Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
IT-TMIEN TAQSIMA
Il-Palazz ta' Kaspru
(p.84) Il-mibgheda bejn l-infidili u l-insara baqghet tikber minflok ma tonqos u t-telfa tat-Torok fl-Assedju l-Kbir ta' Malta (1565) u fil-battalja ta' Lepanto (1571) ma kenux bizzejjed biex jehilsuna minnhom darba ghal dejjem. Gara li fis-6 ta' Lulju 1614, dehru 60 xini torka li nizzlu 5,000 tork, li ghad li ma kellhomx il-hila jehduha mal-forzi tal-gzira, kienu bizzejjed biex urew illi l-biza' tal-Musulmani kien ghadu ma nqeridx. Ghalhekk in-nies ma kenitx tafda, u l-ebda ghani ma kien jahsibha li jibni dar ghal villeggjatura f'xatt il-bahar bhalma jsir illum.
Fir-rahal tinsab dar sabiha li twaqqfet f'dan iz-zmien, sew sew seba' snin wara l-ahhar attakk, tat-Torok. Dan huwa l-palazz li jghidulu "Ta Kaspru", li qieghed fit-tarf gholi tal-punent tar-rahal, ihares lejn l-Imdina.
Dan il-Palazz ghandu daqsxejn ta' misrah quddiemu, minn mnejn jigbdu tliet toroq. Il-bieb ta' barra kien kbir u miftuh biex il-karrozza ta' l-ghani sidu tista tibqa diehla ghal gewwa l-bitha. Wara l-bitha mbaghad tiela d-dar sabiha b'2 sulari, fuq hitan tas-sahha. Madwar zewg gnub, fuq l-ewwel sular iddur gallerija b'kull saljatura daqshiex, u li minnha tidher veduta li ma tistennhiex.
Mal-genb tar-rih fuq tat-torri, hemm dar illi tidher li kienet mibnija biex tkun bicca mill-palazz. Madwar il-bieb iddur gwarnica, li kienet moda hafna f'dak iz-zmien u l'fuq minnha hemm imnaqqxa I H S (l-ewwel 3 ittri Griegi tal kelma Jesus) u maghha s-sena 1621.
Ghalina dan il-palazz huwa tifkira ta' zmenijiet qodma meta r-religjon, il-ghana u s-sengha ta' l-armi kienu l-ghola hsibijiet li kienu jmexxu l-pajjiz.
Stat tar-rahal
(p.86) Hekk kif ir-rahal sar parrocca, beda jikber sewwa tant fil-bini ta' djar, kemm ukoll fil-ghadd tan-nies. Ara kemm hu hekk li fl-1647 il-Mosta kienet taghmel 344 dar u 1,579 ruh1 jigifieri fl-ahhar disa u tletin sena d-djar u n-nies ta' go fihom kibru iktar minn zewg terzi milli kienu sa meta kien ghadhom maghqudin mal-matrici tan-Naxxar.
Knisja ta' San Silvestru2
Fil-Mosta tinsab tifkira sabiha ta' zmien l-Ordni. Din hi l-knisja zghira ta' San Silvestru l-Papa, li hemm fi Triq S. Silvestru. L-istorja kollha ta' din il-knisja tatihielna l-istess kitba latina li fiha. Fil-faccata tidher l-arma ta' Fiteni fuq is-salib tal-Kavalieri, u tahta din il-kitba:
IL-KAVALLIER SILVESTRU FITENI,
MIR-RABA XAGHRI,
JAGHTI U JIDDEDIKA LIL SAN SILVESTRU
DIN IL-KAPPELLA, FL-1664.
Minn gewwa, is-saqaf huwa kollu mzejjen bi stilel u bi slaleb ta' tmien ponot ta' l-Ordni (m'hemm xejn minn dan, kif jidher f'dan ir-ritratt mehud ricentament. Jidher li dan it-tizjin maghmul mill-injam li kien hemm mas-saqaf kien maz-zmien iddeterjora li seta' jaqa' u tnehha lejn is-snin 80. Il-knisja kienet intlaqghtet fi zmien il-gwerra l-parti ta' wara fejn hemm is-sagristija imma l-kumplament fosthom it-titular skansaha.). Fil-kwadru famuz ta' San Silvestru fuq l-artal terga tidher l-istess arma ta' barra u tahta dawn il-kelmiet:
LIL SAN SILVESTRU PROTETTUR, TAL-(FAMILJA) FITENI,
IL-KAVALLIER KOMMENDATUR FRA SILVESTRU FITENI,
MALTI NOBBLI
FUNDATUR,
B'QIMA RELIGJUZA GHAMEL
FIS-SENA TAS-SAHHA 1665,
ID-9 SENA TAL-KOMMENDA,
IS-67 SENA TA' HAJTU.
(p.88) Il-fuq mill-kwadru terga tidher l-arma tal-fundatur u fuq rhama hemm miktub dan li gej, li jkompli jaghtina l-istorja kollha:
IN-NOBBLI SILVESTRU FITENI, MALTI, BARUNI TA' BUDAPEST, WARA LI LAHAQ HAKEM (tradotta hazin, trid tigi: BARUNI TAL-BUDAQ, WARA LI GHAMEL 8 SNIN HAKEM) U MAHLUL MIZ-ZWIEG … FL-IMGHODDI MAS-SINJURA GENOVEFFA … D.TASSALOCANNA, IMDAHHAL FL-IMQADDES ORDNI MILITARI TA' SAN GWANN TA' GERUSALEM, FIL-GRAD TA' KAVALLIER TA' KASTELLANIJA EMPOSTA, MILL-GID TAL-PATRIMONJU AKKWISTAT FI ZMIEN IZ-ZWIEG, HUWA WAQQAF IL-KOMMENDA TAHT L-ISEM TA' SAN SILVESTRU TAL-FAMILJA FITENI, GHALIH U GHAL KAVALLIER (TA' L-IMSEMMIJA) KASTELLANIJA; U GHAMEL LI TIGI MWETTQA B'PERMESS APOSTOLIKU, TA' L-24 TA' DICEMBRU 1657. GHALHEKK BENA DAN IL-LOK MIX-XAGHRI TAHT IL-PATROCINJU TA' SAN SILVESTRU, FIS-SENA 1664.
(mhux ezatt, propjament nahseb trid tigi hekk: 'In-Nobbli Silvestru Fiteni, Malti, Baruni ta' Budapest, wara li lahaq Hakem u mahlul miz-zwieg mal-mejta s-Sinjura Genoveffa bint il-Perillustru Sinjur Cesri Passalaqua, imdahhal fl-Imqaddes Ordni Militari ta' San Gwann ta' Gerusalem, fil-grad ta' Kavallier ta' Kastellanija ta' Amposta, mill-gid akkwistat mill-wirt u mill-maghruf zwieg, huwa waqqaf il-Kommenda taht l-isem ta' San Silvestru, ghalih u ghall-Lingwa ta’ (l-imsemmija) Kastellanija; u ghamel li tigi mwettqa b'permess Apostoliku, ta' l-24 ta' Dicembru 1657. Ghalhekk bena dan il-lok mix-xaghri taht il-Patrocinju ta' San Silvestru, fis-sena 1664').
Billi, bhalma tghid din il-kitba ta' l-ahhar, din il-knisja kienet ta' l-Ordni, llum hija guspatronat tal-Gvern, li wiret dak kollu li kien fadlilha l-Ordni hawn Malta.
Knejjes zghar
Mill-istess manuskritti li semmejna fil-knisja l-qadima, niehdu illi ghal ahhar tas-seklu XVII, il-knejjes iz-zghar fid-distrett tal-Mosta kienu dawn li sejrin inghidu:
- Il-knisja ta' San Anard, li nbniet mill-gdid bl-ispejjez ta' Bernarda Mangion, fis-sena 16583.
- Il-knisja ta' Santa Margerita fit-tarf tat-Tramuntana tar-rahal. Fic-cimiterju wiesgha taghha gew midfunin hafna bil-mard jittiehed4.
- Il-knisja ta' l-Immakulata Kuncizzjoni ta' l-Ghandar il-Blat, li giet mibnija mill gdid bl-ispejjez ta' Bartolmew Busuttil, kif jidher mis-setgha moghtija lilu fiz-zjara ta' l-Isqof Balaguer, fis-sena 1653. (p.89)
- Il-knisja ta' l-Assunzjoni ta' Marija taz-Zejfi fil-Busbesija (li qiedgha fil-limiti parrokjali ta' l-Imdina). Din il-knisja, bic-cimiterju taghha, giet mibnija mill-gdid mid-duttur Gamri Camenzuli, skond id-digriet ta' Dr. D. Filippu Borg, Vigarju Generali, taht il-5 ta' Dicembru 1607.
- Il-knisja tal-Vizitazzjoni ta' l-Imqaddsa Vergni, ta' Wejda. Miz-zjara ta' l-isqof Cagliiares, fl-1615, niehdu illi Damjan Bonnici (li kienu jghidulu "Wejda") kien il-fundatur ta' din il-knisja mibnija mill-gdid5.
- Il-knisja ta' San Pawl tal-Mingiba (fil-limiti parrokjali ta' l-Imdina). Fl-1615, f'din il-knisja kien hemm il-kwadru tal-Konversjoni ta' San Pawl, u tan-Nawfragju li sar f'din il-gzira ta' Malta. Imbaghad fl-1690 din il-knisja giet mibnija mill-gdid fuq pjanta isbah u f'post ahjar. Giet imbierka fid-9 ta' Frar 1695 mill-Kanonku D. Ferdinandu Castelletti, u giet moghtija t-titlu tan-Nawfragju ta' San Pawl.
- Il-knisja ta' San Silvestru, mibnija minn Silvestru Fiteni fl-1657 u hija mhollija kommenda ta' l-imqaddes Religjon Gerosolomitana.
- Il-knisja ta' San Pawl l-ewwel eremita, imwaqqfa fil-ghar ta' Wied il-Ghasel, f'post imwarrab hafna, madwar mil boghod mill-parrocca, u mhollija biex jiehu hsiebha r-rettur tal-Mellieha.
L-istoriku Abela wara li tkellem mill-eremit li kien ighammar f'dan l-ghar qal:
"fil-hajt ta' din il-kappella fejn hemm l-artal, jidher impingi x-xebh tal-Beata Vergni bil-bambin imqaddes fuq dirghajjha. Fix-xellug tal-knisja hemm il-kwadru ta' San Pawl Eremit; u fil-hajt li jhares fil-Lvant tidher ukoll impingina xbieha ta' Sant'Anton Abbati."
Din il-knisja jkompli jghidu l-manuskritti ta' qabel kienet ghaziza hafna u kull sena kienet issir fiha festa li ghaliha kienu (p.91) jigu hafna nies. Kien isir fiha wkoll hafna quddies fis-sena. Giet mibnija mill-gdid minflok ohra qadima u n-nefqa hallas ghaliha ragel tajjeb mill-Mosta6.
Wara l-pesta ta' l-1676, D.Ortensju Bennini, "mastru di kappella" ta' San Gwann tal-Belt, kien kull sena jaghmel il-festa bil-muzika, u kienet issir priedka ghall-qima taghha.
Fl-ghar gewwa l-imsemmija knisja hemm kappella zghira tal-Madonna, imwaqqfa minn Gan Pawl Mangion mill-Mosta, kif jidher mid-digriet ta' l-Isqof, tas-27 ta' Jannar 1656.
F'din il-kappella hemm hawt dejjem mimli bl-ilma u li qatt ma jonqos jew jinxef, haga li hija mizmuma bhala rieda tas-sema. Fil-misrah ta' quddiem il-knisja hemm hawt iehor ghall ilma bi statwa ta' San Pawl, maghmula fl-1646, mill-qima ta' Filippu Cassar, fejn fuqha tidher l-arma tieghu u ta' martu Vincenza Xara7.
Fl-1921 Dun Karm Gauci bena artal tar-rham fil-kappella tal-Madonna ta' din il-Knisja u ghamel hafna xoghlijiet ohra biex izommha xierqa ta' dak il-gieh li jisthoqqilha tant fil-qima mqaddsa kemm ukoll fl-istorja taghha.
Il-knejjes profanati fl-istess seklu li semmejna kienu dawn Ii gejjin:-
- Il-knisja ta' Sant'Anton, profanata fit-13 t'April 1659.
- Il-knisja tal-Lunzjata (f'Wied is-Sir) profanata 1659.
- Il-knisja ta' Santa Margerita profanata fiz-zjara ta' 1659.
- Il-knisja ta' San Gakmu Appostlu.
- Il-Knisja ta' San Pawl Appostlu.
- Il-knisja ta' San Nikola, profanata minn Mons. Dusina fl-1575 (p.92)
- Il-knisja ta' l-Assunzjoni ta' Marija.
- Il-Knisja l-ohra ta' San Gakmu Appostlu.
- Il-Knisja ta' Santu Rokku, li kienet mibnija mil-gdid minn Duminku Azzopardi.
- Il-knisja ta' San Lawrenz imqeghda fir-raba ta' Vnezja profonata fit-13 ta' April 16598.
Il-Pesta l-Kbira
Filwaqt illi l-Granmastru Nikola Cottoner kien qieghed idawwar it-tliet ibliet bis-swar (li wara ismu jghidulhom Kottonera) u ghamel lil Malta ma jista ghaliha hadd, minflok il-musulman deher fostna ghadu iehor, illi ma kienx jibza' u la mill-gholi u lanqas mis-sahha tas-swar. Din kienet il-pesta l-kbira li ghamlet l-ikbar qerda li qatt dehret fuq Malta, li mit-23 ta' Dicembru 1675 sat-23 ta' Gunju 1676, hasdet mat-8,7409. Wara dan kienet ghadha ma spiccatx ghal kollox ghax baqghet sejra sa Settembru u jahsbu illi l-mejtin li halliet kienu mal-11,000 ruh10.
Mil-lista ta' dawk li mietu sat-23 ta' Gunju niehdu illi fil-Mosta kienu nqerdu 18-il wiehed. Imma ghad illi min-Naxxar ma kenux mietu hlief in-nofs, il-Mosta ma kenitx kelitha hekk ahrax bhal, inghidu ahna Hal Qormi fejn mietu 309, jew biex jiehdu rahar zghir bhal Mosta, niehdu l-Haz-Zabbar fejn il-mingel ta' din il-mewt harxa hasad 270 ruh.
Hawn ir-rahal lahqet ghall-ahhar taghha. L-ewwel wahda mietet fil-21 ta' Mejju 1676 u giet midfuna fic-cimiterju ta' (p.93) Santa Margerita u l-ghada miet zewgha u gie midfun fil-mandra tad-dar tieghu. Il-bqija gew midfunin f'cimiterju gdid fit-tarf tar-rahal, fejn kien hemm il-knisja ta' San Gakbu11. Dan ma setax ikun hlief dak li llum jghidulu "c-Cimiterju l-qadim" li baqa' mbaghad iservi ghall-impestati ta' wara.
Kellhom ghalfejn il-Granmastru u l-Kunsill ta' l-Ordni jaghmlu, bhala weghda, kappella kbira lil Koncezzjoni ta' Marija fil-post tal-kappella l-qadima ta' Sarria, fejn kull sena (nhar il-Kuncizzjoni) ghadha tigi hawn processjoni li titlaq minn San Gwann tal-Belt.
Riferenzi
- Abela, Descrittione di Malta, Lib. 1, Not. VII, p. 83.
- Il-kwadru tal-Knisja, skont l-epserti li rrestawrawh, jinghad li hu xoghol ta' Stefano Erardi.
- Dun Karm Camilleri Chetcuti tal-Mosta, fl-1907 tella' kampnar sabih fil-faccata ta' din il-knisja u rrangahha wkoll hafna minn gewwa.
- Fl-1902 Dun Karm Camilleri Magri u Dun Ang Falzon sewwew il-knisja u dawruha b'dak il-gnien sabih li jidher illum.
- Fl-ahhar gwerra dinjija din il-Knisja sofriet hsarat mill-attakki tal-ghadu.
- Din il-knisja ta' San Pawl l-Eremita, illum tinsab kwazi abbandunata – saret hafna hsara minn nies irresponsabbli, tant li l-awtoritajiet tal-Knisja nehhew il-kwadri fuq imsemmija u tpoggew fis-sagristija tal-knisja tal-Mosta. Fl-1970 cediet blata li kienet ftit ‘l barra mill-Kappella u kaxkret wahda miz-zewg statwi, dik ta' S. Pawl. Il-Mosta, April-Mejju 1972.
- Fl-1921, Dun Karm Gauci bena artal tar-rham fil-kappella tal-Madonna ta' din il-knisja u ghamel hafna xoghlijiet ohra biex izommha xierqa ta' dak il-gieh li jisthoqqilha tant fil-qima mqaddsa kemm ukoll fl-istorja taghha.
- Vassallo, Storia di Malta, p. 683.
- MS. 10, p. 313. Wara l-pesta li semmejna tal-1592, kellna zewg zjajjar ohra ta' dan il-ghadu darba fl-1623 u darb'ohra fl-1655, imma l-ebda wahda minnhom ma ghamlet qerda kbira.
- Ma dawn xi kittieba giebu wkoll il-knejjes ta' San Pankrazju, f'Busewdien, u l-ohra ta' San Mikiel, fis-Salini, imma dawn qeghdin boghod hafna mil-limiti tal-Parrocca tal-Mosta. Ghall-iktar taghrif fuq il-knejjes zghar ara Il-Mosta, Gunju-Lulju 1967.
- Musta: Liber Defunctorum, Libro Antico delle Festivita.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, (8), 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15
- Zieda: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII