Smash You Banner


Emails u ittri li baghat


Emails and letters I sent


Kull darba li ktibt ittra kienet bhal ragg ta’ tama, sakemm ninduna aktar tard li ghall-ennezima darba kollox kien se jkun ghalxejn, xejn ma kien se jinbidel ghat-tajjeb, kienu se jinjorawni ghal darb’ohra u ohra tal-mentali li l-Psikjatra David Cassar kien ittimbrina li jien, possibilment anki jittraduni jirrapurtawni lil David Cassar innifsu tal-hbieb li kienu biex jaghmluli l-hsara u jzommuh infurmat b’kollox, u bhas-soltu jhalluni abbandunat kollni wahdi ghall-hniena ta’ dan it-tirann hekk bla qalb. IMMAGINA TIFEL LI JKUN QED RIPETUTAMENT JIGI ABBUZAT MILL-GHALLIEM, U DAN IT-TIFEL JIRRAPPORTA L-ABBUZI LILL-GHALLIEMA OHRA, LIS-SURMAST, LILL-KAP TAL-EDUKAZZJONI, LILL-MINISTRU, LILL-AWTORITAJIET, ECC. U KULHADD, IL-VERU INKREDIBILMENT KULHADD, JIBQGHU JINJORAWH.

Every time I wrote a letter it was like a ray of hope, only to find out later that for the umpteenth time everything was once again all in vain, nothing was going to change for the good, they would ignore me once again and again for the mental Psychiatrist David Cassar had labelled me of being, possibly even betraying me reporting me to David Cassar himself for the friends they were to do me harm and keep him informed of everything, and and as usual leave me abandoned all alone at the mercy of this spiteful tyrant. JUST IMAGINE A CHILD WHO WAS BEING REPETITIVELY ABUSED BY HIS TEACHER, AND THIS CHILD REPORTS IN VAIN THE ABUSES TO OTHER TEACHERS, TO THE HEADMASTER, THE HEAD OF EDUCATION, THE MINISTER, THE AUTHORITIES, ETC. AND EVERYONE, REALLY UNBELIEVABLY EVERYONE, KEEPS IGNORING HIM.


As most of the emails and letters I wrote were in Maltese, I am reverting here to Maltese language only.


Ittra lill-Psikjatra David Cassar datata 9 t'Ottubru 2016 ninfurmah li mhux kont waqaft niehu l-kura imma li qatt ma kont hadt kura mill-bidunett minn tieghu u sahansitra ghandi x'nuri b'pirmli ta' diversi snin ilu ghadhom intatti fil-package.

Emails fl-2020 minn ohti lil Cassar darba vilment qafluni Male Ward 1 ghax kont qed niggieled ghall-pazjenti fosthom biex jergghu jibdew iqassmulna d-deserta u komparajtu mal-hela ta' flus ghall-istaff jithallsu biex jaghmlu iljieli shah reqdin.


Ittri lill-Kummissarju ghas-Sahha Mentali John Cachia. Ittra 1 datata 2 t'Ottubru 2016 li kont hallejta ma raprezentant tieghu li flimkien ma ohra gew mill-ufficju tieghu f'MW3A fejn kont semmejtlu fosthom kif il-Psikjatra David Cassar kien qed jihodli sahhti bl-injections u l-pirmli, u li vilment l-anqas kellu dicenza jirrispondi lura ahseb u ara kemm ha azzjoni, daqshekk ihabbel rasu mill-pazjent. Ghaldaqstant ikolli nerga niktiblu f'ittra 2 datata 9 ta' Novembru 2016 xahar wara u din id-darba nsemmilu wkoll li l-perizji tal-Psikjatri huma bbazati fuq konkluzjoni zbaljata bil-"pirmli li suppost kont niehu ma kont qatt hadthom fi 13-il sena." Din id-darba jirrispondi gimghatejn wara b'ittra datata 22 ta' Novembru 2016 biex jghaddi z-zmien jigi jghidli li "nassigurak li tajt l-attenzjoni kollha lill-ittra" meta tant tahha attenzjoni li baqa' m'ghamel assolutatment xejn baqa' idejh fuq zaqqu. Jghidli wkoll li "Lanqas ma nista’ jien bhala Kummissarju niehu decizjonijiet klinici minflok l-Ispecjalista fis-Sahha Mentali dwar id-djanjozi ta’ pazjent jew il-kura proposta lilu," meta l-Mental Health Act f'Parti III, Artiklu 6, pagni 8-9 klawsola (f) tghid li jista' "jawtorizza jew jipprojbixxi xi kura speċjali, prova klinika jew riċerka medika jew xjentifika oħra fuq persuni" (ta' min jinnota l-kliem "jawtorizza ... ricerka medika jew xjentifika", daqshekk jistmawk ta' guinea pig biex joqtluk bil-mod il-mod jesperimentaw il-medicini djabolici fuqhekk) apparti l-klawsoli l-ohra li kiser ghax fosthom kif ghidt ma hax azzjoni. Tant hu hekk li darba kont fis-sala Half Way House lejn Mejju 2020 kont sirt hbieb ma pazjent li kien irrakkuntali kif certu Psikjatra Mamo kien ordnalu l-Fluanxol li gabitu jsofri minn side effects fosthom iferfer idejh hekk li tant hadha bi kbira li spicca laghab daqqa ta' ponn lill-imsemmi Psikjatra, u f'dan il-kaz l-istess Kummissarju hareg ghonqu ghal dan il-pazjent ghax hbieb sew mieghu u nehhilu din il-kura hekk djabolika. Ikolli nerga nikteb lill-Kummissarju Cachia b'ittra datata 27 ta' Novembru 2016 u nerga nsemmilu li l-"perizja bbazata fuq affarijiet mhux veri li jien ghidt" peress li kien harabli milli jsemmiha. Jirrispondi fuq gimgha wara b'ittra datata 7 ta' Dicembru 2016 bis-soltu paroli fil-vojt u vilment jerga jibqa' ma jiehux azzjoni. Ikolli nerga niktiblu f'ittra datata 11 ta' Dicembru 2016 u ghal darb'ohra insemmilu "li ma ndirizzajtx il-fatt illi bbazaw il-perizja fuq li ghamilt li ghamilt ghax waqaft niehu l-kura minn xi sentejn qabel gejt arrestat, din il-pirmla ta’ 2mg kollox li suppost kont niehu u li minghajra gabuha li tlift il-kontrol u skuza biex jittimbrawni ta’ schizophrenic. Fil-fatt lanqas fil-11 il sena ta’ qabel ma hadtha" u din id-darba donnu flok kompla jinkrimina aktar ruhu u jpeclaq fil-vojt, ghazel vilment li l-anqas jirrispondi, l-aqwa li qed hemm biex isahhan is-siggu bil-paga diehla u interessat biss biex jaghmel cover-up sfaccat ghall-ingustizzji li kont qed insofri mill-Psikjatra David Cassar.

Fid-29 ta' Mejju 2017 nibghatlu email jekk jistghax jibghatli l-konkluzjonijiet tat-Tribunal / Kumitat ippresedut minnu meta kont dehert quddiemu fis-7 t'April 2016 aktar minn sena qabel u l-Ministru tal-Gustizzja ta' dak iz-zmien Owen Bonnici kien vendikattivament hallieni maqful ghalxejn ghax kienu assocjawni mal-blogger Daphne, jghidli biex minflok nikteb lill-Ministru, daqshekk jistma lill-pazjent ta' zibel. Huda fil-kuntest li meta kont dehert quddiem it-Tribunal lura fl-2005 tal-ewwel kaz li kelli l-Qorti dan kien infurmani mill-ewwel.

Emails lill-Kummissarju John Cachia darba vilment irdupjawli d-doza tal-pirmli fil-5 t'April 2018 talli ppruvajt nikxef abbuz ta' serq mill-istaff ta' ikel li jigi biex jitqassam lill-pazjenti. Bhas-soltu l-istaff dejjem skuzati, u jdawruha kontra l-pazjent fosthom ukolli billi haduli l-camera biex qerdu l-evidenza li kienet tinkriminahom u addirittura dawruha li kelli "inappropriate beliefs" - inkredibbli kif tahdem il-Psikjatrija. Ta' minn jinnota d-dati tal-emails: l-ewwel email baghattilu fis-6 t'April 2018 u ma kellux decenza jirrispondi ahseb u ara kemm jinvestiga; it-tieni wahda baghattilu kwazi gimghatejn wara fid-19 t'April u din id-darba jirrispondi 10 t'ijiem wara fit-30 t'April jghid li se jibghat 2 jinvestigaw. Kieku vera ried jinvestiga kien jibghathom mill-ewwel (qisu tifel jirrapporta li l-ghalliem abbuzah u l-Pulizija flok jinvestigaw mill-ewwel joqghodu jittratjenu kwazi xahar shih halli tinqered l-evidenza, ecc.). Dawn it-tnejn li baghat gew sempliciment biex jaghmlu cover-up lill-istaff: niftakar wiehed minnhom gie bil-paroli fil-vojt qalli xi haga hekk "ghax ikollok karozza bil-hsara, mhux tara tirrangalix l-clutch." Nerga nikteb lill-Kummissarju Carchia fit-18 ta' Mejju 2018 nistaqsih fosthom x'konkluzjonijiet waslu ghalihom mis-suppost investigazzjoni li ghamlu imma ovvjament baqa' ma rrispondix x'jitnejjek minn bicca pazjent. Minn dawn l-emails wiehed jinnota li kont ktibt ukoll lil dak li kien gurnalist mat-Times Ivan Camilleri li kien weghedni li se jinvestiga min-naha tieghu imma baqa' m'ghamel xejn.

Email ohra lill-Kummissarji John Cachia nilmenta 'l ghaliex darba ghalqu sala MW3A, lili kienu baghtuni fl-ghar ward f'MW1 waqt li lil haddiehor ghax ghandu missieru ras kbira u habib fosthom ta' David Cassar, baghtuh mill-ewwel fil-Half Way House bi spejjez ghall-Gvern, imma bhas-soltu gie jitnejjek milli jirrispondi ilment ta' pazjent (tkun qed twaqqghalu d-dekor jekk jirrispondi lill-pazjent), l-aqwa li l-paga ta' Kummissarju diehla galor.

Emails fl-2020 minn ohti lil Kummissarju ghas-Sahha Mentali John Cacha darba vilment qafluni Male Ward 1, poggewni Level 1 b'wiehed ghassa mieghi 24x7, u b'restriction of communication order, ghax kont sempliciment qed niggieled ghall-pazjenti fosthom biex jergghu jibdew iqassmulna d-deserta (ara emails hawn taht fil-parti tal-Psikjatra Anton Grech) u komparajtu fosthom mal-hela ta' flus ghall-istaff jithallsu biex jaghmlu iljieli shah reqdin.


Ittra datata 26 t'Ottubru 2016 lic-Chairmain tal-Psikjatrija Anton Grech nsemmilu kif kien kissirni l-Psikjatra David Cassar bil-pirmli u bl-injections u nsemmilu li "fil-fatt il-pirmli li suppost kont niehu ma kont qatt hadthom fi 13-il sena." Imma kif jghidu kappell ma jmerix lill-iehor u mhux sejjer jiskredita l-professjoni tieghu stess tal-Psikjatrija ghax jaf sew kemm hi fazulla. Jirrispondi fuq 3 xhur wara b'ittra datata 3 ta' Frar 2017 biex jghaddi z-zmien tant li zgur m'ghamilx li qalli, cioe li "indagajt fuq il-kaz tieghek" u jfarfar minn ghalih mir-responsabilta billi jissuggerili li "tressaq il-mistoqsijiet tieghek" lill-"Kummissarju ghas-sahha Mentali." Darba bl-iskuza tal-Covid-19 lilna l-pazjenti qatghulna l-leave u qafluna fl-isptar Monte Carmeli, ninzertah ipeclaq fuq it-TV u nibghatlu email datata 12 ta' Marzu 2020 biex ninkriminah talli kien baqa' ma hax passi dakinhar u addirittura rega ma hax passi l-anqas issa wara din l-email meta baghtlu wkoll xi dokumenti / ritratti ohra relatati mal-kaz.

Ghaldaqstant ta' Psikjatra li hu, il-vendikazzjoni li ried jaghmel minn kienet kbira, u x-xoqqa f'moxta gietu meta kont qed niggieled biex fosthom lilna l-pazjenti jergghu jibdew iqassmulna d-deserta u biex insostni aktar l-argument gbidt video ta' staff jaghmel lejl shih rieqed u saqsejt kif jekk hemm flus ghal dan, ghandu jkun hemm flus ghal din il-€1 deserta u baghat din l-email lic-CEO u lill-Customer Care tal-isptar Monte Carmeli, liema ufficju jidher li jaqa' taht dan il-Psikjatra Anton Grech. Li gara wara ma jitwemminx. Flok hadu passi kontra dan l-istaff, ghamlulu cover-up, u raw kif jivvendikaw ruhhom minni l-whistleblower u vuci f'isem pazjenti ohra billi qafluni f'wahda mill-ghar wards, f'Male Ward 1 fejn la tista' zzomm mobile jew laptop, trid taghmilha mal-kannibali primittivi (fis-sens li whud mill-pazjenti li kien hemm sforz ir-religjon fazulla li jemmnu fiha, flok joqghodu bil-qedgha fuq il-loki bhalna, jitilghu kokka fuqu, flok toilet paper ipahphu bil-flixken tal-ilma, u sintendi darba jcapsu subghajhom jaghmel tajjeb il-madum u l-istess loki), ghamluni Level 1 bl-ghassa mieghi 24x7, u sahansitra b'restriction of communication ghal kwazi xahar shih biex aktar johdulek id-dinjita u l-vuci u jaghmlu li jridu bik galor u jaraw kif se jkissruk mentalment darba 'l boghod mill-ghajn u ma tista' taghmel xejn hlief li toqghod bil-qedgha fuq pultruna tibla d-dhahen tas-sigaretti. Li mhux ghax kelli lill-ohti tghinni tibghat emails lil dak u lill-iehor biex bhal izzommilhom ftit il-brejkijiet, kieku kienu jkissruni bil-pirmli u bl-injections (dawn l-emails t'ohti lill-Kummissarju ghas-Sahha Mentali John Cachia u lill-Psikjatra David Cassar u lill-Pulizija 1, Pulizija 2). Daqshekk jikkalpestaw il-pazjenti u jistawhom ta' zibel u dejjem jaraw kif se jaghtu t-tort lilhom. Ghalkemm forsi ghall-ewwel wiehed jahseb li kienet involuta c-CEO Stephanie Xuereb li lilha wkoll baghat l-email, din kienet ghada gdida f'din il-kariga ghalkemm xorta ma tistghax tfarfar hekk facilment mir-responsabilta ghax halliet lill-imsemmi Psikjatra Anton Grech fil-liberta jaghmel li jrid bija minghajr ma ntervjenit jew nigzita l-kuzjenza (bhas-soltu kappell ma jmerix lill-iehor). Bhala konferma ta' dan, darba maqful ingustament f'MW1, ktibt mill-gdid lill-Customer Care ghal darba tnejn u l-fatt li baqghu ma hadux passi fuq l-ilment tieghi, jikkonferma iswed fuq l-abjad l-involviment dirett tal-Psikjatra Anton Grech li tahtu kif diga ghidt jidher li jaqa' dan l-ufficju tal-Customer Care (tghid mhux se jirtira vendikazzjoni li ried jaghmel minni darba kien bdiha hu stess bil-hsieb li jkissirni mentalment u ntenzjonata biex bi skuza t'hekk David Cassar kien ikollu fejn jillupjani bil-pirmli u l-injections ta' sadist li hu - imma bhas-soltu dejjem gibt ruhi sew u lil Cassar ma tajtux dan ic-cans). Hu dan kollu fil-kuntest meta tarahom ipecilqu fuq it-television li jridu jnehhu l-istigma fuq il-pazjenti u l-paroli fil-vojt tas-suppost "Break the Silence – ma nistgħux inkomplu nħallu persuni u familji ibatu waħedhom fis-silenzju." Ukoll fl-imsemmija link tal-emails irrapurtajt ukoll lill-whistleblower fl-ufficju tal-Prim Ministru imma ghalxejn, bhas-soltu dawk f'pozizzjoni gholja hawn Malta dejjem jghattu l-abbuzi ta' xulxin.


Email li baghat lic-CEO tal-isptar Monte Carmeli Stephanie Xuereb u lin-Nursing Officer tal-Half Way House fit-13 t'Awissu 2020 darba vilment qafluni f'Male Ward 7 fuq is-soltu qlajjiet u diceriji.


Ittra lill-Ombudsman datata 20 ta' Marzu 2017 u l-Acknowledgement taghha. Rigward l-ilment kontra l-Pulizija (Kaz R0076) jaqtghuli barra mill-ewwel. Nikteb lil Monica Borg Galea fl-ufficju tal-Ombudsman b'email datata 29 ta' Marzu 2017 u fis-26 t'April 2017 nilmenta fuq l-abbuzi mill-Ministru Owen Bonnici u nqajjem il-punt li hemm bzonn issir pressjoni min-naha tal-Ombudsman biex issir xi tip ta' nkjesta Magisterjali rigward l-abbuzi min-naha tal-Pulizija (bhal frame-ups li ghamluli u hekk). Nerga nikteb lill-Ombudsman b'ittra datata 22 ta' Gunju 2017 rigward l-abbuzi mill-Psikjatra David Cassar u jibghatuli Acknowledgement jghiduli li rreferewha lill-Kummissarju ghas-Sahha fi hdan l-Ombudsman meta jien ktibt fuq in-nuqqasijiet severi tieghu talli kien baqa' ma hax passi kontra l-istess Cassar wara diversi xhur. Jirrispondi ghal din l-ittra l-Ombudsman innifsu b'ittra datata 30 ta' Gunju 2017 fejn rigward l-ilment kontra l-Psikjatra David Cassar (Kaz HR0022) jghidli biex nikteb minflok lill-Kunsill Mediku u li kemm hu kif ukoll il-Kummissarju tas-Sahha Charles Messina (li nkredibilment ma rax ghajn hazina minnu) "se nibqgu nsegwu l-kaz tieghek," meta il-fatti huma li sallum wara dan iz-zmien kollu (mit-30/6/17 id-data tal-ittra mil-Ombudsman) baqghu m'ghamlu assolultament xejn biex jghinuni u jaraw li jittiehdu passi fejn hemm bzonn, daqshekk habblu rashom u dawk f'pozizzjoni gholja kollha jhokku dahar xulxin. Nerga nikteb lill-Ombudsman f'ittra datata 31 ta' Lulju 2017 nilmenta mill-Ministru tal-Gustizzja (Kaz R0077) ta' dak iz-zmien Owen Bonnnici li kien intenzjonaltment qed jibqa' jtawwalli l-kaz u ma jmexxix u jibghatuli Acknowledgement taghha. Nerga nibghat email fis-26 t'Ottubru 2017 rigward l-ilment kontra l-Ministru Bonnici jirrispondu li verbalment qallhom li gewli approvati xi gurnata jew tnejn leave u nerga niktbilhom l-ghada b'email nistaqsi jekk humiex se jzommuh responsabbi t'ghemielu wara li kien vendikattivament "hlieli fuq sentejn u nofs" maqful ghalxejn ghax ma mexxix. Ma tarax, tant li meta sussegwentament bdejt nohrog ftit sieghat leave wara 3 xhur ohra maqful vendikattivament, din id-darba aktar vendikazzjonijiet mill-Psikjatra David Cassar talli kont irrapurtajtu u ktibt diversi drabi kontrih lill-Kunsill Mediku, b'email tat-30 ta' Jannar 2018 jghiduli li l-kaz kontra l-Ministru R0077 kien issa maghluq. Nerga nikteb lill-Ombudsman b'email fis-7 ta' Mejju 2018 u fosthom nghidlu b'din il-website li ghamilt rigward il hafna abbuzi li ilni snin insofri b'mod partikulari mill-Psikjatra David Cassar. Jirrispondi l-Kummissarju ghas-Sahha Charles Messina fi hdan l-Ombudsman fil-15 ta' Mejju 2018 bis-soltu paroli fil-vojt biex jghaddi z-zmien fejn inizzlu bhala kaz iehor ta' ilment kontra l-Psikjatra David Cassar, Kaz HS 0029, u nirrispondih lura fis-17 ta' Mejju 2018 biex aktar ninkriminah talli baqa' ma hax passi u din id-darba ma jirrispondix. Nikteb lil Monica Borg Galea fi hdan l-ufficju tal-Ombudsman b'email fl-20 ta' Gunju 2018 nilmenta fuq il-kunflitt t'interess li jidher ghandu dan il-Kummissarju tas-Sahha Messina u ma nircevix semplici Acknowledgement. Nerga niktbilha b'email fit-13 ta' Lulju 2018 u tghidli li l-Ombudsman ghandu jitkellem mal-Kummissarju ghas-Sahha Mentali John Cachia fuq il-kaz tieghi (minn wara dahri) u nerga niktbilha lura fis-16 ta' Lulju 2018 nilmenta fuq in-nuqqasijiet u l-inkompetenzi ta' dan il-Kummissarju. Sadantittant flok jitkellmu dirett mieghi li ressaqt l-ilment, tant kemm darba ttimbrat mentali jistmawk ta' l-imbecillat u l-anqas vuci ma jibqghalek, minn wara dahri jimmanuvraw biex ikellmu lill-ohti u nissuspetta motivi ulterjuri hekk li nikteb mill-gdid lill-imsemmija Monica b'email fis-6 t'Awissu 2018. Jirrispondi l-Kummissarju ghas-Sahha Mentali Charles Messina fit-8 t'Awissu 2018. Inkun ukoll kellimt lil din Monica bit-telefon u din tghidli li jekk irrid immur jien ukoll ghall-laqgha tad-9 t'Awissu 2018, u flok ohti wahda hadt l-ohra wkoll biex ikolli 2 ta' xhieda. Kif mistenni gie l-kliem fuq kif origina malizjozament it-timbru tieghi ta' mentali tieghi mill-ewwel kaz li kelli l-Qorti lura fl-2001 biex jiskreditawni darba kont ippruvajt niehu vantagg mit-theddid tal-Magistrat Carol Peralta li jsabbatni mal-hajt dakinhar tas-seduta tal-4/2/02 u sorprendentament qaluli biex "ninsa l-passat." F'din l-istess l-ahhar link hemm l-email li baghat lil Messina fis-27 t'Awissu 2018 nqabbel il-kaz ma xi hadd "abbuzat fi ckunitu" jghidulu "(j)insa l-passat," u fil-kaz tieghi rieduni nhalli lil Cassar jiddrugani bil-pirmli ghall-mard li kien ivvintali biex jiskreditani per konsegwenza - daqshekk fih x'tomghod il-kliem taghhom "Aħna rridu ngħinuk" (mill-email link t'hawn fuq li Messina baghatli fit-8/8/02) - riedu imma jghinu lill-Psikjatra David Cassar jaraw kif jghattulu u jaghmlulu cover-up. F'dik il-laqgha flimkien maz-zewg huti kienu qaluli li l-kaz tieghi se jigi diskuss dalwaqt fil-Kunsill Mediku imma meta cempilt il-Kunsill qaluli li ma kien hemm xejn ippjanat u allura nerga nibghat email lil Messina fis-27 t'Awissu 2018 u jirrispondi fl-istess jum jghidli l-kaz tieghi se "jiġi diskuss mill-Kunsill Mediku fl-14 ta’ Settembru 2018 " u jsaqsini "Għadek taħseb li jien giddieb? " (ara l-istess email link ta' qabel). Niktiblu l-ghada fit-28 t'Awwissu 2018 (ara l-istess l-ahhar email link) nghidlu "L-impressjoni li hadt li m'hemmx hegga mill-Kunsill, il-huta z-zghira qatt ma kielet il-huta l-kbira u b'xi modd jew iehor jaraw kif jaghmlu biex lil Cassar jagevolawh." Wara xi jiem incempel lill-Kunsill Mediku jghiduli ghal darb'ohra li ma kellhom xejn ippjanat. Issa nhalli f'idejkom tiddecidu dan Messina hux giddieb jew le u kemm ried jaghmel cover-up sfaccat lill-Psikjatra David Cassar u altru li ma riedx jghinni (bhas-soltu f'pajjiz minn dejjem korrot bhal Malta, dawk f'pozizzjoni gholja dejjem issibhom ihokku dahar xulxin). Tant hu hekk li l-Kunsill Mediku baqghu qatt ma baghtu ghalija propju jien li ressaqt l-ilment quddiemhom ghax daqstant iehor iridu jghattulu bil-mara ta' David Cassar membru fl-istess Kunsill u l-membri l-ohra fil-maggor parti facebook friends ma David Cassar. Fil-25 t'April 2019 jiktibli b'email Messina rigward zieda fil-leave li kien approvali l-Ministru u nghidlu li dan gara wara li kont irrappurtajt lill-Ministru Owen Bonnici lill-Kummissarju ghall-iStandards fil-hajja pubblika George Hyzler u nsaqsih ukoll kif fis-27 t'Awissu 2018 (bi zball nizzilta 28 t'Awissu 2018) kien qalli li l-Kunsill Mediku kienu se jiddiskutu l-kaz li ressaqt quddiemhom imma ma kien hemm xejn milli qalli tant li baqghu m'ghamlu xejn u ma jirrispondix lura.

Emails f'Marzu 2020 lill-Ombudsman rigward l-ingustizzja fejn il-pazjenti biss, u mhux l-istaff ukoll, gew diskriminatament maqfula fis-swali u mcahhda mill-leave bl-iskuza tal-Covid-19.


Ittri lill-Kunsill Mediku datata 6 ta' Lulju 2017 fuq l-abbuzi tal-Psikjatra David Cassar u l-Acknowledgement taghha. Ittra datata 9 t'Awissu 2017 u l-Acknowledgement taghha. Ittra datata 18 ta' Settembru 2017 u l-Acknowledgement taghha. Ittra datata 23 t'Ottubru 2017 u l-Acknowledgment taghha. Email tas-27 t'Ottubru 2017. Ittra datata 20 ta' Novembru 2017 u l-Acknowledgment taghha. Email datata 7 ta' Dicembru 2017 u ohra fl-istess jum wara li ghax irrapurtajt lill-Psikjatra David Cassar lill-Kunsill Mediku dan Cassar gie vilment jghidli li sejjer lura minn sahhti u baqa' m'approvalix il-ftit leave li tani l-Ministru Owen Bonnici wara li kien ilu ghal tant snin itawwalli l-process apposta. Email ohra tal-15 ta' Jannar 2018 fejn nibghatilhom l-ittra tal-Ministru Bonnici li kien approvali xi ftit leave minn Settembru 2017 imma David Cassar kien baqa' wara aktar minn 3 xhur vendikattivament ma hallinix nohrog ghax propju rrapurtajtu lill-Kunsill Mediku u nghidilhom li se "nzommkom individwalment responsabbli ghad-danni li nista’ nsofri tort tat-tkaxkir tas-saqajn u nuqqas ta’ azzjoni mmedjata min-naha tal-Kunsill." Erba' t'ijiem wara fid-19 ta Jannar 2018 Cassar kellu jigi wahdu fis-sala minghajr il-merhla naghag tas-soltu jimxu warajh biex japprovali ftit leave bin-naqra n-naqra ta' vendikattiv li hu.


Emails lil Anton Grech, David Cassar and Hector Cutajar minn terzi persuni fuq l-email address taghhom tal-isptar taghhom rigward fejn iservu privatament.


Ittri lill-Ministru tal-Gustizzja ta' dak iz-zmien Owen Bonnici wahda datata 13 ta' Lulju 2014 f'inqas minn xahar mis-sentenza tal-Qorti (sentenza kienet inghatat fis-26 ta' Gunju 2014) u ohra fis-27 t'Awissu 2014 u r-risposta ghalihom. Gara li f'Novembru 2014 il-blogger Daphne kienet ippublikat artiklu fuq il-Ministru u xi xhur wara dawk tal-Malta Independent holmu b'artiklu fuqi datat 14/3/15 (innota l-address bar tal-webpage "Mosta-animal-killer" - daqshekk kien irnexxa l-assassinju tal-karatru u l-frame-up tal-Pulizija fuqi) meta nzerta l-Psikjatra David Cassar kien kiteb lill-Ministru biex jirreferini biex nidher quddiem it-Tribunal / Kumitat skont l-emendi fil-ligi li kienu saru (flok inkun jien il-pazjent li nitlob lill-Ministru jaghmel dan, dejjem jaraw x'jivvintaw biex izidu l-burokrazija). Dan l-artiklu tal-Independent kien ta' hjiel ta' l-involviment tal-Ministru biex nohrog mill-isptar u nemmen li rah Fredrick Azzopardi dak iz-zmien CEO tal-Enemalta li bhalma kien ipprova jippoliticizza l-kaz meta kienu arrestawni l-Pulizija fl-2014 jassocjani ma Daphne (ara Maltatoday u l-Illum) u wkoll kelli x'nikxiflu l-cover-up li ghamel ta' dawk li kienu nvoluti fl-abbuz tac-change shift biex jiehdu "extra pay for which you are not entitled" fosthom tnejn li kien lahhaqhom managers (ara emails aktar 'l isfel), hataf ic-cans biex ixewwex lill-Ministru kontrija jerga jassocjani ma Daphne. Fil-fatt il-Ministru flok irreferini lit-Tribunal / Kumitat qghad jahlili z-zmien bl-iskuza li ried il-parir tal-Avukat Generali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u ghaldaqstant nerga niktiblu mas-sena wara fit-3 ta' Settembru 2015 nghidlu li l-kaz tieghi ma kienx kaz kriminali imma ghalxejn. Lejn Jannar 2016 kienu marru jkellmu lill-Ministru qrabati jsemmulu mill-gdid dan il-punt u quddiemhom laghba li ma kienx jaf u qallhom li se jiccekja u fil-kaz jirreferini lit-Tribunal kif fil-fatt gara meta wara diversi xhur ohra sa fl-ahhar kont dehert quddiem it-Tribunal lejn April 2016. Nzerta li fl-istess zmien, mas-sentejn li kienet ilha li nqatghet is-sentenza tal-Qort, il-Maltatoday hargu bhal newsfeed fuq facebook jergghu jassocjawni ma Daphne bil-mohh warajha nemmen li rega kien hadd hlief l-istess Fredrick biex jerga jxewwex lill-Ministru kontrija (tikkonferma li l-Ministru kien informah bil-pass li ha). Fil-fatt minkejja li t-Tribunal darba rani, kien approvali li nibda nohrog ftit bil-leave, il-Ministru rega ghal darb'ohra baqa' ma mexxiex u meta cempilt il-Ministeru gewli bl-iskuza li ridt inqabbad avukat. Litteralment trid tkun il-veru b'sahhtek mentalment biex jirnexxilek ma tiggenninx ma nies vendikattivi u hodor din il-kwalita.

Nikteb lill-Prim Ministru fuq l-abbuzi tal-Ministru b'ittra datata 4 t'Awissu 2016 u flok kien ta' ghajnuna (mur obsor minn dak dikjarat l-aktar wiehed korrott tas-sena 2019), din id-darba meta nerga ncempel il-Ministeru nsib li l-Ministru rega vvendika ruhu minni rega holom bil-parir tal-AG u tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Mas-sena wara, lejn Awissu 2017, 4 min-nies (2 u 2 f'zewg okkazjonijiet separati) marru jkellmu lill-Ministru fuq il-kaz tieghi, u jghidihom "mhux ta' min jghinnu ghax jikteb / kien jikteb lil Daphne" u "ghax joqghod jikteb lill-Ombudsman, lil Daphne" biex tara kemm kien qed jaghmilha vendikattivament u intenzjonalment ghax dak Fredrick kien assocjani maghha u ma setghax ipattiha dirett lilha, ghamel vendikazzjoni minni ta' ahdar li hu. Jghidilhom li se jghinni, u xahar wara lejn Settembru 2017 japprovali ftit sieghat leave fil-gimgha li kien tani t-Tribunal mas-sena u nofs qabel. Dak it-tirann ta' Psikjatra David Cassar baqa' jkaxkar sa Jannar 2018 biex tani l-leave b'vendikazzjoni talli kont irrapurtajtu diversi drabi lill-Kunsill Mediku (ara ittri u emails aktar qabel). Dan il-leave suppost kellu jigi rivedut wara 3 xhur imma Cassar t'ahdar li hu baqa' jkaxkar sa Awissu 2018 biex rega kiteb lill-Ministru biex jirreferini mill-gdid quddiem it-Tribunal / Kumitat. Izda ghal darb'ohra l-Ministru jibqa' ma jmexxix u meta ccekjawli tnejn il-Ministeru qalulhom li qieghed jistenna l-parir tat-teknici (tal-AG u l-Kummissarju tal-Pulizija ghandi nassumi) biex tara kemm hu bla qalb dejjem jara x'jivvinta biex jahlili l-hin. Lejn l-ahhar ta' Novembru 2018, 2 imorru jkellmu lill-Ministru fuq il-kaz tieghi u qallhom li se jibghat email biex igibulu l-file tieghi. Izda jerghu jghaddu x-xhur u jibqa' ma jahlili l-hin u wiehed minn dawn it-tnejn jibghat email lill-Ministru fuq il-bicca, bil-Ministru jispicca jheddu li jiftahlu kawza l-Qorti bil-kliem "Qed inwissik biex taghraf timxi."


Jinzerta li xi zmien lejn l-2018 il-Gvern kien holoq l-ufficju tal-Kummissarju ghall-iStandards fil-hajja pubblika. Nibghatlu Email datata 14 ta' Frar 2019 rigward l-abbuzi tal-Ministru Owen Bonnici li kien vendikattivament ghal diversi xhur qed itawwalli l-process biex inkun nista' nohrog bil-leave ghax kienu assocjawni mal-blogger Daphne. Tant il-Ministru kien qed jaghmel intenzjonalment u vendikattivament, li darba rrapurtajtu, fi zmien xahar iccaqalqu l-affarijiet (f'din il-link mill-file tan-nurses [Nursing Report] hemm miktub "Nicholas Grech -[ Informed by Joe Sant there is Board Enquiry on 21 March [2019] 1030am Training Centre. To attend patient and carer (his sister ???), N. Farrugia and Dr. Cassar) u f'inqas minn xahar iehor, darba kont dehert quddiem it-Tribunal / Kumitat fl-imsemmija data tal-21 ta' Marzu 2019, zidli l-leave. Sadanittant inkun ergajt ktibt lil dan il-Kummissarju b'email fit-8 t'April 2019 rigward li ghax issa kien mexxa, hux se jintesa kollox qisu qatt ma kien xejn l-abbuzi li ghamel fuqi ghal diversi snin vendikattivament tawwalli l-process ghalxejn, imma sussegwentament kien kollu ghalxejn ghax ma hax passi (il-Malti jghidlek li l-gurnata minn fil-ghodu turik: mill-bidu dan il-Kummissarju George Hyzler deher li ried jaghmillu cover-up u jara kif se jbengililu).

Fil-fatt fis-6 ta' Settembru 2019 dan il-Kummissarju jikkonkludi l-kaz jghidli li l-allegazzjonijiet tieghi fosthom li l-Ministru kien qed jivvendika ruhu minni ghax assocjawni mal-blogger Daphne Caruana Galizia "gew kategorikament michuda mill-Ministru " (Artikli 18 u 19 fil-link), u joqghod fuq kliemu jikkonkludi li "jiena dispost naccetta l-verzjoni tal-Ministru," - tghid mhux se jiksirha mal-Ministru li appuntah biex jidher gustuz mieghi bicca pazjent ittimbrat mentali! Peress li nkun impenjat fuq affarijiet ohra nirrispondih xhur wara fit-13 ta' Frar 2020 (ara l-istess link ta' qabel) nghidlu li "Nista' nikkonfermalek iswed fuq l-abjad b'zewg emails f'forma ta' pdf files hawn attached [ara Email1, Email2 ] li fuq punt 18ii dan il-Ministru Bonnici fil-fatt GIDEB KATEGORIKAMENT b'xhieda ta' 4 persuni." Imma jibqa' ma jirrispondix, din id-darba l-anqas semplici acknowledgement ma jibghatli. Nerga niktiblu fuq l-istess punt xhur wara f'email fis-27 ta' Lulju 2020 (ara l-istess link ta' qabel) nistaqsi "nispera li l-Kummissarju mhux qed ihossu skomdu jiehu passi kontra wiehed (Ministru Owen Bonnici) li meta kien Ministru tal-Gustizzja appuntah fil-pozizzjoni ta' Kummissarju " u ghal darb'ohra ma nircivix l-anqas semplici acknowledgement: l-illustru Kummissarju ghall-iStandards George Hyzler waqa' kompletament fil-mutu fejn bis-silenzju tieghu l-Kummissarju ghall-iStandards fil-hajja pubblika bhal ried sfaccatament jikkonferma l-cover-up li ried jaghmel lill-Ministru. Daqshekk ahna pajjiz korrott minn dejjem u nibqghu ma ninbidlu qatt - dawk f'pozizzjoni gholja hawn Malta ta' liema partit huma kollha jhokku dahar xulxin u jghattu l-abbuzi ta' xulxin.


Email rigward l-gheluq ta' MW3A li qedgha fi blokka 10 barra l-isptar li kienet tikkonsisti fosthom fi tnejn mill-akbar swali b'kapacita ta' 40 pazjent il-wahda li jridu jwaqqghuhom fuq semplici visual survey ta' perit. Meta fit-2 ta Jannar 2020 terza persuna tikteb b'email lill-ex CEO tal-isptar Monte Carmeli Stephen Sultana dwar minn kien il-perit involut, jghililha biex titindirizzahom il-Ministeru skont il-procedura, izda darba tibghathom lill-Ministeru tas-Sahha u ghax ma jirrispondux tiktiblu lil minn tista' tindirizzahom minflok, jibqa' ma jirrispondix. Lejn dan il-perjodu nkun irrapurtajt lill-Ombudsman u wkoll diversi xogholijiet illegali fl-isptar lill-Planning Authority u taf kollox ma kollox beda jhoss ruhu skomdu jibqa' CEO (ra li jkun ahjar ghalih isib band'ohra halli tehel kollox ta' warajh u hu jkollu hobzu mahbuz x'imkien iehor). Issir mistoqsija parlamentari ohra fit-18 ta' Mejju 2020 (ara aktar l-isfel) rigward kemm pazjenti mill-isptar Monte Carmeli gew trasferiti f'homes privati u ncidentalment l-ghada jithabbar li m'ghadux CEO tal-isptar. Ta' min jinnota kif f'din il-mistoqsija parlamentari l-Ministru ma jirrispondix fosthom fuq kemm il-Gvern qed jiswieh kull pazjent li ntbaghat f'home privata (mod sottili ta' kif il-Gvern bhal ipprivatizza nghidu ahna kwart tal-isptar minn wara dahar il-poplu - 169 pazjent f'homes privati minn xi 600 pazjent kemm kien jesa' originarjament l-isptar?). B'email datata 14 t'Ottubru 2019 nitlob lill-Ombudsman biex jinvestiga u fis-16 t'Ottubru 2019 lill-Awditur. Inkun ktibt kemm lil Jacob Borg u Ivan Camilleri minn tat-Times imma hadd minnhom ma jindenja jinvestiga jew jikteb dwarha - ghalhekk minn dejjem b'korruzzjoni rampanti f'dan il-pajjiz ghax il-media f'Malta jiddettawla x'ghandha tikteb jew sempliciment il-gurnalist jikteb pappagalment li jkun qal il-Ministru - assolutament ma jezistix gurnalizmu nvestigattiv. Nerga niktek lill-Ombudsman b'emails fit-31 t'Ottubru u fl-1 ta' Novembru 2019, u jirrispondi l-Awditur Charles Deguara fit-8 ta' Novembru 2019 bis-soltu paroli fil-vojt jghidli li "Preżentament għaddejjin b’xogħol ieħor," x'tistenna minn pajjiz minn dejjem korrot ikollok l-awtoritajiet korrotti u nkompetenti wkoll. Nerga nikteb lill-Awditur b'emails fit-8 u 9 t'April 2020 u lejn Gunju 2020 imma ghalxejn.


Email fid-29 ta' Frar 2020 lill-Planning Authority rigward diversi xogholijiet li kienu qed isiru jew saru llegalment fl-isptar Monte Carmeli, bl-ahhar wahda tkun mibghuta fis-6 t'April 2020 anki lil Vince Cassar Chairman tal-PA nistaqsi minn se jerfa' r-responsabilta "rigward falsifikazzjoni ta’ dettalji f’applikazzjonijiet tal-Planning Authority biex xogholijiet li kienu qed isiru bla permess u b’mod illegali u li jien gbidt l-attenzjoni tal-PA b’emails f’dawn l-ahhar xhur, jigu minflok taparsi kienu saru applikazzjonijiet ghalihom." Interessanti wkoll din il-link rigward il-hela ta' flus fl-isptar Monte Carmeli.


Emails mit-8 t'April 2020 lin-National Archives u lill-Heritage Malta rigward dokumenti u patrimonju ta' min jigi salvat fl-isptar Monte Carmeli. Email ohra datata 8 ta' Gunju 2020 lil certu Simone Camilleri responsabli mill-arkivji tal-isptar. Emails rigward caqliq ta' kadavri minn kannierja x'aktarx minghajr awtorizzazzjoni.


Ittra datata 16 ta' Awissu 2014 li originarjament ktibt lill-Ombudsman dak iz-zmien Joe Said Pullicino rigward it-transfer vendikattiv u motivat politikament li kont qlajt fuq ix-xoghol minghand Fredrick Azzopardi, dak iz-zmien CEO ta' l-Enemalta, gimghatejn qabel l-arrest tal-kaz tal-2014, minhabba email li spiccat fuq il-blog ta' Daphne. Din l-acknowledgement tal-ittra. Sussegwentament l-Ombudsman jibghat ghalija biex ikellimni fit-3 ta' Settembru 2014 jissuggerili "ta' avukati li ahna" naqta' l-parti fejn semmejt l-abbuzi ta' Fredrick u l-parti fejn allegajt li kont diskriminat u minflok nibghathom lill-Whistleblower fl-ufficju tal-Prim Ministru, u sussegwentament niktiblu b'dawk il-partijiet nieqsa b'email dakinhar stess. Ma kont issuspettajt xejn hazin sakemm l-Ombudsman qatghahha favur l-Enemalta u favur Fredrick minkejja d-diversi klawsoli mill-Collective Agreement li gew sfaccatament miksura, u biex tkun aktar vili, anki tellghuha fuq il-website tal-Ombudsman bhala wahda mill-"Case Studies" bhala xempju tal-"fiarness, dedication, committment ... to good public administration," tridx tmur (ara link 1 u link 2 u link ghas-site tal-Ombudsman).

Rigward l-abbuz fejn fl-Enemalta kienu jaghmlu change shift biex jiehdu "extra pay for which you are not entitled" kont ktibt lill-Whistleblower fl-ufficju tal-Prim Ministru fid-9/10/14 kif issuggerili l-Ombudsman u kitbitli lura fil-21/10/14 tghidli li rreferiet il-kaz lill-Whistleblower fi hdan il-Ministeru tal-Energija. Sussegwentament is-suppost Whistleblower kitibli fit-2/12/14 jghidli sfaccatament li l-allegazzjoni tieghi giet investigata mill-Enemalta u ma nstabet l-ebda rregolarita. Jien ktibtlu lura fil-21/12/14 nghidlu kif qatt tista tkun kredibli nvestigazzjoni mill-Enemalta meta jien implikajt lill-management li kien appunta c-Chief Executive stess fl-ewwel gimgha tieghu f'din il-kariga f'dan l-abbuz tac-Change Shift u kif fl-ebda hin ma talbuni biex nixhed f'din l-investigazzjoni, u biex minflok jibghat kollox lill-Pulizija jinvestigaw huma jekk ried ikun serju f'xoghlu, imma ma smajt xejn aktar minn ghandu. Apparti dan, l-Enemalta kellha l-ufficju tal-Whistleblower taghha li jaqa’ taht ic-Chief Executiuve nnifsu, cioe taht Frederick Azzopardi dak iz-zmien, u kont l-ewwel li ktibt lura fit-8/9/14 (innota l-parti “ceowhistleblower” fl-email address), imma ovvjament ma rcivejt l-ebda risposta ghax ried jaghmel cover up lil dawk involuti kuntrarju ghat-trasfer motivat politikament li kien ghamel mieghi. Din li rraportajthom lill-Whistleblower minn ghalija se jtini xi protezzjoni u forsi jaslu ghal xi kompromess meta kien ghad lanqas kelli sieq wahda barra l-isptar kien zball fatali li ghamilt ghax ir-riperkussjonijiet u l-vendikazzjonijiet li kelli nsofri minn Fredrick kif semmejt qabel ixewwex kontrija mal-Ministru Owen Bonnici kienu se jkunu kbar. L-ufficju tal-Whistle Blower minflok tani l-protezzjoni li hemm bzonn, spicca ta’ protezzjni lil dawk li jien irrapurtajt billi ma nvestigahhomx, billi ghamel cover-up tal-abbuzi taghhom u addirittura halla lilhom bil-liberta kollha jaghmlu vendikazzjoni minni.


Rigward emails fuq il-fatt li l-kaz tieghi tal-Qorti tal-2014 sparixxa mill-Arkivji tal-istess Qorti ara din il-link. Hemm ukoll emails li baghat lil certu Pulizija Timothy Zammit nghidlu li l-kaz tieghi sparixxa / nsteraq mill-Qorti u baqa' ma hax passi u l-anqas habbel rasu jinforma lil ta' fuqu biex jinvestigaw.


Ghall-emails lil tal-Animal Welfare ara din il-link fejn il-Kummissarju tal-annimali Denis Montebello baqa' ma laqghax l-isfida biex jitkellem dirett mieghi biex ma jinkriminax lil ta' qablu l-Kummissarju Emanuel Buhagiar.