The way Magistrate Carol Peralta had threatened me in a court sitting


Pjanti u qisien frott ir-ricerka li kont qed naghmel fuq il-knisja li kien hemm fil-Mosta qabel dik tallum li l-Pulizija dawruhom fi "vjolazzjoni tal-oqbra"


Designs and measurements from the research I was doing on the church there was in Mosta before the present one which the Police turned into "violation of tombs"


Plan of the Mosta Crypt (kannierja) and part of the ossuary
Pjanta tal-Kennierja tal-Mosta u parti mill-osswarju.
Plan of the Mosta Crypt and part of the ossuary.

Plans of other churches by architect Tommaso Dingli
Pjanta ta' whud mil-knejjes l-ohra tal-perit Tumas Dingli.
Plans of other churches of architect Tommaso Dingli.

Plan of part of the Mosta crypt (kannierja) and layout of its tombs
Pjanta ta' parti mill-kennierja tal-Mosta u l-oqbra li kien fiha kif inhuma mqassma.
Plan of part of the Mosta crypt and layout of the tombs it contained.

Plan of part of the Mosta crypt and of one of the warehouses
Pjanta ta' parti mill-kennierja u ta' wiehed mill-imhazen
Plan of part of the crypt and of one of the warehouses.

Plan of part of the Mosta ossuary and part of the Crypt
Pjanta ta' parti mill-osswarju u parti mill-Kennierja.
Plan of part of the ossuary and part of the Crypt.

Plan of part of the Mosta Crypt: the main corridor
Pjanta ta' parti mill-kennierja: il-kuritur principali.
Plan of part of the Crypt: the main corridor.

From the research managed to find to a good approximation the location of the Mosta cross and the painter himself
Mil-knisja l-qadima tal-Mosta ma fadalx hafna imma fadal aktar minn bizzejjed biex stajt insib fejn seta' kien is-salib li kien hemm quddiema (li taf jimmarka l-post tal-knisja erga ta' qabila li jsemmi l-inkwizitur Pietru Dusina meta zar il-Mosta fl-1575) u addirittura fejn seta' kien il-pittur (wisq probabli l-istess Grongnet) li pingiha (is-salib u l-pozizzjoni tal-pittur murija bi crieki zghar fl-istampa tax-xellug). Mir-ricerka hareg ukoll li tal-Mosta, li x'aktarx kienet l-ewwel wahda li hazz il-perit Tumas Dingli, kienet l-unika wahda f'forma ta' salib grieg (cioe l-korsija ma tkunx itwal mill-kappelluni tal-gnub) kuntrarju ghall-ohrajn tal-istess perit li ghamilhom f'forma ta' salib latin.
From the Mosta old church remained not that much but there is more than enough to have found where could possibly had been located the cross there was in front of it (that probably marked the site of an even earlier church mentioned by Inquisitor Pietro Dusina when he visited Mosta in 1575) and even where possibly was the painter who painted it (the cross and the position of the painter shown with that small circles in the image on the left). From the research came out also that the one in Mosta, that probably was the first to be commissioned to architect Tommaso Dingli, was in the form of a Greek cross contrary to the others by the same architect which were made in the form of a Latin cross.

Door which used to lead to the Mosta old church's sacristy
Il-bieb hekk kif tidhol fl-osswarju li kien jaghti ghas-sagristija tal-knisja l-qadima tal-Mosta. Minn dan ir-ritratt harget id-dicerija tal-Pulizija li l-media rreferew ghaliha bhala "desacration of tomb within the ossurary". Hemm differenza kbira bejn tiftah sempliciment bieb ghal tiftah qabar. Hi haga ovvja li fl-osswarju ma jkunx hemm oqbra ... imma donnu mhux daqstant ovvja ghal xi whud.
The door you find once you enter the ossuary that used to lead to the sacristy of the Mosta old church. From this photo originated the hearsay of the Police which the media referred to as "desecration of tomb within the ossuary." There is a big difference to simply opening a door to opening a tomb. It is something obvious that in an ossuary there are no tombs ... but it seems was not so obvious to some.

The rear wall of the Mosta old church and door leading to the ossuary
Ghar-ricerka, tidhol fil-kennierja ma tifhem kwazi xejn, bil-hitan kollox mghotti taht diversi passati ta' zebgha, bl-iskultura li xi darba kien hemm mal-pilastri tal-knisja l-qadima addirittura gabuhom fuq il-lixx. Biex tifhem xi haga trid tidhol fl-osswarju (dak il-bieb isfar, dejjaq u tawwali) fejn kollox ghadu fl-istat naturali fuq il-gebla. Qatt ghaddielek minn mohhok nies bla kultura x'jifhmu b'ricerka bhal wahda li minnha hargu diversi pjanti u qisien? Semplici hafna jekk tqabbel ma wiehed li dahal f'cimiterju biex jirricerka l-kappella antika li hemm go fih u haga tal-iskantament jispicca akkuzat bi vjolazzjoni tal-oqbra, jew addirittura wiehed li mar jirricerka l-fortizza tal-Inglizi li hemm Delimara li ghal diversi snin spiccat abbandunata uzata bhala maqjel tal-majjali u jispicca akkuzat bi vjolazzjoni tal-istalel.
For the research, you enter the crypt you understanding nearly nothing, with the walls painted over and the sculpture which once stood on the pilasters of the old church wiped out. To understand something you have to enter the ossuary (that tall slim yellow door) where the walls are still in their natural state not painted over. Ever wondered what men without culture understand with research like one consisting of lots of drawings and measurements? It's easy if you compare with one who entered the cemetery to research the ancient chapel within and surprisingly ended accused to have violated the tombs, or yet with one who went to research the Delimara fort of the English period which for many years was abandoned as a pigsty and ended accused with violation of the mangers.


Din link ghall-artiklu tieghi ta' xejn anqas minn 15-il pagna li ppublikajt fl-annwal tal-festa tal-2017 frott din ir-ricerka (tort tal-assassinju tal-karattru tieghi, baghat lill-editur ritratt falz tieghi ghax bzajt li ma jippublikahhuwlix jekk jinduna min jien). Saqsi lilek innifsek jekk din ir-ricerka kif ukoll din is-subdomain minn din il-website li ddedikajt ghal rahli l-Mosta jiffurmawx parti minn dak li dak il-prim sadist, prim frodist u prim giddieb ta' Psikjatra David Cassar iddeskriva bhala l-"mod magiku bizarr" li nahseb bih. Dan artiklu iehor tieghi, 30 pagna, fl-annwal tal-festa tal-2019. Kellu jkun l-ahhar wiehed ghax darba fl-2020 irrapurtajt staff jaghmlu fosthom iljieli shah reqdin spiccajt maqful f'wards b'anqas libertajiet, kissruli l-laptop u ma hallewnix nuzah aktar. Propjament fl-2019 kont ilhaqt baghat ftit tard lill-editur artiklu iehor fuq in-nicec tal-Mosta li kien gie twil wisq u kien baqa' ma ppublikahx, izda b'sorpriza qalli li ppublika l-ewwel parti tieghu fl-annwal tal-2023 u l-kumplament suppost ikun maqsum fl-annwali tas-snin li gejjin.
This link to my article of no less than 15 pages that I published in the feast annal of year 2017 the fruit of this research (because of my character assassination, I sent the editor a false photo of me as I feared he would not publish it if he gets to know who I am). Ask yourself if this research as well as this subdomain from this website I dedicated to my hometown Mosta forms part of that which that most sadist, most fraudster, and most big liar of Psychiatrist David Cassar described as my "magical bizarre" way of thinking. This is another article by me, 30 pages, in the feast annal of year 2019. It ended being my last one as for having reported in 2020 amongst others staff passing entire nights sleeping, ended locked in wards with less liberties, smashed my laptop and forbid me from using it again. To say it all, in year 2019 I had managed to send, albeit a bit too late, to the editor another article on the niches of Mosta that ended being too long which he didn't publish, but to my surprise he told me he had published its first part in the annal of year 2023 with the remaining supposedly coming out in the annals of the years to come.


Mid-djarju

3 t'Awissu 2013: ghal xi l-5pm immur nipprova mfietah tal-kannierja ta' wara (kont ghamilt wahda li gietni zghira scale hazin) u nsib li kien hemm wahda tidhol izda ma daritx ghax kienet wisgha zzejjed. Mort d-dar u qtajtilha ftit mill-wisgha w meta nippruvaha ghall-ewwel kienet iebsa, nerga nipprova w iddur. Izda meta gejt biex nerga nsakkar ma stajtx ghax il-grada kienet ingibdet 'l gewwa bil-gangetta li kien hemm ghal mal-hajt. Kont se nhalli kollox ghax bzajt ngholli l-gangetta li ma tergghax tidholli f'posta izda rnexxili ndahhal idi bl-ezatt u erfajta qisha mhi xejn, sakkart u ergajt dahhalt il-gangetta f'posta, kienu xi 5:30pm.

13 ta' Novembru 2013: (din meta ftaht il-bieb minsi minn kulhadd tas-sagristija tal-knisja l-qadima) Kont gejt bil-van mix-xoghol evening f'xi 23:00. Ghamilt l-alarms 2:20 u 2:25, bqajt naqra aktar fis-sodda u nzilt kienu xi 2:35, sakemm ninzel fejn il-bieb u nigi li nohrog jsiru xi 2:45, nasal il-kennierja xi 3:00 jdoqqu. Insib karozza pparkjata propju quddiem il-kancell izda ma kien fiha hadd, u kelli nhalli l-van ftit wara. ... Bhas-soltu naghti titwila lit-3 kmamar, xeghelt id-dawl tal-fetha fuq barra l-osswarju sa l-altar. Niftah il-bieb ta' l-osswarju u nibda nisbarazza, nnehhi l-wire, dak qisu bicca minn karrettun zghir, u bicca ffurmata minn 3 injamit. Jkun hemm dik tax-xemghat jirnexxieli nressaqa mal-hajt lejn il-bieb li dhalt minnu u kien hemm 2 hadidiet zghar nitfghahhom mal-genb ma l-art. Nibda nnehhi l-gebel li kienu tal-qawwi u tqal mhux hazin ghalli kienu zghar. Ghodni nehhejt iz-2 saffi ta' fuq insib muftieh li kellu parti minnu mkissra. Nkompli nnehhi u nasal sas-sallatura. Bdejt nipprova ndahhal il-muftieh li sibt izda kien kbir wisq u ma ridx jidhol anka meta pruvajt nnehhilu ftit sadid li kellu mieghu. Ikolli nnehhi gebla ohra w ingib it-torc ha nkun nista nara ahjar is-sallatruna u forsi jirnexxieli nara x'hemm gewwa izda ma rajtx xejn ghax fis-sallatura kien hemm l-ghanqbut. Kont ga qtajt qalbi se nahbat ingib il-camera biex naghmel muftieh jien izda jien u ndur biex ingib il-camera, mal-pilastru, nsib muftieh u cuvetta (nahseb tal-bieb ta' l-osswarju). Nipprova dan il-muftieh li dahal u ndawwar u jiftah mill-ewwel minghajr problemi ta' xejn! Izda l-bieb infetah ftit ghax warajh nara li kien hemm l-kadavri, mbuttajtu kemm stajt u bdejt niehu r-ritratti. Nerga naghlaq u npoggi l-gebel mieghu izda wahda minnhom li kellha d-disinn iddecidejt li niehodha tifkira u flokha sibt ohra ffitjat tajjeb. Nsib gebla ohra bid-disin u t-tnejn poggejthom 'l barra biex inkun nista nohroghom. Hrigt iz-2 gebliet u poggejthom fuq it-tarag ta' wara l-kancell li jzomm ix-xita milli tidhol. Kont se nerga nibda nippostja l-imbarazz kif kien meta nnutajt gebla ohra bl-irhamar u garrejtha wkoll. Ndunajt li kellha l-konkos u ghidt taf kienet xi haga ricenti tar-Rotunda, xi parti minn lapida ta' qabar. Msomma nippostja kollox kif kien ezatt u qabel hrigti hazzejt il-hnejjiet kif inhuma mqassmin fuq gewwa ta' l-osswarju. Domt nilghab xi ftit sakemm ghalaqt il-bieb ta' l-osswarju ghax ghall-mument is-sallatura wehlet gewwa u ma ridietx timxi u r-rih kien qawwi li beda qisu jrid jiftah il-bieb. Msomma ghalaqt u hazzejt ukoll il-hnejjiet mill-bieb ta' l-osswarju sa l-artal.

Jien u hiereg mill-kuritur jghaddi wiehed xih ezatt hekk kif inkun kwazi wasalt fejn il-kurituri tal-gnub izda jibqa' ghaddej b'rasu baxxuta ma jindunax waqt li jien dort malajr ghall-kuritur tan-naha tas-sala parrokjali, nitfi d-dawl li kelli ma rasi (jidhirli kelli jdejja fuqhom jien u hiereg) u qghadt nistenna f'dik qisa dahla nittama li narah jghaddi mit-tieqa, kif fil-fatt ghamel. Kont se naqbad nohrog izda ddecidejt li naghti titwila mit-tieqa n-naha l-ohra tal-parking izda ghidt ahjar ndur nfittex nitlaq u hrigt mill-kancell ma kien hemm hadd kienu ezatt 4:07. Bdejt ingorr il-gebel ghal gol-van, it-3 li huma. Ghalaqt u jien u gej lura nara l-istess xih wasal fejn il-kantuniera tal-Gurbell u kien qisu waqaf jistenna. Msomma wasalt, ipparkjajt fejn is-sigar, u hallejt il-gebel fil-van. Kelli s-shorts kollu trab u anki cappast il-flok l-abjad. Hsilt idejja u saqajja, farfart is-shorts u l-flok u nnizzel ir-ritratti fil-computer. Fil-5:08 nisma l-ommi qamet. Kienu cempluli l-gurnata ta' qabel li l-vit tal-kcina tal-flat ta' fuq baqa' miftuh u ghat-8:00 mort biex nirrangah. Nzerta kienet inqalghet il-parti ta' gewwa u lestejtu f'malajr.

2 stones taken and saved from the Mosta ossuaryDawn 2 mit-3 gebel tal-qawwi li kont sibt fl-osswarju li rreferejt ghalihom qabel u li kont hadt id-dar biex nistudjahom bil-kwiet (l-ohra nsinifikanti ghax nahseb ricenti ghandha ftit irham bil-konkos). Jekk tmur tara l-isfregju li ghamlu fl-oswarju dan l-ahhar meta sbarazzaw aktar minn nofsu mill-katavri u l-imbarazz (ara ritratti t'hawn taht), nahseb dawn il-knaten tal-qawwi kienu jispiccaw mat-terrapien maz-zibel. Jien lest intihom lura lill-knisja kemm il-darba jaccettaw li jinqala' l-paviment tar-Rotunda fejn kien hemm il-knisja l-qadima u jsir skavar ghaliha (taht dan il-paviment wisq probabli hemm diversi gebel fosthom x'aktarx bl-iskultura b'kollox minn tal-qadima jekk tiehu 'n konsiderazzjoni li biex irnexxilhom ihottuha fi zmien gimgha, kellhom bilfors jitfghu hafna gebel minnha fil-post hemm taht flok joqghodu jahlu l-hin johorguhom 'l barra). Darba jkun sar l-iskavar, jkun jista' jerga jsir il-paviment tar-Rotunda fuq kif kien waqt li jkollna muzew bil-fdalijiet tal-knisja l-qadima taht u fuq kollox ikollna xi haga unika f'Malta: knisja go knisja (peress li l-paviment tal-knisja l-qadima kien aktar fil-baxx minn tar-Rotunda, xi 120 cm jew aktar mir-ricerka li ghamilt, u addirittura hemm aktar fond peress li taht il-paviment taghha kellha mhaffrin l-oqbra, cioe ikun hemm gholi bizzejjed biex wiehed jidhol izur il-fdalijiet taghha). Kont ghamilt dan is-suggeriment lill-Arcipriet lura fit-8 ta' Dicembru 2011 festa tal-Kuncizzjoni fit-transizzjoni mill-Arcipriet Mario Tong ghal Albert Buhagiar meta kont impustajt jien stess fid-dar tal-Arcipriet xi dokumenti b'din l-ideja, izda kont qatt ma gejt ikkuntatjat, x'jitnejku.

Some of the keys I made of the Mosta crypt (kannierja) and ossuaryDawn titlobhom permess tinzel s'hemm isfel ma tkunx tal-qalba jew tkun ilek li qtajta minn maghhom, kollha arditizmu jghidulek "Hemm gew ma jidhol hadd", tikteb l-Arcipriet ha tirricerka l-arkivji jinjorak ma jirrispondikx, immagina nies bla kultura ta' dan it-tip kemm se ssib xi hadd joqghod jiftahlek u jistennik tkejjel u terga tkejjel, anqas tghaddi minuta jghidlek haffef ghax jien irrid naghlaq, jaqghtulek qalbek tkun ghadek lanqas biss bdejt biex ma tohroghomx ta' hmir pruzuntuzi li huma, huma ghomorhom kollu hemm u qatt ma skoprew xejn (l-ironija hi li dawn jiehduh 'Gieh il-Mosta', tridx tmur, u lilek jaghjruk il-"mentali", "gennata", "ara ssibx xi qabar puniku hemm isfel"). Bl-imfietah li ghamilt stajt minflok ghamilt fejn izommu d-dehbijiet u affarijiet ta' valur u kont insir sinjur minn fuq dar il-knisja nkaxkrilhom kull m'hemm bil-kumdita kollha minghajr lanqas biss jindunaw, minflok b'riskju li nlaqqghat xi marda, ghall-imhabba tar-rahal ghamilt imfietah ta' postijiet biex naghmel lir-rahal sinjur nippova niskopru xi haga mill-istorja mitlufa tieghu, u bil-limitazzjonijiet kollha li kelli nhabbat wicci maghhom, u darba maqful l-isptar irrid niddecifra qisien u hzuz li kienu ghal zmien twil ikkonfiskawli l-Pulizija u li kont hadt ta' malajr f'nofs ta' lejl mal-4 snin qabel, wiehed jista' jasal wahdu ghall-konkluzjoni rnexxilix nilhaq l-iskop tieghi. Dawn blurred huma mfietah li ghamilt (ghamilthom blurred biex ma jkunx hemm xi hadd jithajjar u jkollhom izidu turrun iehor cameras ma li ghamlu), dawk mhux blurred huma ohrajn li ghamilt jew sibt fl-osswarju u ghamilt kopja taghhom. Dawk it-tnejn ta' fuqnett huma tal-bieb li jdahhlek fl-osswarju, waqt li dak il-kbir fuq il-lemin kont sibtu jien u nnehhi l-gebel tal-qawwi li kienu qed jaghlqu l-bieb tas-sagristija tal-qadima (ma nafx ta' fejn jista' jkun) u t-tnejn ta' fejnu (wiehed minnhom kopja li ghamilt u qatt ma kelli c-cans nippruvah fil-post) huma tal-bieb tas-sagristija tal-knisja l-qadima. Darba maqful l-isptar kien gie xi darbtejn jarani l-Arcipriet ta' dak iz-zmien Dun Albert Buhagiar u kont ghidtlu b'dawn l-imfietah li kelli naghti lill-Pulizija darba arrestawni u kien ghamel kuntatt mal-Pulizija biex irkuprahom lura. Wara li kont ippublikajt l-imsemmi artiklu fl-annwal tal-festa 2017 fuq ir-ricerka li ghamilt, ta' warajh u l-qatta' dilettanti u bla kultura li ghandu ma saqajh bhal stenbhu erhilhom nezlin ha jaraw x'hemm, u darba raw li kont dhalt jien fl-oswarju u ma grali xejn (kien hemm l-ghajdut li l-ahhar tnejn li kienu dahlu kienu laqtu marda li ghodda qatlithom u minhabba f'hekk kulhadd kien jibza' jidhol), marru jizzattu jisbarazzaw l-osswarju fil-veru sens tal-kelma u ghamlu herba mill-fdalijiet tal-katavri, whud minnhom immummifikati naturalment, patrimonju ta' rahal meqrud darba ghal dejjem. Dawk iz-zminijiet kont nohrog bil-leave u dan ikkonfermajtu meta zort il-kannierja meta kienet miftuha fit-2 ta' Novembru 2019 jum il-mejtin. Dawn emails fl-2019 li baghat via terza persuna lill-Arcipriet tallum (ghax jekk niktiblu b'ismi propju ma jirrispondix ala selvagga) nipprova nihodlu minn mohhu x'seta' sar minnhom (ara wkoll emails ohra aktar 'l isfel meta rrapurtajt dan l-isfregju). Dawn l-istess klikka ta' "dilettanti" hekk ikkulturati wiehed minnhom kien snin ilu sbarazza l-Oratorju Qalb ta' Gesu u rema' xeba' ritratti u dokumenti antiki. Li ma kienx ghat-Tabib Xuereb li kien joqghod faccata u li pprova jsalva li seta', ghandikun waqt li kien ghaddej it-trakk taz-zibel kollha mghagglin igaraw li jsibu ghal got-trakk, dawn ukoll kienu jispiccaw maz-zibel.


Dawn ritratti li kont hadt mill-osswarju f'nofs ta' lejl mdawwar minn katavri mmummifikati naturalment tisthajjilhom iridu jkellmuk jitolbuk il-hniena.

A head of cadaver that once existed at Mosta ossuaryMara jew tfajla b'xahar bil-malju. Dan ir-ritratt kont hadtu mit-triq minn fetha zghira li dak iz-zmien kien hemm f'tieqa li tigi n-naha tas-Sala Parrokjali

A complete cadaver that once existed at Mosta ossuaryGhalkemm jista' jkun mara, taf kien ragel membru ta' xi fratellanza mkeffen bil-muzzetta tal-fratellanza li kien membru fiha.

Part of a hand and head of a cadaver that once existed at Mosta ossuaryParti minn id u wicc ghadu fi stat tajjeb ta' konservazzjoni mmummifikat naturalment.

Part of a hand and head of a cadaver that once existed at Mosta ossuaryKatavru iehor immummifikat naturalment.

Part of a hand and head of a cadaver that once existed at Mosta ossuary... u iehor, fost tant ohrajn, meqruda darba ghal dejjem.

Another mummified cadaver that once existed at Mosta ossuary, possibly my grandfatherDan ritratt minn dik li kienet is-sagristija tal-knisja l-qadima mill-ftit li rnexxili nbexxaq il-bieb ghax warajh kien mimli katavri u maz-zmien kienu zzerzqu u gew taht il-bieb. Illum kollox meqrud meta zbarazzaw parti sew minnha. Innutaw dik is-sieq mghawga fi stat hekk tajjeb ta' konservazjoni, immagina kif kien il-kumplament. Nannuwi Kola Grech li jien imsemmi ghalih, kien miet fid-9 ta' Jannar 1970 u taf allura inqala mill-qabar wara sentejn lejn l-1972, propju ftit qabel ma l-kannierja naghlqet ghal kollox fil-bidu tal-1974 u allura nissuspetta li dan seta' kien il-katavru tieghu peress li missieri jsemmi li tant kien spicca mghawweg ganc ghomru kollu jofroq il-gebel bl-imterqa fil-barriera li fit-tebut kellhom jaghmlulu mhadda taht rasu biex ma joqghodx jitbandal tant kemm kien mghawweg kif diga ghidt. Jien kont hekk b'morali tajbin li hallejt kollox kif inhu u ma mort nipprova nizzattat niftah il-bieb aktar biex forsi nara wicc nannuwi, haddiehor warajja dahal u qered kollox, dik il-vilta, imma lil dak icapcpulu taf int. Minn kellu niesu hemm gew nissuggerilu jmur jitlob il-Maghtab minflok. Impossibli l-ammont t'eluf ta' katavri li kien hemm defsuhom fil ftit oqbra li seta' kien ghad fadal vojta l-kannierja, dan id-deffien/a li qabbad forsi ghal dawk l-ftit l-iffortunati zammew minnhom ir-ras u xi riglejn u ghadam kbir u l-kumplament ghal go l-iskip taz-zibel.

Dawn il-katavri, wirt hekk imprezzabli li taghmilhom ghall-wiri f'vetrina kien verament ihossok qrib id-divin u tinduna kemm il-bniedem mhu xejn ghax meta jrid il-Hallieq isejjahlek u ma jibqa' xejn minnek, ghandi nifhem li fil-parti l-kbira spiccaw darba ghal dejjem darba sbarazzaw parti kbira mill-osswarju lejn 2018-2019 (wara li kont ktibt l-imsemmi artiklu fl-annwal tal-festa tal-2017, bhal stenbhu erhilhom iridu jinzlu hemm isfel jaraw x'hemm, u f'malajr hargu b'idea brillanti, dik li jisbarazzaw kull m'hemm, ... iehor qassis li jkun ma ta' l-armar ried jaghmlu mahzen ghall-armar). Salvaw mill-qilla tal-gwerra, imma sabu sehemhom frott l-injoranza ta' dawn il-qatta' Professuri u dilettanti. Hadd mill-Kunsill u dawk responsabbli ma nigzitu l-kuxjenza minn dan l-isfregju, jien minn go qiegh Ta' Frankuni kelli niehu hsieb nirraporta biex forsi ssir gustizzja minn dawn l-imsejkna: lill-Burials, lill-Heritage Malta, u lill-Pulizija fl-2024 imma kollox ghalxejn ghal min hu ras kbira ma tezistix gustizzja maghhom addirittura ntuhom 'Gieh il-Mosta', maz-zghir jivvintawlu l-akkuzi u jiffrejmjawh kif ghamlu lili. Jien dhalt hemm gew biex naghmel ricerka, sempliciment niehu ritratti u qisien tal-post u hallejt kollox kif inhu biex minkejja dan spiccajt akkuzat bi vjolazzjoni tal-oqbra, assassinju sfaccat tal-karattru tieghi, haddiehor dahal hemm u rahom bhala mbarazz tajbin biss biex ideffes kemm jiflah ala selvagga fl-oqbra il ftit li kien fadal vojta u taf ohrajn harguhom barra l-kennierja jekk mhux ukoll ghal ghal maz-zibel. Issa saqsi lilek innifsek minn ghamilha l-vjolazzjoni tal-oqbra - imma kif jghidu kullhadd b'xortih.

Patri Krispin, the mummified corp at Capuchin's FlorianaDan Patri Krispin li hemm il-Furjana fil-kunvent tal-Kapuccini fejn kellhom l-uzanza li l-partijiet jimmummifawhom (ghalhekk baqa' b'gilda safra flok swied bhal dawk li xi darba kellna l-Mosta ghax immummifikati naturalment, ara ritratti ta' qabel). Minkejja li ma kienx Furjaniz, imma kien Ghawdxi, il-Furjanizi ghandhom bokka kbira bih u ghamluh fi hgiega mill-ftit li rnexxielhom isalvaw mill-qerda tal-gwerra. U ahna l-Mosta kellna dak il-patrimonju kollu ta' katavri u qerdu kollox, sforz l-injoranza ta' certi nies (qatt tissotovaluta l-injoranza li johroglok biha l-injorant). Dik il-vilta. Ara video "Mummies from Italy" dwar patrimonju fuq l-istess tema li ghandhom Sqallija.