq il-koppla kif tidher minn barra. Il-bicca t'isfel ta' l-iskutella hija maghmula bhal ghaxar targiet li jickienu iktar ma jitilghu il-fuq; imbaghad il-bicca tal-quccata tkompli taghlaq fil-lixx sal-bazi ta' l-anterna. Sa hawn wasalna 161 il-pied gholi minn fuq iz-zokklatura t'isfel.


Minn hawn tibda tiela l-anterna li maghmula minn gwarnica sabiha u minn fuq dijametru ta' 23½ pied titla bazi tond li minnu jibdew l-pilastri mimdudin li jzommu fuqhom il-kuruna. Bejn dawn il-pilastri hemm tmien twieqi kbar li jaghtu d-dawl ghal gewwa. Il-kuruna tispicca fit-tond fejn imbaghad tehel balla tal-bronz li fiha cirkumferenza ta' 8¾ piedi u 5 piedi gholi, b'dak li ghadna mqabbad mal hagar ta' tahta. Il-gholi tal-anterna, minn wicc il-gwarnica fejn tpoggi l-gallarija sal-quccata taghha huwa 24 pied.


Ghalhekk l-gholi tar-Rotunda mill-balla sal bazi (li huwa ncim il-qiegha) tal-knisja huwa 185 pied u mill-balla sa wicc il-qiegha tal-kannierja 196 pied.


Jekk imbaghad niehdu l-gholi kollu tal-fabbrika minn fuq il-pedamenti, insibu li toghla izjed minn 200 pied.


Il-faccata, li tfakkarna f'dik tat-tempju ta' Djana f'Efeso, fiha wisa ta' 122 il pied, gholi mill-quccata taht is-salib fih 63 pied (barra minn 3½ piedi ohra tal-antifissa) u t-truf tal-gnub taghha jisporgu 42 pied il-barra minn fejn tmiss mat-tondjatura tal-knisja.


Sitt kolonni junici ta' 39 pied gholi, u erba pilastri (tnejn kull naha) jaghmlu l-medda tal-faccata u l-portiku jiehu l-wisa bejn il-kolonni u l-pilastri tal-gnub. Fuq il-kapitelli junici ghaddejja trabeazzjoni li iddur mal-knisja kollha. Din dritt il-pilastri, tinfetah f'bictejn biex taghlaq il-frontispizju li huwa imzejjen bl-antifissi. L-antifissa hija wkoll ornament grieg u niltaqghu maghha f'hafna knejjes maghrufin li kellhom dawk l-imghallmin kbar ta' l-arti klassika.


Il-portiku li fih daqqa t'ghajn sabiha, igib 82 ½ pied tul; u mit-tarf ta' l-ewwel targa sal-hajt ta' gewwa fih 21¾ pied. Is-saqaf huwa nofs tond u qieghed jistrieh fuq il-kolonni ta' (p.179) barra u ohrajn mal-hajt ta' gewwa, li jhallu wisa ta' 7½ piedi bejniethom. Fil-faccata ta' taht il-portiku jidhru mqassmin tliet bibien, gallerija, twieqi, nicec u kwadretti.


Minn fuq il-pilastri tal-gnub jibdew tilghin il-kampnari li huma mqassmin f'pedestallata kwadra, imbaghad ordni juniku ta' fejn jidhru l-qniepen, il-fruntuni u fuqhom titla' bhal tromba cilindrika li tispicca b'ornament u balla. Kull wahda mill-erba faccati tal-kampnari fiha 18¾ pied wisa, u l-quccata ta' kull kampnar toghla 65 pied il-fuq mill-gwarnicun ta' l-ewwel ordni, jew fi kliem iehor 116¾ il-pied minn wicc il-qiegha tal-portiku.


L-isfel mit-tliet targiet tal-portiku jibda z-zuntier li l-qisien tieghu ma jaghmlux ghajb lit-tempju kbir li quddiemu jinfirex. Fl-1928, iz-zuntier il-qadim gie imgedded fuq id-disinn ta' Grognet, imma billli ma satax ikun li jibnuh fuq id-daqs tal qisien li halla dak l-arkitett, kellhom jirrangawh kif jidher illum. It-tarf tieghu ta' quddiem tlahhaq 96 pied il-barra mill-pjan tal-portiku, u minn genb ghall-iehor fih tul ta' 136 pied. Ghandu tliet turgien, wiehed tal-faccata u t-tnejn tal-gnub, mill-bqija huwa mdawwar b'ripar gholi tal-hagar u l-hadid fuq disinn li fih hafna xoghol.


Il-bicca rettangulari ta' wara l-knisja tohrog il-barra 66¼ pied mit-tondjatura tal-gnub, u l-faccata fiha 117 il pied wisa. Din hija mzejna bil-pilastri li bejniethom jidhru hafna twieqi li jaghtu d-dawl lis-sagristijiet u l-kmamar ta' bejniethom.


Minn gewwa


Ir-Rotunda tal-Mosta minn gewwa Parti mill-knisja minn gewwa, li juri l-kobor u l-gmiel tal-Kappelluni.

Jekk ir-Rotunda ghandha dehra ta' kobor u ta' qawwa minn barra, minn gewwa turik hlewwa liema bhalha; u hafna edificci daqsha kif ukoll ikbar minnha ma jaslux biex jatuk dak il-ferh f'daqqa. Il-knejjes tal-ghamla ta' salib latin, kemm ukoll dawk ta' salib grieg, wiehed irid jarahom bicca bicca, filwaqt li fir-Rotunda tista jitpaxxa bl-arti kollha minn post wiehed. Imma nhallu lil min jaqra jhoss ghalih dak li ghandha tghidlu l-arti u l-kobor ta' dan it-temp-ju u naqbdu biex natuh l-intietef ta' gewwa.


(p.180) Hawn l-art hija ta' ghamla ta' disk kbir u madwaru tmin wesghat – sitt kappelluni (tlieta kull naha) il-kor u l-wesgha ta' hdejn il-bieb il-kbir. Id-dijametru tal-qiegha, mill-Kappelluni l-barra, hu ta' 126 pied. Kull kappellun fih 30 pied wisa fuq barra u wara l-artali jidjieq sa ma jasal 12¾ il piedi. Il-fond mid-dawra tac-cirkumferenza sa wara l-artal igib 21 pied, filwaqt li t-tul tal-kor fih 41½ pied. Fil-pilastri ta' bejn il-kappelli minn bazi ta' kolonna ghall-ohra hemm wisa ta' 20¾ pied. It-tul tal knisja minn gewwa, jew biex niftehmu ahjar mill-bieb il-kbir sa wara l-artal tal-kor huwa 192 pied.


Dawk huma mmela l-qisien minn mnejn tibda tiela l-knisja fuq gewwa. Grognet ghazel ordni ohra tal-arkitettura ghal gewwa, ghaliex filwaqt li fuq barra t-tempju huwa, bhal ma rajna, fuq stil juniku, minn gewwa huwa kollu fuq il-korint. Minn fuq bazi ta' 2⅓ piedi jitilghu sittax il-kolonna ta' 25 pied gholi li jidhru madwar ic-cirkumferenza, u sittax ohra l-gewwa minnhom fid-dahliet tal-kappelluni; filwaqt li l-kor flok tnejn jiehdu tmienja ohra. Il-fond bejn dawn il-kolonni, huwa mzejjen b'bibien u kwadretti. Ma l-istess gholi tal-kapitelli jdur mal-knisja kollha, dak l-ornament li rajna taht il-gwarnicun ta' barra. Il-fuq mill-arkitrav jibdew it-tmien arkati tal-arzelli tal-kappelluni. Dawn l-arzelli huma skolpiti bi kwadretti u ruzetti go fihom filwaqt illi l-lunetti ta' bejn l-arkati fuq barra u l-arzella tal kor huwa kollha ppitturati. Il-fuq mill-arkati jdur il-gwarnicun tal-gallarija li jahbat 61 pied oghla mill-qiegha.


Hawn issa jduru dawk is-sittax il-tieqa li jidhru fit-tambur minn barra. Fuq it-twieqi jaqbad l-arkitrav u fil-friz ta' fuqu tidher din il-kitba: MARIA VIRGO ASSUMPTA EST AD AETHEREUM THALAMUM IN QUO REX REGUM STELLATO SEDET SOLIO; li bil-malti tfisser: "Marija Vergni mtellgha fil-Glorja tas-Sema fejn ir-Re tar-Rejiet qieghed fuq it-Tron kollu kwiekeb." Gwarnicun wiesa jkompli t-tieni ordni li jwassal 30½ pied minn fuq l-ordni ta' tahtu.


Sew sew minn fuq dan il-gwarnicun tibda tiela l-koppla (p.182) li d-dijametru taghha f'din il-bicca t'isfel huwa 118-il pied. Hawn il-hxuna tal-hajt tal-koppla jwassal it-18 il pied; imma iktar ma joghla ‘l fuq iktar il-hxuna tonqos. Biex nuru l-hxuna u t-toqol ta' din il-koppla huwa bizzejjed inghidu illi fin-nofs tat-tondjatura taghha nsibu fil-hajt tmien kmamar zghar li kull wahda ggib fuq 12 il pied tul, u ftit anqas minn 5 piedi wisa u daqshekk iehor gholi. Il-koppla taghqad fi gwarnica tonda li thalli dawl ta' 13⅓ pied dijametru. Il-gholi dritt tal-koppla minn fuq il-gwarnicun ta' tahtha sa taht il-gwarnica fejn jaghlaq huwa 64½ pied u l fuq minn hawn tibqa ddur il-gwarnica taghha li fiha gholi ta' 5 piedi ohra. Ghalhekk l-gholi tal-koppla bil-gwarnica b'kollox huwa 69½ pied.


Il-koppla tar-Rotunda minn gewwa Id-disinn semplici izda grandjuz tal-koppla li, biex jinhazz biss, jitlob sengha kbira

Grognet, bhall-arkitett tal-Pantheon, haseb li jzejjen il-koppla minn gewwa bi skultura ta' kwadretti li jickienu iktar meta jitilghu l fuq; imma d-disinn li ghazel ghandu iktar minn dak li kien hemm fl-arzella tat-tempju qadim ta' Venere, li kien mibni hdejn il-Kolossew ta' Ruma.


Id-dijametru t'isfel tal-anterna minn gewwa jilhaq fuq is-16-il pied (jew 3 piedi usa mill-koppletti li hemm kif tidhol mill-bibien tal-gnub ta' taht il-portiku) u fil-quccata d-dijametru jickien in-nofs. Il-gholi taghha minnn gewwa fih 19-il pied.


Il-gholi tal-knisja kollha minn gewwa, mehud mis-saqaf ta' l-anterna sa fuq ir-ruzun ta' rham fil-qiegha, igib sewwa 180 pied.


Il-knisja hija mdawla tajjeb minn gewwa, l-ghaliex barra mis-sittax il-tieqa ta' bejn il-gwarnicuni, u dawk ta' l-anterna, ghandha tieqa ohra f'kull kappella, filwaqt li l-kor huwa mdawwal minn anterna kbira gmiela.


Ma rridux kieku ndejqu lill-qarrej bl-intietef kollha ta' dan it-tempju, imma xi bicciet ohra ma nixtiequx kieku nhalluhom barra. Ghalhekk jekk nergghu mmorru minn mnejn dhalna naraw fuq il-bieb il-kbir minn gewwa din il-kitba: ET TIBI TOT DOTES VIRGO QUOT SIDERA COELI; li ssarraf: "U lilek, o Vergni, gew moghtija tant virtu daqs kemm hemm kwiekeb (p.184) fis-sema," il-fuq izjed minnha din il-kitba; CANTATE DOMINO IN CYMBALIS BENE SONANTIBUS, li ssarraf: "Kantaw lill-Mulej b'istrumenti li jdoqqu tajjeb". Hawn immela gie mqieghed l-orgni l-kbir tal-knisja.


Kif tidhol mill-bibien ta' barra tal-gnub issib ruhek gewwa koppletta ta' 13¼ pied dijametru u 26 pied gholi kull wahda. Dawn il-koppletti jnehhu d-dwejjaq ta' kuritur twil li kieku kien ikun hemm sa ma tasal fil-knisja, kif ukoll maghmulin biex minnhom johorgu tliet kurituri, tnejn ghal gewwa il-knisja u l-iehor ghall-kampnar.


Il-Presbiterju tar-Rotunda Il-Presbiterju tar-Rotunda

Il-presbiterju tar-rham quddiem l-altar maggur fih bicca xoghol sabiha tassew. Ghandu disinn l-iktar helu u minn gewwa l-kancell ihalli tul ta' 62 pied, u l-ikbar wisa jgib ftit fuq l-24 pied. Il-gholi tieghu huwa sew sew daqs il-bazi tal-kolonni, jew fi kliem iehor 2⅓ pied, u l-kancell jintlahaq b'hames targiet wisghin u baxxi.


Artal kbir tar-rham jaghzel il-presbiterju mill-kor ta' warajh. Mal-gnub tal-kor iduru zewg saffi sageg fejn jistghu joqghodu bil-qeghda 46 wiehed. Fir-rkejjen il-fuq mid-dahar tas-sageg jidhru zewg artali li huma mahsubin biex fihom joqghod orgni jew orkestra ghal meta ma jkollhomx bzonn idoqqu l-orgni l-kbir ta' fuq il-bieb maggur.


Il-knisja kollha, bil-kappelluni, presbiterju u l-kor (imma taqta barra il-bicciet fejn jinfirxu l-artali u t-tarag tal-presbiterju) tasa' 3,000 ruh kulhadd bil-qedgha (b'hames piedi kwadri ghal kull bniedem), jew mal-10,000 ruh bil-wieqfa.


Issa wara li rajna l-knisja minn gewwa nidhlu ghas-sagristijiet kbar u arjuzi li hemm kull naha tal-kor u li fihom kull wahda 40½ pied tul u 24 pied wisa. Bejn is-sagristijiet hemm ghadd ta' kmamar, mahsubin ghall-qassisin li jkunu ghas-servizz tal-knisja u ghal hafna htigijiet ohra.


Lanqas ma nesa Grognet jahseb ghall-bibien minn mnejn il-qassisin jistghu jidhlu u johorgu minghajr ma joqoghdu ta' kull darba jifirdu l-knisja. Mis-sagristija ta' fuq (p.185) ix-xellug jinzel tarag ghall-kannierja li tinfirex taht bicca mill-knisja u li sservi ghad-dfin tal-mejtin.


Il-Pjanta


F'deskrizjoni li nkitbet meta l-knisja kienet ghadha tinbena, niltaqghu ma dan li gej:-

"Jisghobbina (qal il-kittieb) illi l-pjanta ta' Grognet sejra tinbidel fuq dak li huma t-twieqi tat-tambur. Imhabba fil-hxuna tal-hitan huwa jrid illi jkun hemm sittax il-tieqa; imma minn jikkmanda jrid mod iehor, u sejjer ikun hemm biss tmienja. L-iskuza kollha ta' dan, huwa l-biza illi l-hitan ma jkunux kapaci jifilhu l-koppla, jekk idahhlu fihom sittax il-tieqa2."


Imma f'din il-haga lil Grognet ma kien jista jindahallu hadd u kif kulhadd jista jara, fit-tambur hemm is-sittax il-tieqa li ried hu.


Il-qisien tar-Rotunda huma wkoll dawk li hemm fuq il-pjanta u ftit hemm fejn ma jaqblux xi ftit. Wahda minn dawn fejn il-qies ma jaqbilx sewwa mal-pjanta hija dik ta' l-gholi minn gewwa. Minn fuq il-pjanta l-gholi mill-qiegha sas-saqaf ta' l-anterna huwa ta' 167 pied (153 pied mill-gwarnica ta' taht l-anterna u 14 il pied il-gholi ta' gewwa ta' l-anterna). Imma l-knisja hija oghla minn dan il-ghaliex bhalma rajna l-gholi ta' gewwa fih 180 pied. Il-koppla li hemm illum oghla 8 piedi iktar minn dik tal-pjanta; u l-anterna 5 piedi ohra li b'kollox jilhqu 13-il pied oghla minn dik tal-pjanta.


Fuq l-anterna minn barra Grognet qieghed anglu 13 il pied gholi, li wieqaf fuq il-balla qieghed izomm kuruna f'idu leminija mahruga l-barra. Dan l-anglu kellu jigi 10 piedi ghola mis-saqaf ta' l-anterna, ghalhekk il-quccata ta' rasu kellha tkun 190 pied minn wicc il-qiegha tal-knisja u 200 pied minn wicc it-triq (wara l-kappellun ta' San Pawl).


Fil-pjazza quddiem il-knisja ddisinja zewg ghajjun itajru l-ilma u f'nofshom musulew b'salib li jwassal il-gholi ta' 86 pied; jew biex nifthemu ahjar, sal-gallarija ta' taht il-qniepen tal-kampnar. Dawn l-ornamenti baqghu ma sarux.


Xebh


(p.186) Ix-xebh tar-Rotunda jista jsir biss ma dawk li ghandhom il-pjanta bhal taghha. Ghalhekk f'din il-lista li gejja hallejna barra knejjes bhalma huma l-katidral ta' Kolon, Notre Dame ta' Parigi, il-Katidral ta' Milan u ohrajn, li ghalkemm huma mill-kbar li gew imwaqqfin, ma ghandhomx x'jaqsmu mal-ghamla tar-Rotunda.


Tempju Dijametru tal-koppla minn gewwa Gholi minn barra Gholi minn gewwa
Il Pantheon (Ruma) 142 pied1 147 pied2 140 pied1
San Pietru (Ruma) 137 ¾ pied3 434 ⅔ pied3 404 ¾ pied3
S.Maria dei Fiori (Firenze) 136 pied4 375 pied4 332 pied4
Rotunda (Mosta) 118 pied 196 pied 180 pied
San Pawl (Londra) 108 pied5 365 pied5 225 pied6
Santa Sofija (Kostantinopli) 107 pied7 184 pied8 180 pied9

Sorsi

  1. W. J. Anderson, The Architecture of Greece and Rome, p. 200.
  2. J. Ferguson, History of Architecture, Vol. II, p. 311.
  3. Catholic Encyclopedia, Vol. XIII, p. 371.
  4. J. Ferguson, History of Architecture, Vol. II, p. 335.
  5. T. F. Bumpus, The Cathedrals of England and Wales, pp. 90, 91.
  6. G. T. Rivoira, Architettura Romana, p. 354.
  7. Sir T. G. Jackson, Architecture, p. 245.
  8. J. Ferguson, History of Architecture, Vol. II, p. 447.
  9. Sir T. G. Jackson, Architecture, p. 38.

Il-qisien li ghandna nxebbhu huma dawk li jaghtuna d-dijametru tal-koppla, il-ghaliex jekk inxebbhu l-gholi nkunu (p.187) qeghdin inxebbhu lir-Rotunda ma knejjes ta' ghamla ohra. Bhallikieku l-gholi ta' barra jew ta' gewwwa ta' knisja li, bhar-Rotunda, tiela fuq pjan ghamla ta' cirku qatt ma jista jlahhaq ma dawk il-koppli li jaghlqu l-knejjes ta' ghamla ta' salib, bhalma huma San Pietru, San Pawl, Santa Marija; jew ta' ghamla kwadra bhalma hi dik ta' Santa Sofija. Knejjes bhal dawn jistghu jkunu jlahhqu l-gholi tar-Rotunda sa ma jaslu fil-frontispizju. Ghalhekk, irridu u ma rridux, ikollna nxebbhu lir-Rotunda mal-Pantheon, il-ghaliex dawn biss huma ta' gens wiehed.


Imma qabel naqbdu l-Pantheon halli nxebbhu ftit il-gholi tar-Rotunda ma xi ftit postijiet maghrufa fil-gzira taghna. Ghalhekk minn irid ikollu hjiel ta' l-gholi tal-knisja tal-Mosta mill-gwarnicun ta' fuq ta' barra sat-triq, ma ghandux hag'ohra x'jaghmel hlief li jittawwal minn fuq il-Pont tal-Mosta (Misrah Ghonoq) ghall-qiegh il-Wied, li huma qishom gholi wiehed. Imbaghad min irid jimxi gholja li twasslu f'gholi ncim l-quccata ta' l-anterna jrid jitla sa Har Gharghur u jasal fi Strada San Giovanni. Minn hemm wiehed jista jghid illi meta xi Mostin jitilghu fuq il-quccata tat-Torri Babel taghhom huwa jifdallu l-vantagg li jilhaq ftit pied ohra sal-pjazza tal-knisja ta' San Bert. Jekk imbaghad dawk ta' l-ibliet ikunu jixtiequ jafu fejn ghandhom imorru qrib biex jilhqu l-gholi tar-Rotunda nghidulhom illi mhux bizzejjed illi jittawlu mill-hadid tal-Barrakka ta' fuq (Valletta) ghal l-istazzjon t'isfel tal-lift, ghaliex il-pont tal-Lift mhux gholi hlief 167½ pied. Il-balla tar-Rotunda twassal il-gholi tal-quccata tat-tinda ta' fejn hemm il-magna tal-Lift – gholi ta' 197 pied. Minn jixtieq jitla sal-gallarija ta' l-anterna jrid ikun lest li jitla 213 il targa minn gewwa l-knisja, jew 223 b'dawk taz-zuntier. Issa mmorru ghalli konna sejrin inghidu.


Il-Pantheon ta' Ruma minn barra Il-Pantheon ta' Ruma kif jidher minn barra

Il-Pantheon ta' Ruma, mahsub mill-Imperatur Adrijanu u mibni minn Dekrijanu, gie mwaqqaf bejn is-sena 120 u 124 W.K. dak it-tempju, mibni ghall-eternita, kien u ghadu l-ghageb ta' kull minn jarah u minn zmien Lio Cassio u Ammiano Marcellino sal-lum huwa mizmum bhala wiehed (p.188) mill-ghegubijiet ta' Ruma, u li minnu tghallmu ruxxmata ta' arkitetti l-iktar fis-seklu XV u XVI.


Qieghed mibni fuq hajt tond ta' 20 pied hxuna u d-dijametru ta' barra fih 182 pied, jew zewg piedi itwal minn dak tar-Rotunda tal-Mosta. Minn hawn naraw illi filwaqt li l-hxuna tal-hitan tar-Rotunda hija mill-hamsa wahda tad-dijametru taghha, dik tal-Pantheon hija s-sebgha wahda mid-dijametru tieghu. Minn fuq it-tambur tibda tiela l-koppla, li bhal dik tar-Rotunda ghandha l-bicca t'isfel imtarrga.


Fil-faccata ghandu portiku korint, li kif jahsbu gie mizjud wara, u li ma kellu x'jaqsam xejn mad-disinn tat-tempju. Dan il-portiku fih faccata ta' 101 pied tul u fin-nofs jilhaq 59 pied fond. Qieghed imtella fuq tmien kolonni fil-faccata u tliet kolonni fond.


Il-Pantheon ta' Ruma minn gewwa Il-Pantheon ta' Ruma minn gewwa

Minn gewwa l-Pantheon ghandu biss ordni wahda, li hija stil korint. Fuq dan l-ordni li fih gholi ta' 42½ pied jitla attiku ta' 28½ pied u minn fuq l-attiku tibda l-koppla.


Minn hawn naraw illi Grognet ha hafna mill-Pantheon, ghad li mbaghad qassam il-proporzjon u d-dettalji kif ghogbu lilu. Bhallikieku filwaqt li l-kolonni u l-pilastri tal-Pantheon jibqghu tilghin u jzommu fuqhom il-gwarnicun ta' taht l-attiku Grognet fettilllu jaghmel il-kolonni jzommu l-arkaturi tal-kappelluni, u l-gwarnicun jistrieh fuq l-arkaturi. Il-Pantheon minn gewwa huwa wkoll imqassam fi tmien wesghat, imma ma jixbhux lil dawk tar-Rotunda fid-disinn taghhom. Ghad li l-attiku ta' gewwa huwa ddisinjat twieqi u kwadretti dan it-tempju famuz ma ghandux dawl iehor hlief dak li jidhol mid-dawra ta' 30 pied dijametru fejn taghlaq il-koppla minn dik il-wesgha jidhlu r-raggi tax-xemx, id-dawl tal-qamar, jew inkella x-xita, skond kif joghgbu t-temp. Grognet xejn ma mexa wara l-arkitett ruman fuq din il-bicca l-ghaliex bhalma konna ghedna, barra mid-dawl ta' l-anterna haseb ghal sittax il-tieqa kbira fit-tambur, tieqa ohra f'kull kappellun u anterna fil-kor; tant li r-Rotunda tistaq tiftahar li hija wahda mill-iktar knejjes imdawlin li hawn.


(p.189) L-gholi u l-wisa tal-Pantheon huwa qies wiehed: Dan ma kienx joghgbu lil Grognet u kien ighid illi f'tempju tond il-gholi ghandu jkun ikbar mill-wisa'3. Ghalhekk il-gholi ta' gewwa tar-Rotunda tal-Mosta huwa darba u nofs daqs il-wisa taghha.


Imma jekk din tixbah lil Pantheon f'hafna hwejjeg, hemm haga li fiha ghal kollox ma taqbilx, dan huwa l-materjal li minnha hija maghmula, il-ghaliex minn fuq sa isfel ir-Rotunda tal-Mosta hija tal-hagra franka; filwaqt li jekk thalli l-kolonni tar-rham tal-portiku, il-Pantheon ghandu l-hitan hoxnin ta' barra kollha tal-madum, li meta gew imnezzghin mir-rham, u pasta, li kellhom, naqas hafna mill-gmiel tieghu. Jerga, l-arkitettura tghallimna li l-hagra naturali hija dejjem iktar sabiha minn dak li huwa artificjali, ghalhekk il-hagra taghna ghamlet ukoll lil materjal tal-koppla tal-knisja tal-Mosta wisq isbah minn dik tal-Pantheon li, haga tal-ghageb, hija maghmula mill-konkrit armat.


Imma ma rridux inhallu l-qarrej jahseb illi ahna qeghdin inqeghdu lir-Rotunda ta' Ruma wara r-Rotunda tal-Mosta. Il-Pantheon huwa hekk sabih, huwa hekk ta' l-ghageb, huwa xempju hekk qadim, maghruf u li gibed fuqu tant kitba ta' tifhir, illi ma jibza minn ebda xebh ma tempji tal-ghamla tieghu.


Hag'ohra. Billi l-Pantheon gie mwaqqaf mill-pagani lill-allat foloz taghhom, nistghu nghidu li r-Rotunda tal-Mosta hija l-ikbar knisja tonda tad-dinja li l-insara qatt waqqfu fuq wicc l-art.


Koppli ohra


Il-katidral ta' San Pawl ta' Londra Il-katidral Anglikan ta' San Pawl ta' Londra

Ga tkellimna mill-koppla tar-Rotunda tal-Mosta u dik tal-Pantheon, u rajna li din ta' l-ahhar hija maghmula mill-konkrit. Issa niehdu dik ta' San Pawl ta' Londra. Il-koppla ta' dan l-katidral ingliz hija, bhal dik ta' Les Invalides ta' Parigi, maghmula minn tliet isqfa. L-Ewwel hemm il-koppla li tidher minn gewwa, mbaghad fuq dik, sew sew mill-bazi (p.190) taghha, jitla' bhal lembut tal-madum ta' 1½ pied hxuna, u joghla ‘l fuq izjed biex fuqu jzomm l-anterna tal-hagar. Dan il-lembut ma jidhirx il-ghaliex minn fuqu mbaghad titla t-tielet koppla li tidher minn barra. Din il-koppla ta' barra maghmula minn qafas ta' njam u mbaghad miksi bic-comb. L-arkitett Sir Christopher Wren kien ghamel dan biex il-koppla minn barra ma jigrilhiex bhal dik ta' San Pietru ta' Ruma, jigifier tinheba wara l-korsija twila u l-faccata wiesa ta' Karlu Moderno. Ghalhekk, b'hegga kbira, gholliha 50 pied iktar minn dik ta' gewwa, li qedgha sewwa fil-qies taghha. Ghal dik li hija daqqa ta' ghajn giet wisq ahjar, imma hafna arkitetti kbar ma tghogobohomx din il-bicca xoghol u qalu li l-koppla ta' barra ta' San Pawl, billi hija ta' l-injam, mhix hag'ohra hlief taparsi koppla. Meta Sir Christopher Wren kien qieghed itella l-pedament ta' dak il-katidral, qal li riedhom ikunu ta' sahha kbira, il-ghaliex kompla jghid: "jiena nibni ghal eternita4;" imma meta mbaghad spicca tempju bhal dak b'koppla ta' barra ta' l-injam seta' jtenni u jghid li huwa bena ghal eternita?


Il-koppla ta' San Pietru u dik ta' Santa Marija dei Fiori huma t-tnejn maghmulin mill-kisja ta' gewwa u dik ta' barra, u bejniethom ftit piedi wisa. Dik ta' Santa Sofija tixbah lil tal-Mosta billi hija maghmula bicca wahda, imma d-dijametru ta' dik ta' Santa Sofija huwa izghar minn dak tar-Rotunda.


Il-Professur Robert Kerr, arkitett u editur tax-xoghol ta' Fergusson ighid illi "ix-xewqa li taghmel xi haga tidher minn barra dak li ma hiex minn gewwa ghandha tkun kollha kemm hi arti hazina fin-natura tal-hwejjeg5." Jekk inhu hekk allura ir-Rotunda tghaddi lil dawk kollha li huma maghmula fi tnejn biex jghatu dehra minn gewwa u ohra min barra; il-ghaliex hija maghmula bicca wahda u mill-hagar naturali li hu, fi kliem il-Professur Kerr, ta' "integrita strutturali."


Ghejdud


Kieku l-Mostin riedu jkollhom knisja li hadd (p.191) ma seta jghid xejn fuqha, setghu hallew dik li kellhom qabel jew inkiella bnew wahda bhal dawk li hawn l-eluf bhalhom fid-dinja; imma meta huma riedu johorgu l-barra minn fejn waslu hafna minn huthom l-ohra, kien ifisser li jridu jkunu lesti ghal ghejdud. Nibdew immela biex naraw x'intqal kontra dan it-tempju. L-ewwel ma niltaqghu huwa ma James Fergusson, (imwieled fis-sena 1808 u miet fl-1886) li kien wiehed mill-akbar irjus tal-arkitettura maghrufin tas-seklu li hareg.


Fl-introduzzjoni ta' wiehed mill-kotba tieghu – History of the Modern Styles of Architecture – dan l-arkitett skocciz kien qieghed juri li filwaqt li nies li jifhmu fl-arkitettura jitkazaw u jitwerewru meta jara xi bicca bini li jkun fiha xi zbalji fil-grammatika ta' l-arkitetettura, il-bicca l-kbira tan-nies l-ohra li ma jkunux jifhmu, jaraw il-genna f'din il-bicca xoghol li jkunu tellghu. Bhala ezempju gieb il-Katidral il-gdid ta' Bologna u qal li din il-knisja twahhax bil-kruha lil dawk kollha li jifhmu, filwaqt li n-nies ta' Bolonja minn ghalihom ghandhom xi haga kbira. Imbaghad qabad lilna u kiteb:

"Il-knisja parrokkjali l-gdida tar-rahal zghir tar-raba tal-Mosta, fil-gzira ta' Malta, hija forsi ezempju iktar fid-deher ta' bini mtellgha bhal dak li semmejna, u sew sew fuq dawk il-fehmiet li kellhom in-nies fiz-zmenijiet tan-Nofs, meta ksew l-Ewropa b'bini sabih: ghad illi dak kollu li sar (bhal dak ta' Bolonja) u l-istil tieghu ma ghandu x'jaqsam xejn ma dak il-bini taz-Zmien tan-Nofs."


Hawn qabad jitkellem mill-istorja tar-Rotunda u meta spicca kompla jghid:-

"Ghal li l-mertu ta' dak li ghamel l-ewwel disinn jisthoqq lill-arkitett malti li jismu Grognet, il-veru arkitett tal-bini kien il-bennej tar-rahal Anglu Gatt. Bhal kapumastru tas-Zminijiet tan-Nofs, jew dawk l-irgiel illi daz-zmien jibnu tempji li jghaxxqu, jew oqbra gewwa l-Indja, dan il-bennej Malti la jaf jaqra, la jikteb u lanqaz ihozz; izda mmexxi fuq dik is-sengha li jhoss go fih u dak li jghidlu l-ghaqal ta' mohhu, huwa rnexxielu jtella sewwa kull bicca ta' dan il-bini. Huwa (p.192) kien li habrek biex tinbena l-koppla minghajr armar, u wera kif dan seta' jsir billi ma jaghmilx hag'ohra hlief iqabbad kull filata ma dik ta' taht. B'herqa tassew taz-Zminijiet tan-Nofs, dan ir-ragel tal-ghageb kien kuntent li jahli z-zmien tieghu kollu biex itella din il-bicca bini hekk kbira, u ma kienx jaqla' hlief disa rbghajja kuljum ghal ghoxrin sena. Daz-zmien jatuh xewg xelini kuljum li bihom huwa kuntent li jibqa' miexi bix-xoghol sa ma jispicca.


Tassew illi tharislu minn mnejn trid, il-bini huwa taz-Zmenijiet tan-Nofs, barra minn haga wahda. Din kienet li, minflok ma Gatt u l-bennejja shabu hadmu fuq stil li kienu jifhmu, jew li kiber kif kellu jikber wahdu mill-ghamliet li kienu mexjin bihom, ahna nsibuhom illi fil-bcejjec kollha ornamentali ta' xogholhom kienu jahdmu fuq disinji maghzulin minn kotba ta' Grognet jew ta' xi hadd iehor, imma billi la l-bennej u lanqas shabu ma kienu jifhmu sewwa fl-ilsien li ghazlu, gara li mal-bini kollu jidhru zbalji tal-grammatika u bcejjec ohra hziena.


Habat tajjeb illi n-nies tar-rahal huma wisq lura biex jifhmu dan, u kif ma jistax jonqos ihossu li ghandhom biex jiftahru, kif tassew ghandhom ikunu, mill-knisja taghhom u mill-prim bennej li ghandhom. Imma jahasra hija haga ta' swied il-qalb, li bicca bini hekk nobbli ghal qisien u d-disinn taghha kellhom ihassruha billli riedu jdahhlu fiha stil ta' ornament illi hadd min-nies tar-rahal ma jifhem fih, u li l-koppla, li l-kobor taghha jaghmilha t-tielet fost il-koppli nisranin ta' l-Ewropa, ghamla mbaghad li ma tatix id-dehra sabiha li jisthoqqilha, u dan kollu mhux ghal hag'ohra hlief ghax ma ghandiex stil iehor hlief dak li nisselfu minn ghand il-mejtin.


Li kieku dawk li ghamlu d-disinn ta' dan il-bini kellhom biss arkitett bravu biex jara d-disinn taghhom, u sewwielhom l-intitetef, kieku din il-knisja kienet tkun wahda mill-isbah, bhalma hija wahda mill-iktar maghrufin ta' l-Ewropa. Lil dawk li jmorru jaghtu qima gewwa fiha toghgobhom xorta wahda, jew forsi izjed, milli kieku d-dettalji taghha kienu klassici safjin; imma lill-bniedem li jifhem ma toghogbux u jkollu jhalliha (p.193) b'hass ta' dwejjaq minflok il-ferh illi l-qisien u l-ghamla taghha jmisshom iqanqlu6."


Sa hawn smajna x'qal Fergusson. Issa nibdew biex nuru li xejn ma hu bhalma qal Fergusson illi ghad li Grognet ghamel l-ewwel disinn, il-veru arkitett kien il-bennej Anglu Gatt.


L-ewwelnett dan ma setax ikun il-ghaliex bhalma rajna mill-kuntratt li ghamlulu7 huwa kellu jaghmel id-disinji u l-mudelli kollha ghall-imghallmin tal-knisja, u barra minn dan kien marbut li ma jistax ihalli l-Mosta iktar ninn gimgha fix-xahar.


It-tieni prova taghtihielna din l-ittra li gejja:-

Mosta, 12 ta' Marzu 1834
L-Erbgha filghodu.
Miqjumin Sinjuri Deputati,


Billi kif tafu intom, kelli mmur il-Belt Valletta ghal disat ijiiem, imhabba xi hwejjeg ta' nteress tieghi li ma stajtx inhallihom ghat-tul, u billi ergajt gejt hawn il-bierah fil-ghaxija, kelli nara xi ftit filati tal koxox tal-bieb il-kbir tal-knisja l-gdida li gejja, mibnijin fuq profil l-iktar ikrah, u ta' gost borominesk l-iktar imhassar – haga li ma kontx nistenna u li tatni hafna ghali. Dak li jghaggibni izjed huwa meta naf illi jiena qabel ma mort il-Belt hallejtilkom zewg profili ta' gost l-iktar safi biex tisghu taghzlu liema tridu minnhom, u qatt ma kont nemmen illi ghal mibeghda hazina ta' l-art u tal-veru gmiel, intom kellkom thallu li minflokhom isir zball bhal dak. Jekk qatt tghiduli li intom ghandkom il-jedd illi taghmlu kulma joghgobkom fil-knisja taghkom il-gdida, minghajr hadd ma jista jindahlilkom, jiena ma nghidilkomx li mhux hekk; halli jkun kif (p.194) tghidu; izda jekk intom ghandkom il-jedd li ttebbghu fabrika illi ga ghamlet ir-rahal taghkom imsemmi ma kullimkien, jiena ma nibqax responsabbli tax-xoghol ta' l-imsemmija fabrika, u lanqas, kemm indum niehu hsieb jien, ma nista nhalli xi bennej jew bniedem iehor, li ma jifhimx u li ma jafx dik is-safja teorija ta' l-arkitettura, ihassar kemm ifettillu bil-hmerijiet bhal dawk edificcju hekk sabih u hekk jiswa flus.


Ghaldaqstant b'din l-ittra ta' hbieb irrid infehmkom illi jekk ma jidhrilkomx li ghandkom tnehhu dik il-koxxa falza li bdejtu fil-bieb il-kbir, u li ghalli gej ma toqghodux ghal gost bla tebha li jiena naghmel kemm nista biex ingibilkom quddiemkom, la darba intkom ghaziltuni bhala arkitett taghkom fost hafna ohra, jiena bil-qima kollha li jisthoqqilkom inhossni mill-unur tieghi mgieghel li nghidilkom illi mil-lum il-quddiem ma jista jkollu ebda qawwa l-kuntratt li ghamilna bejniethna, u ghalhekk jiena nkun mehlus u mahlul minn kull rabta li ghamnilna ghall-unur tieghi u taghkom, u b'hekk tkunu tistghu tkomplu tibnuha kif joghgob lilkom, il-ghaliex intom is-sidien ta' dak li hu taghkom.


Dan hu kulma ghandi l-unur li nghidilkom b'din l-ittra ta' hbieb, li jiena ktibtilkom biex taslilkom kif imiss, u wrejtkom illi jiena ma noqghodx ghal dan, jekk ma jidhrilkomx li ghandkom twegbuni zmien tlitt ijiem u taghtuni kelma sewwa u ta' sodisfazjon, biex fuq it-twegiba taghkom jiena nkun nista' nara x'ghandi naghmel, u b'dan ghandi l-unur li nerga ntenni,


Is-serv devot taghkom
L-arkitett Inginier
Gorg Grognet.8


Ghad li ma ghandniex it-twegiba tad-Deputati, nafu tajjeb minn dak li semghu x-xjuh kemm f'malajr inhattew il-koxox tal-bieb il-kbir u minflokom tqeghdu ohrajn fuq id-disinn ta' Grognet.


(p.195) Xi nghidu mbaghad minn dawk il-hafna disinji fil-kobor ta' bcejjec mill-fabrika, li Grognet kien hazz hija u tinbena u li llum jinsabu fl-arkivju tal-knisja?


Dana kollu qeghdin inghiduh mhux ghall-Mostin, imma ghal dawk l-ohrajn ta' barra mir-rahal li setghu emmnu dak li qal Fergusson, il-ghaliex il-Mostin kollha jisimghu lix-xjuh jghidu li Grognet kien hemm mill-bidu sa l-ahhar, u li biex ikun ta' spiss ma saqajhom kellu sahansitra dar fir-rahal.


U xi nghidu wkoll minn hafna kittieba li semmew lir-Rotunda, mhux biss meta kienet lesta imma wkoll hija u tinbena, u kollha kelma wahda semmew u fahhru lil Grognet bhala arkitett taghha?


Grognet stess meta fit-testmnent tieghu tkellem mit-Tempju tal-Mosta, qal ghalih "minni ddisinjat u taht it-tregija tieghi mibni."


Tghid li kieku Fergusson kien jaf b'dan kollu kien jghid illi l-veru arkitett tax-xoghol kien Anglu Gatt? U zgur li le.


Imma fadlilna xi nghidu. L-arkitett Arthur S. Flower, f'karta li qara fil-15 ta' Novembru 1897 fil-laqgha generali tar-Royal Insitute of British Architects, wara li qabel f'xi hwejjeg kompla jghid: "Imma hawnhekk irridu nwiddbu illi Fergusson, fid-deskrizzjoi maghrufa tieghu tal-bini ta' din il-knisja – biex, milli jidher, igibha sabiha fid-diskors baxxa l-arkitett is-Sur Gorg Grognet, haga li kienet wisq minghajr haqq. Il-kliem ta' meta Fergusson qal illi 'ghad li l-mertu ta' dak li gieb l-ewwel disinn jisthoqq lill-arkitett Malti li jismu Grognet imma l-veru arikitett tal-bini kien il-bennej tar-rahal Anglu Gatt,' jista biss ikun imxebbah ghas-sewwa tieghu lil xi ftit minn dawk il-grajja maqlubin bil-loghob li Macaulay ghadda bhala storja. Zgur illi minn dawn il-kelmiet hadd ma jasal biex ighidi illi Grognet kien il-veru arkitett tal-knisja, mill-bidu taghha sa ma tlestiet ghal kollox, filwaqt li Gatt ma kienx hlief impjegat bhala prim bennej matul (p.196) t-tieni bicca tax-xoghol."9


U xi nghidu mbaghad mit-tmaqdir li Fergusson xehet fuq l-arti ta' l-ornament u disinji tar-Rotunda? Biex wiehed iwiegeb ghal din il-mistoqsija hemm bzonn illi jistudja l-istil ta' Fergusson mill-kotba tieghu. Hadd ma jigih dubju jekk Fergusson kienx tassew ragel li ftit hawn minn ghamel studji sbieh bhalu, l-iktar fuq dik li hija arkitettura. Imma mill-banda l-ohra, meta wiehed jaqbad ix-xogholijiet tieghu, jista' jara x'kien jaghmel meta jiltaqa' ma xi zbalji ta' dik l-arti sabiha. Hemm kien donnu jinsa l-bcejjec sbieh ta' dik l-opra li tkun u jikxfilha d-dnubiet kollha minghajr hniena, u jtellifha kull ferh li wiehed kien jara fiha. Jekk il-qarrej irid ikun zgur minn dan li qeghdin inghidu jaqbad id-deskrizzjoni tieghu fuq il-Bazilka ta' San Pietru ta' Ruma10 u jaqra faccati shah fejn dan l-awtur skocciz ried b'hiltu kollha juri illi San Pietru huwa kollu kemm hu hrafa fl-arti. Tant tah xebgha qawwija li l-Professur Robert Kerr, l-istess editur arkitett li ppublika x-xoghol tieghu ma felahx; u wara li spicca l-artikolu ta' Fergusson, qabad biex itaffi mill-ahjar li seta l-hruxija tal-pinna tieghu.


Wara li gie publikat dak li qal Fergusson fuq ir-Rotunda ma hiex haga kbira meta wiehed jiltaqa' ma l-istess diskors min-nies ohra. Bhallikieku l-arkitett E. Ingress Bell, fin-noti tieghu ta' Malta, qal illi l-Knisja tal-Mosta hija biss dik li hemm x'tara fil-Gzira, l-iktar imhabba li mhix l-istil ta' l-ohrajn billi hija bhala Pantheon. Imbaghad kompla jghid:

"Hija giet migjuba mis-Sur Fergusson b'tant reqqa illi ahna ma hemmx ghalfejn nidhlu fl-intitef kollha tad-disinn taghha. Bhas-soltu, l-ornament ta' barra huwa sproporzjonat ghall-ahhar, u jnaqqsilha milll-qisien taghha li tassew (p.197) m'humiex zghar. Fuq id-dekorazzjoni ta' gewwa ahjar wiehed ma jghidx wisq. Hija haga ta' dwejjaq li tara n-nefqa li dejjem sejra ta' nduratura u ultramarin b'rizultat hekk ikrah11."


Imma nisthajlu lilll-qarrej jistaqsi, fiha zbalji ta' l-arti din l-imbierka ta' Rotunda jew ma fihiex? Ahna m'ahniex arkitetti, imma bhalma ga rajna dawk li jifhmu qalu li ghandna zbalji, u xi ornamenti setghu gew ahjar. Imma b'daqshekk ma ghandux wiehed jistaghgeb il-ghaliex kieku kellhom ihottu dawk l-edificci kollha tad-dinja li fihom l-izbalji ma nafx x'jibqa' x'tara fuq wicc l-art. Jaqbad il-qarrej kotba ta' l-arkitettura u jara xi jghidu l-arkitetti kbar fuq San Pietru ta' Ruma, Santa Marija dei Fiori ta' Firenze, id-Duomo ta' Milan, San Pawl ta' Londra, il-Katidral ta' Kolon, Notre Dame ta' Parigi u hafna knejjes ohra kbar tad-dinja. Min jara zball minn hawn u min jara iehor minn hemm; min ma toghgbux din il-haga u min ma toghgbux dik l-ohra, u sejrin. Ghalhekk nisthajlu li Grognet jghid lill-arkitetti l-ohra li jmaqdruh. "Min ma ghandux dnub jixhetli l-ewwel hagra," u bhal dawk l-iskribi u l-farizej ta' l-Evangelju dawk l-arkitetti kollha min idabbar rasu minn hawn u min jitlaq baxx baxx minn hemm sa ma jhalluh wahdu!


Inghalqu din il-kwistjoni bil-kelmiet li l-arkitett Professur Robert Kerr kiteb fuq it-tmaqdir li Fergusson xehet fuq San Pietru ta' Ruma, meta wiegeb hekk:

"Li tizbalja hija haga li jaghmnilha l-bniedem; il-bniedem u l-izball imxew flimkien minn mindu bdiet id-dinja. Ahseb fuq dan il-bniedem hames piedi u nofs tul, u x'kellu l-hila jaghmel. Zgur li ahjar wiehed jipprova u ma jirnexxilux, milli kieku ma jipprova qatt!"


Tifhir


Issa wara li ghedna dak li kellna nghidu fuq il-kittieba li sabu xi jmaqdru fir-Rotunda, immorru ghal dawk l-ohra li sabu xi jfahhru u biex jistaghgbu. Nibdew minn dawk li kitbu meta l-knisja kien ghadha tinbena u nibqghu sejrin (p.198) iktar 'l quddiem. Mid-deskrizzjonijiet ta' dawn l-awturi niehdu biss dak li qalu fuq il-knisja u biex ma noqghodux intennu l-istess kliem inhallu barra dak li huwa storja u qisien taghha.


Fi gwida bl-ingliz li giet stampata fl-1839, jigifieri meta ir-Rotunda kien ghad ilha li nbdiet sitt snin insibu dan li gej:

"Fil-Mosta qieghda tinbena knisja gdida u ma hawnx bhala, fuq il-pjanta ta' l-arkitett Malti Grognet. Dan it-tempju huwa zgur l-iktar bini famuz ta' daz-zmien, kbir u ta' sahha li qatt rajna; ahna ma niftakru l-ebda edificcju iehor fl-Italja, Franza jew l-Ingilterra li jlahhaq mal-gmiel tieghu. Ma nafux biex ghandna nistaghgbu l-iktar, jekk hux bil-gmiel tal-bini jew l-gosti helwin ta' l-arkitett bravu li ghamel l-pjanta, jew inkella bl-ardit ta' nies ta' rahal hekk zghir bi twaqqif ta' tempju ta' qisien hekk kbar; li meta jkun lest ikun zgur ta' zina lil Gzira, igighel lill-arkitett jibqa' jissemma ghal dejjem, u jigbed lejn ir-rahal kull minn jigi minn barra biex jara l-Malta…12"


Erba snin wara giet stampata gwida ohra bit-taljan u fiha l-awtur tkellem mill-Mosta u qal:-

"Dan ir-rahal … jisthoqqlu li jkun mizjur ghat-tempju grandjuz u manifiku illi issa qieghed jinbena fuq il-Pantheorn ta' Ruma, fuq disinji u t-tmexxija tas-Sur Grognet, arkitett u nginier Malti. Ikun madwar 200 pied gholi, ghalhekk ikun jidher mill-bcejjec kollha gholjin tal-Gzira, kif ukoll minn Ghawdex, u jista jhabbatha mat-tempji l-iktar li jqumu flus ta' l-Italja…13".


Sadattant il-bini tal-knisja (minn barra l-anterna) kien lest u l-ewwel wiehed li semma xi haga kien Dr.Nikol Zammit. Dan il-bniedem gharef barra milli kien tabib u kittieb (p.199) kien ukoll arkitett mit-tajbin, u jekk wiehed jixtieq jaf il-hila tieghu f'din l-arti, huwa bizzejjed li jaghti daqqa ta' ghajn lejn xi xoghlijiet tieghu, bhalma huma l-faccati tal-knisja tal-Furjana u dik ta' San Pawl tal-Belt. Hekku x'qal ghar-Rotunda:

"Il-barrani meta jigi jaghmel zjara lil dawn il-gzejjer taghna, hu mehud mill-gwida tieghu biex jara l-Pantheon il-gdid tal-Mosta. Il-hsieb shih u minghajr biza ta' dik l-opra, il-gmiel, gholi ta' ghamliet, il-qisien kbar, it-taqbil sabih tal-bcejjec jahsduh bil-ghageb…14"


U band'ohra rega tkellem hekk:

"Il-knisja gdida fil-Mosta jisthoqqilha li tigbed il-ghajn ta' dak li jigi fil-Gzejjer taghna. Hija knisja tonda, li fil-kobor hija daqs il-Pantheon ta' Ruma. Il-koppla taghha mhix anqas ta' l-ghageb mil-gmiel u t-tqabbil tajjeb ta' l-arkitettura taghha magestika. Hija wahda mill-monumenti godda l-iktar maghrufin ta' l-Insara…15


Wara dawn inqalghu kittieba ohra fuq Malta u ta' kull darba niltaqghu ma deskrizzjoni shiha fuq ir-Rotunda. Wiehed ighajtilha "il-knisja nobbli, illi l-koppla taghha hija wahda mill-ikbar tad-Dinja;"16 iehor ighid "hija wahda mill-isbah u l-ikbar monumenti tal-Gzira"17 u jerga lit-tielet tolqtu l-izjed "il-koppla taghha manifika."18


Fi ktieb fuq Malta li gie ppublikat l-Amerika, wiehed jiltaqa ma kliem sabih fuq dik li l-awtur sejhilha "Pantheon Malti," "koppla li thabbatha ma dik ta' San Pawl ta' Londra," "Mammoth Dome," "Il-Pantheon tal-Mosta", u l-istess (p.200) kittieb jistaghgeb u jghid:

"Hija haga kurjuza illi l-koppla tal-knisja ta' dan ir-rahal, fuq gzira tal-Mediterran, ghandha tkun bicca bini hekk wiesgha u kbira li hija ikbar minn dik ta' San Pawl ta' Londra … Hija edificcju tond mibni mill-hagra safra maltija u hija ta' proporzjonijiet hekk kbar u nobbli li jaghmluha toghgob wisq lill-ghajn tal-kritiku19."


Imma ahna ma nistghux nibqghu sejrin b'dan il-ghaliex bil-kemm nafu bi ktieb wiehed li jitkellem fuq Malta tallum minghajr ma jsemmi r-Rotunda tal-Mosta, il-ghaliex

"dawk li jigu jzuru lil Malta dejjem jistaghgbu meta jaraw bicca bini hekk sabiha fir-rahal tal-Mosta – bicca xoghol kbira illi Ruma stess ikollha biex tiftahar."20


Riferenzi

  1. L-awtur qieghed jikteb fl-1930.
  2. Malta Penny Magazine, No. 98, 24th July .
  3. Malta Penny Magazine, Saturday 31st July 1841.
  4. T. F. Bumpus, Cathedrals of England & Wales, p. 83.
  5. J. Fergusson, History of Modern Architecture, Vol. I, p. 57.
  6. J. Fergusson, History of Modern Architecture, Vol. I, pp. 45-47.
  7. Ara t-12-il Taqsima: Rikors lill-Isqof.
  8. Minn dokument ghand in-Nutar G. Chetcuti.
  9. A. S. Flower, Notes on Renaissance Architecture in Malta, p. 42.
  10. J. Fergusson, History of Modern Architecture, Vol. I, pp. 75, 91.
  11. The Builder, Vol. XLVIII, March 28, 1885, p. 438.
  12. H.T. Mac. Gill, A Handbook for Strangers visiting Malta, p. 124.
  13. Quintana, Guida dell'isola di Malta, (1843), p111.
  14. L'Arte, 7 Gennajo 1863, p. 2.
  15. N. Zammit, Historical Guide to Malta and Gozo, (1879), p. 249.
  16. Rev. G. N. Godwin, A Guide to The Maltese Islands, (1880), p. 219.
  17. Critien, Guide to Malta, (1888), p. 62.
  18. G.H. Evans, A Guide to Malta and Gozo, p. 60.
  19. M. M. Ballau, The Story of Malta, pp. 210-11.
  20. Ara: (a) J. Wignacourt, The Odd Man in Malta, (1914), p. 132; (b) P. Wilstack, Islands of the Mediterrenean, (1926), p. 200; (c) M. H. Egan, Notes of Malta, (1992), p. 30; (d) Sir William Butler, fil-Catholic Times, imdawwar bit-taljan fil-Malta tat-30 t'April 1913 taht it-titlu 'La Rotunda della Musta ed I Frammasoni'; (e) The Congressist's Vademecum, Malta, (1913), p. 35; (f) Guida d'Italia e Isole Minori, Milano, (1928), p. 508.

Kapitli ohra mill-ktieb